This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0535
2006/535/EC: Council Decision of 29 April 2004 on the signing and provisional application of a Protocol to the Partnership and Cooperation Agreement establishing a partnership between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Republic of Moldova, of the other part, to take account of the accession of the Czech Republic, the Republic of Estonia, the Republic of Cyprus, the Republic of Latvia, the Republic of Lithuania, the Republic of Hungary, the Republic of Malta, the Republic of Poland, the Republic of Slovenia and the Slovak Republic to the European Union
2006/535/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 29 ta’ April 2004 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjonili jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea
2006/535/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 29 ta’ April 2004 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjonili jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea
ĠU L 224, 16.8.2006, p. 8–9
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/535/oj
16.8.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 224/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-29 ta’ April 2004
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjonili jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea
(2006/535/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat ta' l-Adeżjoni tas-16 ta' April 2003, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att anness mat-Trattat ta' l-Adeżjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
It-8 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, sabiex tinnegozja mar-Repubblika tal-Moldova Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jieħu kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea, u li jipprovdi għal ċerti aġġustamenti tekniċi marbuta ma' l-iżviluppi istituzzjonali u legali fi ħdan l-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Suġġett għall-konklużjoni eventwali tiegħu f'data aktar tard, il-Protokoll ġie negozjat bejn il-Partijiet and issa għandu jiġi ffirmat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha. |
(3) |
Il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mid-data ta' l-Adeżjoni, u dan sa meta jitlestew il-proċeduri relevanti għall-konklużjoni formali tiegħu, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa jiffirmaw, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Repubblika ta’ l-Ungerija ma’ l-Unjoni Ewropea, suġġett għall-konklużjoni eventwali tiegħu fi stadju aktar tard.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni (1).
Artikolu 2
Sa meta jidħol fis-seħħ, il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mid-data ta' l-Adeżjoni.
Magħmula fil-Lussemburgu, nhar id-29 ta’ April 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
J. PRÖLL
(1) Ara paġna 10 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
PROTOKOLL
għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, biex jieħu kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea
IR-RENJU TAL-BELĠJU,
IR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IR-RENJU TAD-DANIMARKA,
IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA,
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IR-RENJU TA' SPANJA,
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
L-IRLANDA,
IR-REPUBBLIKA TALJANA,
IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,
IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,
IR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA,
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,
IR-RENJU TA' L-OLANDA,
IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,
IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,
IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,
minn issa 'l quddiem imsejħa l-“Istati Membri”, rappreżentati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, u
IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TA’ L-ENERĠIJA ATOMIKA,
minn issa 'l quddiem imsejħa “l-Komunitajiet”, rappreżentati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea,
min-naħa l-waħda, u
R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA
min-naħa l-oħra,
WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja għandhom ikunu Partijiet għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni, li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussel fit-28 ta' Novembru 1994 (minn issa 'l quddiem il-“Ftehim”) u għandhom jadottaw u jieħdu nota rispettivament, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra, tat-testi tal-Ftehim, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti, l-Iskambji ta' Ittri, u d-Dikjarazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova annessi ma' l-Att Finali iffirmat fl-istess data u l-Protokoll għall-Ftehim tal-15 ta' Mejju 1997 li daħal fis-seħħ fit-12 ta' Ottubru 2000.
Artikolu 2
Biex jittieħed kont ta' żviluppi istituzzjonali reċenti fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-Partijiet jaqblu li, wara t-tmiem tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, dispożizzjonijiet eżistenti fil-Ftehim li jirreferu għall-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandhom jitqiesu li qed jirreferu għall-Komunità Ewropea li assumiet id-drittijiet u l-obbligi kollha kkuntrattati mill-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.
Artikolu 3
Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali tal-Ftehim.
Artikolu 4
1. Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Komunitajiet, mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri, u mir-Repubblika tal-Moldova skond il-proċeduri tagħhom stess.
2. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettieq tal-proċeduri korrispondenti msemmija fil-paragrafu ta' qabel dan. L-istrumenti ta' approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
1. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-istess jum bħat-Trattat ta' Adeżjoni ta' l-2003, basta li l-istrumenti ta' approvazzjoni kollha ta' dan il-Protokoll ikunu ġew depożitati qabel dik id-data.
2. Meta mhux l-istrumenti ta' approvazzjoni kollha ta' dan il-Protokoll ikunu ġew depożitati qabel dik id-data, dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data ta' meta jkun ġie depożitat l-aħħar strument ta' approvazzjoni
3. Meta mhux l-istrumenti ta' approvazzjoni kollha ta' dan il-Protokoll ikunu ġew depożitati qabel l-1 ta' Mejju 2004, dan il-Protokoll għandu japplika b'mod provviżorju b'effett mill-1 ta' Mejju 2004.
