Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0405

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta' Ġunju 2006 li temenda d-Deċiżjonijiet 2005/710/KE, 2005/734/KE, 2005/758/KE, 2005/759/KE, 2005/760/KE, 2006/247KE u 2006/265/KE rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni li għandhom x'jaqsmu ma'l-influenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2177) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 858–861 (MT)
ĠU L 158, 10.6.2006, p. 14–17 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/02/2017

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/405/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

858


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta' Ġunju 2006

li temenda d-Deċiżjonijiet 2005/710/KE, 2005/734/KE, 2005/758/KE, 2005/759/KE, 2005/760/KE, 2006/247KE u 2006/265/KE rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' l-influenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2177)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/405/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb għat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), ub'mod partikolari l-Artikolu 18(7) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa ta' l-annimali li japplikaw għal moviment mhux kummerċjali ta' l-annimali domestiċi u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (4) u b' mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,

Billi:

(1)

Wara t-tifqigħa ta' l-influwenza tat-tjur, ikkawżata minn razza tal-vajrus H5N1 b'patoġeniċità għolja, fix-Xlokk ta' l-Ażja f'Diċembru 2003, il-Kummissjoni adottat bosta miżuri ta' ħarsien marbuta ma' dik il-marda.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/710/KE tat-13 ta' Ottubru 2005 li tikkonċerna ċerti miżuri ta' ħarsien li għandhom x'jaqsmu ma' l-influenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja fir-Rumanija (5), tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjonijiet ta' tjur ħaj, ratiti u ta' tjur tal-kaċċa bir-rix sew ta' l-irziezet kif ukoll selvaġġi u bajd għat-tifqis ta' dawk l-ispeċijiet mit-territorju kollu tar-Rumanija u ta' ċerti prodotti ta' l-għasafar minn partijiet ta' dak it-territorju.

(3)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/734/KE tad-19 ta' Ottubru 2005 li tistipula l-miżuri ta' bijosigurtà biex jitnaqqas ir-risku ta' trażmissjoni ta' influenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja kkawżata mis-sottotip H5N1 tal-vajrus A ta' l-Influwenza minn għasafar li jgħixu fl-ambjent naturali għal tjur ta' l-irziezet u għasafar oħra miżmuma mill-bniedem, u tipprevedi sistema ta' individwalizzazzjoni minn kmieni f'żoni ta' riskju partikolari (6), tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa u prattiċi biex inaqqsu r-risku ta' trażmissjoni ta' dik il-marda mill-għasafar li jgħixu fl-ambjent naturali għal tjur ta' l-irziezet u għasafar oħra miżmuma mill-bniedem, billi jitqiesu ċerti kriterji u fatturi ta' riskju.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/758/KE tas-27 ta' Ottubru 2005 li tikkonċerna ċerti miżuri ta' ħarsien li għandhom x'jaqsmu ma' suspett ta' influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja fil-Kroazja u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/749/KE (7) tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjonijiet ta' tjur ħaj, ratiti, ta' tjur tal-kaċċa bir-rix sew ta' l-irziezet kif ukoll selvaġġ, ta' ċerti għasafar ħajjin għajr tjur, inklużi għasafar domestiċi (pets), u bajd għat-tifqis ta' dawk l-ispeċijiet kif ukoll ta' ċerti prodotti mill-għasafar, minn partijiet tat-territorju fil-Kroazja.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/759/KE tas-27 ta' Ottubru 2005 li tikkonċerna ċerti miżuri ta' ħarsien li għandhom x'jaqsmu ma' l-influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja f'ċerti pajjiżi terzi u l-moviment minn pajiżi terzi ta' għasafar li jakkumpanjaw is-sidien tagħhom (8), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/760/KE tas-27 ta' Ottubru 2005 li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' l-influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja f'ċerti pajjiżi terzi għall-importazzjonijiet ta' għasafar imrobbija mill-bniedem (9), jistipulaw il-miżuri ta' salvagwardja rigward l-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta' għasafar għajr tjur, inkluż il-moviment ta' għasafar domestiċi (pets).

