Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0411

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 14 ta’ Ġunju 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2006/346/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni relatati mad-deni klassikutal-ħnieżer fil-Ġermanja (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2323) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 163, 15.6.2006, p. 12–15 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 866–869 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/411/oj

    8.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    866


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta' l-14 ta’ Ġunju 2006

    li temenda d-Deċiżjoni 2006/346/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni relatati mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja

    (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2323)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2006/411/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku, applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Wara tifqigħat tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja, twaqqfu immedjatament żoni ta' protezzjoni u sorveljanza madwar is-siti tat-tifqigħat fil-Ġermanja skond l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2001/89/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (2).

    (2)

    Barra minn hekk, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/346/KE tal-15 ta' Mejju 2006 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni relatati mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/274/KE (3) ġiet adottata sabiex iżżomm u testendi l-miżuri meħuda mill-Ġermanja skond id-Direttiva 2001/89/KE.

    (3)

    Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija mill-Ġermanja, huwa f'loku li jiġu emendati l-miżuri protettivi rigward id-deni klassiku tal-ħnieżer f'dak l-Istat Membru previst f'dik id-Deċiżjoni, b'mod partikolari għat-territorju tat-Tramuntana tar-Rhine-Westphalia fejn japplikaw dawn il-miżuri.

    (4)

    Huwa wkoll xieraq li jiġu previsti derogi għall-moviment ta' ħnieżer minn ċerti stabbilimenti li rċevew ħnieżer ħajjin f'dawk il-partijiet tat-Tramuntana tar-Rhine-Westphalia li għandhom x'jaqsmu mad-deni klassiku tal-ħnieżer.

    (5)

    Huwa neċessarju li tiġi estiża l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/346/KE u fl-istess ħin mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet applikati skond id-Direttiva 2001/89/KE biex isiru dispożizzjonijiet biex jadattaw iż-żoni ristretti għas-sitwazzjoni attwali tal-marda.

    (6)

    Id-Deċiżjoni 2006/346/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

    (7)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2006/346/KE hija emendata kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 1

    Il-Ġermanja għandha tiżgura li l-ebda ħanżir ma jintbagħat lejn Stati Membri oħra u lejn pajjiżi terzi minn:

    (a)

    iż-żoni elenkati fl-Anness I;

    (b)

    stabbilimenti fit-territorju tagħha li jinsabu barra miż-żoni elenkati fl-Anness I li rċevew ħnieżer mill-15 ta' Marzu 2006 minn stabbiliment li jinsab fiż-żoni elenkati fl-Anness I.”

    (2)

    L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 2

    1.   Il-Ġermanja għandha tiżgura li:

    (a)

    mingħajr preġudizzju għall-miżuri previsti fid-Direttiva 2001/89/KE u partikolarment l-Artikoli 9, 10 u 11 tagħha,

    (i)

    l-ebda ħanżir ma jiġi ttrasportat minn stabbilimenti fi ħdan iż-żoni elenkati fl-Anness I(A);

    (ii)

    it-trasport tal-ħnieżer għall-qatla li jkunu ġejjin minn stabbilimenti barra ż-żoni elenkati fl-Anness I(A) lejn biċċeriji li jinsabu f'dawk iż-żoni u t-tranżitu ta' ħnieżer minn dawk iż-żoni huma permessi biss:

    permezz tat-toroq ewlenin jew il-ferroviji, u

    skond l-istruzzjonijiet dettaljati maħruġa mill-awtorità kompetenti biex il-ħnieżer ikkonċernati ma jitħallewx jiġu f'kuntatt dirett jew indirett ma' ħnieżer oħra waqt it-trasport;

    (b)

    l-ebda ħanżir ma jiġi ttrasportat miż-żoni elenkati fl-Anness I(B) lejn żoni oħra fil-Ġermanja, ħlief għat-trasport dirett ta':

    (i)

    ħnieżer għall-qatla lejn biċċerija għall-qatla immedjata, bil-kundizzjoni li l-ħnieżer ikunu ġejjin minn stabbiliment wieħed;

    (ii)

    ħnieżer għat-trobbija u għall-produzzjoni lejn stabbiliment, bil-kundizzjoni li l-ħnieżer kienu residenti għal mill-inqas 30 jum, jew mit-twelid jekk ta' età inqas minn 30 jum, fi stabbiliment wieħed.

    li ma jkunx irċieva ħnieżer ħajjin matul iż-żmien ta' 30 jum immedjatament qabel id-data tad-dispaċċ tal-ħnieżer; kif ukoll

    li jkun sarlu eżami kliniku skond il-Kapitolu IV (D) (2) ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 2002/106/KE b'riżultati negattivi.

