Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0631

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/631/ĠAI ta' l- 24 ta' Lulju 2006 li tistipula d-data ta' applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2005/211/ĠAI dwar l-introduzzjoni ta' xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, anke fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

    ĠU L 256, 20.9.2006, p. 18–18 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 76M, 16.3.2007, p. 338–338 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/04/2013; Imħassar b' 32007D0533 Ara 32013D0157

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/631/oj

    16.3.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    338


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2006/631/ĠAI

    ta' l-24 ta' Lulju 2006

    li tistipula d-data ta' applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2005/211/ĠAI dwar l-introduzzjoni ta' xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, anke fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/211/ĠAI ta' l-24 ta' Frar 2005 dwar l-introduzzjoni ta’ xi funzjonijiet ġodda fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, inklużi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(4) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2005/211/ĠAI jispeċifika li ċerti dispożizzjonijet ta' l-Artikolu 1 ta' dik id-Deċiżjoni għandhom jibdew ikollhom effett minn data li għandha tiġi stipulata mill-Kunsill, hekk kif il-prekondizzjonijiet meħtieġa jkunu ġew sodisfatti, u li l-Kunsill jista' jiddeċiedi li jistipula dati differenti fir-rigward ta' meta jibdew ikollhom effett dawk id-dispożizzjonijiet.

    (2)

    Il-prekondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(4) imsemmi hawn fuq ġew sodisfatti fir-rigward ta' l-Artikolu 1(9), u ta' l-Artikoli 101A u 101B ġodda, tad-Deċiżjoni 2005/211/ĠAI.

    (3)

    Fir-rigward ta’ l-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen, li jaqa’ fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (2), meta jinqara flimkien ma' l-Artikoli 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/849/KE (3) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/860/KE (4), it-tnejn li huma tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-iffirmar f’isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ dak il-Ftehim mal-Konfederazzjoni Żvizzera,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 1(9), 101A u 101B tad-Deċiżjoni 2005/211/ĠAI għandhom japplikaw mill-1 ta' Ottubru 2006.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    K. RAJAMAKI


    (1)  ĠU L 68, 15.3.2005, p. 44.

    (2)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

    (3)  ĠU L 368, 15.12.2004, p. 26.

    (4)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78.


    Top