Artikolu 6
It-testi tal-Ftehim, ta’ l-Att Finali u tad-dokumenti kollha annessi miegħu, kif ukoll il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni tal-15 ta' Mejju 1997, huma mfassla fil-lingwa Ċeka, Estona, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Slovakka, Slovena u Ungeriża.
Dawn it-testi (1) huma annessi ma' dan il-Protokoll u huma ugwalment awtentiċi mat-testi fil-lingwi l-oħra li fihom huma imfassla l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu, kif ukoll il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni tal-15 ta' Mejju 1997.
Artikolu 7
Dan il-Protokoll huwa mfassal f'żewġ kopji fil-lingwa Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovena, Slovakka, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża u Moldava, b’kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.
Hecho en Bruselas, el treinta de abril de dos mil cuatro.
V Bruselu dne třicátého dubna dva tisíce čtyři.
Udfærdiget i Bruxelles den tredivte april to tusind og fire.
Geschehen zu Brüssel am dreißigsten April zweitausendundvier.
Kahe tuhande neljanda aasta kolmekümnendal aprillil Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τριάντα Απριλίου δύο χιλιάδες τέσσερα.
Done at Brussels on the thirtieth day of April in the year two thousand and four.
Fait à Bruxelles, le trente avril deux mille quatre.
Fatto a Bruxelles, addì trenta aprile duemilaquattro.
Briselē, divi tūkstoši ceturtā gada trīsdesmitajā aprīlī.
Priimta du tūkstančiai ketvirtų metų balandžio trisdešimtą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-negyedik év április havának tizenharmadik napján.
Magħmul fi Brussel fit-tletin jum ta' April tas-sena elfejn u erbgħa.
Gedaan te Brussel, de dertigste april tweeduizendvier.
Sporządzono w Brukseli, dnia trzynastego kwietnia roku dwa tysiące czwartego.
Feito em Bruxelas, em trinta de Abril de dois mil e quatro.
V Bruseli tridsiateho apríla dvetisícštyri.
V Bruslju, dne tridesetega aprila leta dva tisoč štiri.
Tehty Brysselissä kolmantenakymmenentenä päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattaneljä.
Som skedde i Bryssel den trettionde april tjugohundrafyra.
Întocmit la Bruxelles în a treizecea zi a lunii aprilie în anul doua mii patru.
Por los Estados miembros
Za členské státy
For medlemsstaterne
Für die Mitgliedstaaten
Liikmesriikide nimel
Για τα κράτη μέλη
For the Member States
Pour les États membres
Per gli Stati membri
Dalībvalstu vārdā
Valstybių narių vardu
A tagállamok részéről
Għall-Istati Membri
Voor de lidstaten
W imieniu Państw Członkowskich
Pelos Estados-Membros
Za členské štáty
Za države članice
Jäsenvaltioiden puolesta
På medlemsstaternas vägnar
Pentru Statele Membre
Por las Comunidades Europeas
Za Evropská společenství
For De Europæiske Fællesskaber
Für die Europäischen Gemeinschaften
Euroopa ühenduste nimel
Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες
For the European Communities
Pour les Communautés européennes
Per le Comunità europee
Eiropas Kopienu vārdā
Europos Bendrijų vardu
Az Európai Közösségek részéről
Għall-Komunitajiet Ewropej
Voor de Europese Gemeenschappen
W imieniu Wspólnot Europejskich
Pelas Comunidades Europeias
Za Európske spoločenstvá
Za Evropske skupnosti
Euroopan yhteisöjen puolesta
På Europeiska gemenskapernas vägnar
Pentru Comunitatile Europene
Por la República de Moldova
Za Moldavskou republiku
For Republikken Moldova
Für die Republik Moldau
Moldova Vabariigi nimel
Για τη Δημοκρατία της Μολδαβίας
For the Republic of Moldova
Pour la République de Moldova
Per la Repubblica di Moldova
Moldovas Republikas vārdā
Moldovos Respublikos vardu
Moldova részéről
Għar-Repubblika tal-Moldavja
Voor de Republiek Moldavië
W imieniu Republiki Mołdowy
Pela República da Moldávia
Za Moldavskú republiku
Za Republiko Moldavijo
Moldovan tasavallan puolesta
På Republiken Moldaviens vägnar
Pentru Republica Moldova
(1) Il-verżjoni Ċeka, Estonjana, Latvjana. Litwana, Maltija, Pollakka, Slovakka, Slovena u Ungeriża ta' dan il-Ftehim għandhom jiġu ppubblikati fl-edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċċjali f'data aktar tard.