This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0574
2006/574/EC: Commission Decision of 18 August 2006 amending Decision 2005/734/EC as regards certain additional risk mitigating measures against the spread of avian influenza (notified under document number C(2006) 3702) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta' Awwissu 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/734/KE fir-rigward ta' miżuri addizzjonali għall-mitigazzjoni tar-riskju kontra l-firxa ta' l-influwenza tat-tjur (innotifika taħt dokument numru C(2006) 3702) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta' Awwissu 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/734/KE fir-rigward ta' miżuri addizzjonali għall-mitigazzjoni tar-riskju kontra l-firxa ta' l-influwenza tat-tjur (innotifika taħt dokument numru C(2006) 3702) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 228, 22.8.2006, p. 24–26
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 1106–1108
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 14/02/2017; Impliċitament imħassar minn 32017D0263
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1106 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta' Awwissu 2006
li temenda d-Deċiżjoni 2005/734/KE fir-rigward ta' miżuri addizzjonali għall-mitigazzjoni tar-riskju kontra l-firxa ta' l-influwenza tat-tjur
(innotifika taħt dokument numru C(2006) 3702)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/574/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi, applikabbli għall-kummerċ intrakomunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Sabiex jitnaqqas ir-riskju l-influwenza b'patoġeniċità għolja kkawżata mis-sottotip H5N1 tal-virus A ta' l-influwenza fl-irziezet tat-tjur u premessi oħra fejn jinżammu t-tjur magħluqa, mit-tjur selvaġġi, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/734/KE tad-19 ta' Ottubru 2005 li tistipula miżuri ta' bijosigurtà għat-tnaqqis tar-riskju ta' trażmissjoni ta' influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja kkawżata mis-sottotip H5N1 tal-virus A ta' l-influwenza minn għasafar li jgħixu fl-ambjent naturali għal tjur ta' l-irziezet u għasafar oħra mrobbija mill-bniedem u li tipprevedi sistema ta' ditezzjoni minn kmieni f'żoni ta' riskju (2) partikolari ġiet adottata. |
(2) |
Skond dik id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw postijiet individwali għaż-żamma tat-tjur jew għasafar oħra miktuba li, skond id-data epidemoloġika u ornitoloġika, għandhom tkun ikkunsidrati partikolarment taħt riskju għall-firxa tas-sottotip H5N1 tal-virus A ta' l-influwenza minn għasafar li jgħixu fl-ambjent naturali. |
(3) |
Fid-dawl ta' l-iżviluppi kurrenti epidemoloġiċi u ornitoloġiċi fir-rigward ta' dik il-marda, għandha ssir dispożizzjoni biex tirrevedi riskji simili fuq bażi regolari bil-għan li jiġu aġġustati ż-żoni identifikati li għandhom riskju partikolari għall-firxa tal-marda u l-miżuri meħuda f'dawk iż-żoni. |
(4) |
F'żoni simili l-użu ta' għasafar tat-taħrik ġie projbit, ħlief għall-użu tagħhom fi programmi ta' stħarriġ ta' l-Istati Membri għall-influwenza fit-tjur u għasafar salvaġġi kif provdut fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 200g/732/KE tas-17 ta' Ottubru 2005 li tapprova l-programmi għal implimentazzjoni ta' l-istħarriġ ta' l-Istati Membri għall-influwenza fit-tjur u għasafar salvaġġi matul l-2005 u li tistabbilixxi r-regoli ta' rappurtaġġ u eliġibilità għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-infiq ta' l-implimentazzjoni ta' dawn il-programmi (3). |
(5) |
Meta wieħed jieħu kont ta' l-esperjenzi reċenti u ibbażati fuq riżultat favorevoli ta' assessjar tar-riskju każ b'każ, l-awtorità kompetenti għandha tingħata l-possibbiltà li tati aktar derogi mill-projbizzjoni ta' l-użu ta' għasafar tat-taħrik sakemm jittieħdu l-miżuri adatti ta' bijosigurtà. |
(6) |
Id-Deċiżjoni 2005/734/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2005/734/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2a huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 2a Miżuri addizzjonali għall-trażżin tar-riskju 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet li ġejjin jiġu projbiti fiż-żoni tat-territorju tagħhom li huma identifikaw bħala li qiegħed partikolarment f'riskju għall-influwenza ta' l-influwenza tat-tjur, skond l-Artikolu 1(1):
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tlaqqigħ tat-tjur u għasafar oħra fis-swieq, wirjiet, esebizzjonijiet u avvenimenti kulturali, inkluż tiġrijiet minn post għal ieħor, huwa projbit.” |
(2) |
L-Artikoli 2b u 2c li ġejjin huma mdaħħla: “Article 2b Derogi 1. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2a(1), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-attivitajiet li ġejjin:
2. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2a(2), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ġbir tat-tjur u għasafar oħra maqbuda. Artikolu 2c Kondizzjonijiet għal awtorizzazzjoni u għall-insegwiment tagħha 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet skond l-Artikolu 2b jingħataw biss wara riżultati pożittivi għal valutazzjoni tar-riskju u sakkem il-miżuri tas-sigurtà ikunu fis-seħħ biex tiġi evitat l-firxa possibbli ta' l-influwenza tat-tjur. 2. Qabel ma tingħata awtorizzazzjoni għall-użu ta' għasafar tat-taħrik skond l-Artikolu 2b(1)(d)(ii), l-Istat Membru kkonċernat għandu jissottometti assessjar tar-riskju lill-Kummissjoni akkompanjat b'informazzjoni dwar il-miżuri ta' bijosigurtà li għandhom jidħlu fis-seħħ biex jiżguraw implimentazzjoni tajba ta' dak l-Artikolu. 3. L-Istati Membri li jagħtu d-derogi skond l-Artikolu 2(b)(1)(d)(ii) għandhom jissottomettu rapport ta' kull xahar lill-Kummissjoni dwar il-miżuri ta' bijosigurtà adottati.” |
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom minnufih jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawn il-miżuri. Għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta' Awwissu 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).
(2) ĠU L 274, 20.10.2005, p. 105. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2006/405/KE (ĠU L 158, 10.6.2006, p. 14).
(3) ĠU L 274, 20.10.2005, p. 95.