Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0497

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà BiH/9/2006 tas- 27 ta’ Ġunju 2006 dwar il-ħatra ta' Kmandant tal-Forza ta' l-UE għall-Operazzjoni Militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina

    ĠU L 196, 18.7.2006, p. 25–25 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 76M, 16.3.2007, p. 88–88 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/497/oj

    16.3.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    88


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ BIH/9/2006

    tas-27 ta’ Ġunju 2006

    dwar il-ħatra ta' Kmandant tal-Forza ta' l-UE għall-Operazzjoni Militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina

    (2006/497/PESK)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari t-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 25 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta' Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skond l-Artikolu 6 ta' l-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) sabiex jieħu deċiżjonijiet ulterjuri dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza ta' l-UE.

    (2)

    Skond id-Deċiżjoni tal-KPS, BiH/6/2005, il-Maġġur Ġeneral Gian Marco CHIARINI nħatar Kmandant tal-Forza ta' l-UE għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina.

    (3)

    Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni ta' l-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Viċi Ammiral Hans-Jochen Witthauer bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza ta' l-UE għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Herzegovina.

    (4)

    Il-Kumitat Militari ta' l-UE appoġġa n-nomina.

    (5)

    Konformement ma' l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża.

    (6)

    Il-Kunsill Ewropew ta' Kopenhagen fit-12 u t-13 ta' Diċembru 2002 adotta Dikjarazzjoni li stqarret li l-arranġamenti “Berlin Plus” u l-implementazzjoni tagħhom sejrin japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri ta' l-UE li huma wkoll membri tan-NATO jew Partijiet għall-“Isħubija għall-Paċi”, u li konsegwentement ikkonkludew ftehim bilaterali ta' sigurtà man-NATO,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Viċi Ammiral Hans-Jocken Witthauer huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forzi ta' l-UE għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fil-5 ta' Diċembru 2006.

    Magħmul fi Brussel, 27 ta’ Ġunju 2006.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    F.J. KUGLITSCH


    (1)  ĠU L 252, 28.7.2004, p. 10.


    Top