    2.   B'deroga mill-paragrafu 1(a) l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza t-trasport tal-ħnieżer minn stabbiliment li jkun jinsab f'waħda miż-żoni elenkati fl-Anness I(A) iżda 'l barra minn żona ta' protezzjoni jew sorveljanza:

    (a)

    direttament lejn biċċerija f'dawk iż-żoni, jew f'każi eċċezzjonali, lejn biċċeriji magħżula fil-Ġermanja li jkunu jinsabu barra dawk iż-żoni, għall-qatla immedjata, bil-kundizzjoni li dawk il-ħnieżer ikunu ntbagħtu minn stabbiliment li jkun sarlu eżami kliniku skond il-Kapitolu IV(D)(3) ta' l-Anness għad-Deċiżjoni 2002/106/KE b'riżultati negattivi;

    (b)

    lejn stabbiliment li jinsab fi ħdan dawk iż-żoni, bil-kundizzjoni li l-ħnieżer kienu residenti għal mill-inqas 45 jum, jew mit-twelid jekk ta' età inqas minn 45 jum, fi stabbiliment wieħed ta' oriġini li:

    (i)

    ma jkunx irċieva ħnieżer ħajjin matul iż-żmien ta' 45 jum immedjatament qabel id-data tad-dispaċċ tal-ħnieżer;

    (ii)

    li jkun sarlu eżami kliniku skond il-Kapitolu IV(D)(2) u t-tieni sar-raba' paragrafu tal-Kapitolu IV(D)(4) ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 2002/106/KE b'riżultati negattivi.

    (ċ)

    B'deroga mill-punt (b)(i), il-Ġermanja tista:

    (i)

    tnaqqas il-perjodu ta' 45 jum għal perjodu ta' 20 jum, sakemm matul il-perjodu immedjatament qabel id-data tad-dispaċċ tal-ħnieżer ta' l-istabbiliment ta' oriġini msemmi f'punt (b) ma rċeviex xi ħnieżer oħrajn, ħlief ħnieżer zgħar, mill-istess stabbliment; jew

    (ii)

    jissospendi l-applikazzjoni tal-kundizzjoni prevista f'paragrafu 2(b)(i), jekk l-istabbiliment ta' l-oriġini msemmi f'dak il-paragrafu ma rċeviex ħnieżer oħrajn, barra l-ħnieżer żgħar, li ġew soġġetti għat-testijiet tal-laboratorju, mwettqa fuq kampjuni li ttieħdu fi żmien 10 tijiem mid-data tad-dispaċċ, b'riżultati negattivi għal dan li ġej:

    test biex jinstabu l-antikorpi, u

    żewġ testijiet konsekuttivi b'intervall ta' sebat ijiem biex jinstab il-ġenomi tal-vajrus tad-deni klassiku tal-ħnieżer (RT-PCR) imwettaq fil-laboratorju nazzjonali ta' referenza.

    3.   Bħala deroga mill-paragrafu 1(a), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza t-trasportazzjoni diretta tal-ħnieżer minn xi impriża li tinsab fil-limiti taż-żona ta' sorveljanza lejn stabbiliment nominat fejn ma jkun hemm ebda ħnieżer preżenti u li jkun jinsab fil-limiti ta' l-istess żona ta' sorveljanza, bil-kundizzjoni li:

    (a)

    dan it-trasport iseħħ skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11(1)(f) u l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2001/89/KE;

    (b)

    it-testijiet previsti fil-Kapitolu IV(D)(2) ta' l-Anness mad-Deċiżjoni 2002/106/KE jkunu tlestew b'eżitu negattiv rigward l-istabbilment minn fejn jintbagħtu l-ħnieżer

    4.   Bħala deroga mill-paragrafu 1(a), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza t-trasportazzjoni diretta tal-ħnieżer minn stabbliment li jinsab f'żona ta' sorveljanza lejn stabbiliment nominat fiż-żona ta' protezzjoni, bil-kundizzjoni li:

    (a)

    l-istabbiliment nominat għad-destinazzjoni jinstab ta' l-anqas 10 km mill-fruntiera nazzjonali ma' Stat Membru ieħor u l-ebda ħnieżer ma kienu preżenti f'dak l-istabbiliment għal ta' l-anqas 21 jum wara d-data ta' tlestija ta' tindif u diżinfezzjoni skond l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2001/89/KE;

