Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0536

    2006/536/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea

    ĠU L 224, 16.8.2006, p. 14–14 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/536/oj

    Related international agreement

    16.8.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    14


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

    tal-21 ta’ Frar 2005

    dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea

    (2006/536/KE, Euratom)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA U L-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 101 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat ta' Adeżjoni 2003, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

    Waqt li kkunsidraw l-Att ta’ Adeżjoni 2003, u b'mod partikulari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

    Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill skond l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,

    Billi:

    (1)

    Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea, ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri fit-30 ta' April 2004.

    (2)

    Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll ġie applikat fuq bażi provviżorja mill-1 ta' Mejju 2004.

    (3)

    Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea huwa hawnhekk approvat f’isem il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Istati Membri.

    It-test tal-Protokoll hu mehmuż ma' din id-Deċiżjoni (2).

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 4 tal-Protokoll. Il-President tal-Kummissjoni għandu fl-istess ħin jagħti tali notifika f’isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

    Magħmula fi Brussel, nhar l-21 ta’ Frar 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. ASSELBORN

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    J. M. BARROSO


    (1)  ĠU C 174 E, 14.7.2005, p. 43.

    (2)  Ara paġna 10 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


    Top