Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0556

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 4 ta' Awwissu 2006 li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE fir-rigward ta' ċerti gruppi ta' ġbir u produzzjoni ta' l-embrijuni fl-Istati Uniti ta' l-Amerika (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3456) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 218, 9.8.2006, p. 20–21 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 1071–1072 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/02/2008; Impliċitament imħassar minn 32008D0155

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/556/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1071


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-4 ta' Awwissu 2006

li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE fir-rigward ta' ċerti gruppi ta' ġbir u produzzjoni ta' l-embrijuni fl-Istati Uniti ta' l-Amerika

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3456)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2006/556/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar il-kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijuni ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE tat-30 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi listi ta' gruppi approvati għall-ġbir u l-produzzjoni ta' embrijuni f'pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta' embrijuni ta' l-ifrat lejn il-Komunità (2) tistipula li l-Istati Membri għandhom jimpurtaw embrijuni minn pajjiżi terzi biss minn fejn dawn ikunu nġabru, ġew ipproċessati u nħażnu mill-gruppi għall-ġbir ta' l-embrijuni elenkati f'dik id-Deċiżjoni.

(2)

L-Istati Uniti ta' l-Amerika talbu li jsiru emendi għar-reġistrazzjonijiet tal-listi għal dak il-pajjiż fir-rigward ta' ċerti gruppi għall-ġbir u l-produzzjoni ta' embrijuni.

(3)

L-Istati Uniti ta' l-Amerika pprovdew garanziji fir-rigward tal-konformità mar-regoli xierqa stabbiliti fid-Direttiva 89/556/KEE u l-grupp tal-ġbir ta' l-embrijuni involut ġie approvat uffiċjalment għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mis-servizzi veterinarji ta' dak il-pajjiż.

(4)

Id-Deċiżjoni 92/452/KEE għandha, għalhekk, tiġi emendata kif xieraq.

(5)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 92/452/KEE hu emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-tielet jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar l-4 ta' Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/60/KE (ĠU L 31, 3.2.2006, p. 24).

(2)  ĠU L 250, 29.8.1992, p. 40. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/395/KE (ĠU L 152, 7.6.2006, p. 34).


ANNESS

L-Anness mad-Deċiżjoni 92/452/KEE hu emendat kif ġej:

(a)

ir-ringiela għall-grupp tal-ġbir ta' l-embrijuni ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika Nru 98KY101 hija ssostitwita b'dan li ġej:

“US

 

98KY101

E625

 

Kentucky-Bluegrass Genetics

4486 Jackson Road

Eminence, KY 40019

Dr Cheryl Feddern Nelson”

(b)

qed titħassar ir-ringiela li ġejja għall-gruppi tal-ġbir ta' l-embrijuni ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika:

“US

 

97KY096

E-1012

 

Kentucky-Bluegrass Genetics

4486 Jackson Road

Eminence, KY

Dr Hardy Dungan”

(ċ)

qed tiddaħħal ir-ringiela li ġejja għall-Istati Uniti ta' l-Amerika:

“US

 

96WI093

E1093

 

Wittenberg Embryo Transfer

102 E Vinal Street

Wittenberg, WI 54499

Dr John Prososki”


Top