Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0597

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 4 ta’ Awwissu 2006 li tfassal lista tar-reġjuni eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond Strutturali fuq bażi tranżizzjonali u speċifika skond l-obbjettiv Reġjunali tal-kompetittività u ta’ l-impjegar għall-perijodu 2007-2013 (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3480)

ĠU L 243, 6.9.2006, p. 49–50 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 5.6.2007, p. 30–31 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/597/oj

5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

30


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-4 ta’ Awwissu 2006

li tfassal lista tar-reġjuni eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond Strutturali fuq bażi tranżizzjonali u speċifika skond l-obbjettiv Reġjunali tal-kompetittività u ta’ l-impjegar għall-perijodu 2007-2013

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3480)

(2006/597/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11.07.2006 li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjunali, il-Fond Ewropew Soċjali u l-Fond tal-Koeżjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 8(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond il-punt (b) ta’l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 l-obbjettiv Reġjunali tal-kompetittività u ta’l-impjegar jimmira li jsaħħaħ il-kompetittività u l-apparenza tar-reġjuni.

(2)

Skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 ir-reġjuni NUTS fil-livell II li huma koperti b’mod sħiħ mill-Obbjettiv 1 fl-2006 skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (2) li l-prodott gross domestiku nominali per capita tagħhom, li jitkejjel u li jiġi kkalkulat skond l-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1083/2006, ser ikun ogħla minn 75 % tal-medja tal-GDP tal-15 fl-UE għandhom ikunu eliġibbli, fuq bażi tranżizzjonali u speċifika, għall-iffinanzjar mill-Fondi Strutturali skond skond l-obbjettiv Reġjunali tal-kompetittività u l-impjegar.

(3)

Skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, Ċipru għandu jibbenefika wkoll fl-2007-2013 minn finanzjar tranżizzjonali applikabbli għar-reġjuni li jissemmew fl-ewwel subparagrafu ta’ l-istess Artikolu.

(4)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti listi ta’ reġjuni eliġibbli kif jixraq,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-reġjuni eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fondi Strutturali skond l-obbjettiv tal-kompetittività u l-impjegar reġjunali fuq bażi tranżizzjonali u speċifika, kif jissemma fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, għandhom ikunu dawk li huma elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar l-4 ta’ Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Danuta HÜBNER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(2)  ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1. Regolament hekk kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1198/2006 (ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1).


ANNESS I

Lista tar-reġjuni NUTS II eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fondi Strutturali fuq bażi tranżizzjonali u speċifika skond l-obbjettiv reġjunali tal-kompetittività u ta' l-impjegar għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013

GR24

GR42

Sterea Ellada

Notio Aigaio

ES41

ES52

ES70

Castilla y León

Comunidad Valenciana

Canarias

IE01

Border, MidlandWestern

ITG2

Sardegna

CY00

Kypros/Kıbrıs

HU10

Közép-Magyarország

PT30

Região Autónoma da Madeira

FI13

Itä-Suomi

UKD5

UKE3

Merseyside

Yorkshire ta' Isfel


Top