This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0630
2006/630/EC: Council Decision of 15 September 2006 appointing three Danish members and five Danish alternate members to the Committee of the Regions
Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta’ Settembru 2006 li taħtar tliet membri Daniżi u ħames membri supplenti Daniżi fil-Kumitat tar-Reġjuni
Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta’ Settembru 2006 li taħtar tliet membri Daniżi u ħames membri supplenti Daniżi fil-Kumitat tar-Reġjuni
ĠU L 256, 20.9.2006, p. 17–17
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 76M, 16.3.2007, p. 337–337
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010
16.3.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
337 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Settembru 2006
li taħtar tliet membri Daniżi u ħames membri supplenti Daniżi fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2006/630/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposti mill-Gvern Daniż,
Billi:
(1) |
Fl-24 ta' Jannar 2006 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2002/116/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta' Jannar 2006 sal-25 ta' Jannar 2010. |
(2) |
Tliet postijiet ta' membri tal-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti wara r-riżenji tas-Sur Laust Grove VEJLSTRUP, tas-Sur Johnny SØTRUP u tas-Sinjura Tove LARSEN. Tliet postijiet ta' membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti wara r-riżenji tas-Sur Sonny BERTHOLD, tas-Sur Niels LARSEN u tas-Sur Mads LEBECH. Żewġ postijiet ta' membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni sejrin isiru vakanti wara l-ħatra bħala membri tas-Sur Per Bødker ANDERSEN u tas-Sinjura Eva NEJSTGAARD, attwalment membri supplenti, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu li jifdal tal-mandat tiegħu, li huwa sal-25 ta' Jannar 2010:
a) |
bħala membri:
|
b) |
bħala membri supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Settembru 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
E. TUOMIOJA
(1) ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.