    (b)

    l-istabbiliment maħtur ta' destinazzjoni għadda mit-tielet tindifa u diżinfezzjoni taħt superviżjoni veterinarja qabel ma daħlu l-ħnieżer,

    (ċ)

    il-ħnieżer kollha jaslu fl-istabbiliment maħtur ta' destinazzjoni fi żmien 20 jum;

    (d)

    ħnieżer fl-istabbiliment magħżul ta'destinazzjoni huma soġġetti għal eżami seroloġiku skond il-Kapitolu IV(E) ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 2002/106/KE, mwettaq fuq kampjuni meħuda mhux aktar qabel minn 40 jum wara d-data tal-wasla ta' l-aħħar ħnieżer imsemmija f'punt (c);

    (e)

    l-ebda ħnieżer ma jħallu l-istabbiliment magħżul ta' destinazzjoni ħlief, wara l-eżami msemmi f'punt (d) għal qalta diretta f'biċċerija li tinsab fiż-żoni elenkati fl-Anness I(A).

    L-awtoritajiet Ġermaniżi għandhom jirreġistraw it-tali trasport kollu ta' ħnieżer u jinformaw minnufih lill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali”.

    (3)

    L-Artikolu 8 jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 8

    1.   Id-Deċiżjoni 2006/346/KE għandha tkun emendata kif ġej:

    (a)

    L-Artikolu 2(1)(b) huwa mħassar.

    (b)

    fl-Artikolu 2(2)(b), il-kliem ‘fi ħdan dwak iż-żoni’ huwa ssostitwit bil-kliem ‘fil-Ġermanja’;

    (ċ)

    fl-Artikolu 2(4)(e), il-kliem ‘biċċeriji li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness I(A)’ huma ssostitwiti bil-kliem ‘biċċeriji magħżula li jinsabu fir-Regierungsbeżirk Münster’;

    (d)

    Parti A ta' l-Anness I hija sostitwita b'dan li ġej:

    A.

    ‘Fit-Tramuntana tar-Rhine-Westphalia, iż-żona ta' sorveljanza stabbilita skond id-Direttiva 2001/89/KE madwar tifqigħat Borken-01, Borken-02 u Borken-03.’

    (e)

    Parti B ta' l-Anness I hija mħassra.

    Dan il-paragrafu għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2006.

    2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Lulju 2006.

    Madankollu, il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jistgħu ma japplikawx mid-data li:

    (a)

    l-istabbilimenti kollha msemmija fl-Artikolu 2(4)(a) għaddew minn eżamijiet seroloġiċi, previsti fl-Artikolu 2(4)(d), u kisbu riżultati negattivi; kif ukoll

    (b)

    Il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dawn ir-riżultati negattivi.

    3.   Għall-għanijiet ta' paragrafu 1, fit-30 ta' Ġunju 2006, il-Ġermanja se tikkonferma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra li:

    (a)

    ikkonformat mal-kundizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni; kif ukoll

    (b)

    sa mid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni ma kienx hemm suspett jew okkorrenza ta' tifqigħa ta' deni klassiku tal-ħnieżer fiż-żoni elenkati fl-Anness I.

    4.   Wara l-konferma ta' konforma mal-kundizzjonijiet imsemmija f'paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għal kummerċ sabiex iġibuhom f'konformità ma' din id-Deċiżjoni.”

    (4)

    L-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/346/KE jinbidel u floku jidħol it-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, nhar l-14 ta' Ġunju 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, ta' l-19.11.2002, p. 14).

    (2)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Direttiva kif emendata mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

    (3)  ĠU L 128, 6.5.2006, p. 10. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/391/KE (ĠU L 150, 3.6.2006, p. 24).


    ANNESS

    “ANNESS I

    Iż-żoni fil-Ġermanja msemmija fl-Artikoli 1, 2, 3, 5 u 6:

    A.

    Fit-Tramuntana tar-Rhine-Westphalia: it-territorju sħiħ tar-Regierungsbezirk Münster u t-territorju tar-Regierungsbezirk Düsseldorf, it-tramuntana tar-Rhine u l-motorway BAB 2.

    B.

    Tramuntana tar-Rhine-Westphalia: it-territorju sħiħ tar-Regierungsbezirk Arnsberg u t-territorju tar-Regierungsbezirk Düsseldorf, in-nofsinhar tar-Rhine u l-motorway BAB 2.”


    Top