Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0573

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta' Awwissu 2006 li taħtar membri għall-Kumitat Xjentifiku dwar il-Limiti ta' l-Esponiment għal Aġenti Kimiċi waqt ix-Xogħol għal terminu ġdid ta' kariga

    ĠU L 228, 22.8.2006, p. 22–23 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 1104–1105 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/573/oj

    8.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    1104


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-18 ta' Awwissu 2006

    li taħtar membri għall-Kumitat Xjentifiku dwar il-Limiti ta' l-Esponiment għal Aġenti Kimiċi waqt ix-Xogħol għal terminu ġdid ta' kariga

    (2006/573/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/320/KE tat-12 ta' Lulju 1995 li twaqqaf Kumitat Xjentifiku dwar il-Limiti ta' Esponiment għal Aġenti Kimiċi waqt ix-Xogħol (1), minn issa 'l quddiem “il-Kumitat”, u b'mod partikolari ta' l-Artikolu 3 tagħha,

    Wara li kkunsidrat il-lista ta' kandidati ppreżentata mill-Istati Membri,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 95/320/KE jipprevedi li l-Kumitat għandu jikkonsisti minn mhux aktar minn 21 membru magħżula minn fost kandidati adattati proposti mill-Istati Membri u li jirriflettu l-firxa sħiħa ta' għarfien xjentifiku espert li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq il-mandat tal-Kumitat.

    (2)

    L-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 95/320/KE jipprevedi li l-Kummissjoni għandha taħtar il-membri tal-Kumitat, fuq il-bażi ta' l-għarfien espert xjentifiku u l-esperjenza tagħhom evidenzati, wara li tkun ikkunsidrat il-ħtieġa li tiżgura li jkunu koperti d-diversi oqsma speċifiċi.

    (3)

    L-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 95/320/KE tipprevedi li t-terminu tal-kariga tal-membri tal-Kumitat għandu jkun ta' tliet snin u li l-ħatra tagħhom għandha tkun tista' tiġġedded. Wara li jiskadi ż-żmien ta' tliet snin, il-membri tal-Kumitat jibqgħu fil-kariga sakemm jinbidlu jew sakemm jiġġeddu l-ħatriet tagħhom.

    (4)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ottubru 2002 (2) ħatret il-membri tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Limiti ta' Esponiment għal Aġenti Kimiċi waqt ix-Xogħol għat-tielet terminu ta' kariga mill-1 ta' April 2002 sal-31 ta' Marzu 2005.

    (5)

    Għalhekk jeħtieġ li l-membri tal-Kumitat jinħatru għar-raba' terminu tal-kariga (mill-1 ta' Lulju 2006 sat-30 ta' Ġunju 2009).

    (6)

    Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Istati Membri, skond l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 95/320/KE,

    IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    Il-Kummissjoni taħtar il-membri li ġejjin tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Limiti ta' Esponiment għal Aġenti Kimiċi waqt ix-Xogħol għat-terminu ta' kariga mill-1 ta' Lulju 2006 sat-30 ta' Ġunju 2009:

    Bertazzi, Prof. Pier Alberto

    L-Italja

    Bolt, Prof. Hermann

    Il-Ġermanja

    Dominique, Dr. Lison

    Il-Belġju

    Fabiánová, Dr. Eleonóra

    Is-Slovakkja

    Foà, Prof. Vito

    L-Italja

    González, Dr. Enrique

    Spanja

    Greim, Prof. Helmut

    Il-Ġermanja

    Hartwig, Prof. Andrea

    Il-Ġermanja

    Hay, Prof. Alastair

    Ir-Renju Unit

    Hudak, Dr. Aranka

    L-Ungerija

    Johansson, Prof. Gunnar

    L-Iżvezja

    Levy, Prof. Leonard

    Ir-Renju Unit

    Masschelein, Prof. Raphaël

    Il-Belġju

    Meldrum, Mrs. Maureen

    Ir-Renju Unit

    Nielsen, Prof. Gunnar

    Id-Danimarka

    Nordman, Prof. Hendrik

    Il-Finlandja

    Pospischil, Dr. Erich

    L-Awstrija

    Pratt, Dr. Iona

    L-Irlanda

    Skowron, Dr. Jolanta

    Il-Polonja

    Stuecker, Dr. Isabelle

    Franza

    Woutersen, Dr. Ruud A.

    L-Olanda

    Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta' Awwissu 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Vladimir SPIRLA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 188, 9.8.1995, p. 14. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/275/KE (ĠU L 101, 11.4.2006, p. 4).

    (2)  ĠU C 245, 11.10.2002, p. 5.


    Top