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/247/KE tas-27 ta' Marzu 2006 li tikkonċerna ċerti miżuri ta' ħarsien rigward l-importazzjonijiet mill-Bulgarija f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-influenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja f'dak il-pajjiż terz (10), tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjonijiet ta' tjur ħaj, ratiti u tjur tal-kaċċa u bir-rix sew ta' l-irziezet kif ukoll selvaġġi u bajd għat-tifqis ta' dawk l-ispeċijiet mit-territorju kollu tal-Bulgarija u ta' ċerti prodotti ta' l-għasafar minn partijiet ta' dak it-territorju.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/265/KE tal-31 ta' Marzu 2006 li tikkonċerna ċerti mizuri ta' ħarsien li għandhom x'jaqsmu ma' suspett ta' l-influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja fl-Iżvizzera (11) tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjonijiet ta' tjur ħaj, ratiti, u tjur tal-kaċċa bir-rix sew fl-irziezet kif ukoll selvaġġ, għasafar ħajjin għajr tjur, inklużi ċerti għasafar domestiċi (pets), u bajd għat-tifqis ta' dawk l-ispeċijiet u ta' ċerti prodotti ta' l-għasafar miż-żoni kollha tat-territorju ta' l-Iżvizzera li għalihom l-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż terz applikaw restrizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2006/115/KE (12) u 2006/135/KE (13)

(8)

It-theddida li għandha quddiemha l-Komunità mill-varjant Ażjatiku tal-vajrus ta' l-influenza tat-tjur ma naqsitx. Għadhom qed jiġu osservati tifqigħat f'għasafar selvaġġi fil-Komunità u f'għasafar selvaġġi u tjur f'bosta pajjiżi terzi, inklużi l-pajjiżi membri ta' l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta' l-Annimali (OIE). Flimkien ma' dan, dak il-vajrus jidher li qed isir dejjem aktar endemiku f'ċerti partijiet tad-dinja. Il-validità tal-miżuri ta' ħarsien stipulati fid-Deċiżjonijiet 2005/710/KE, 2005/734/KE, 2005/759/KE, 2005/760/KE, 2006/247/KE u 2006/265/KE għandha għalhekk tiġi estiża.

(9)

Tagħrif mibgħut lill-Kummissjoni mir-Rumanija u l-Bulgarija u s-sorveljanza li qed titwettaq f'dawk il-pajjiżi terzi jagħmluha ċara li huma kkontrollaw il-marda fuq it-territorju tagħhom u żguraw ukoll li l-vajrus ma nfirixx f'dawk l-inħawi li s'issa kienu ħielsa mill-marda. Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi llimitata s-sospensjoni ta' l-importazzjonijiet stipulata fid-Deċiżjonijiet 2005/710/KE u 2006/247/KE għal dawk iż-żoni fir-Rumanija u l-Bulgarija li ġew effettwati mill-vajrus u li huma fir-riskju.

(10)

Il-Kroazja rrappurtat aktar każijiet tal-vajrus f'għasafar selvaġġi barra ż-żona li bħalissa tinsab reġjonalizzata fid-Deċizjoni 2005/758/KE. Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi estiża s-sospensjoni ta' ċerti importazzjonijiet mill-Kroazja kif stipulat f'dik id-Deċiżjoni biex tkopri l-parti li għadha kif intlaqtet tat-territorju ta' dak il-pajjiż terz.

(11)

Id-Deċiżjonijiet 2005/710/KE, 2005/734/KE, 2005/758/KE, 2005/759/KE, 2005/760/KE, 2006/247/KE u 2006/265/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(12)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2005/710/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Il-paragrafu 1(a) ta' l-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjoni ta':

(a)

tjur ħaj, ratiti, tjur tal-kaċċa u bir-rix sew fl-irziezet kif ukoll selvaġġ, u bajd għat-tifqis ta' dawn l-ispeċijiet li jkunu ġejjin mill-parti tat-territorju tar-Rumanija msemmija fil-Parti B ta' l-Anness;”

(2)

Fl-Artikolu 4, id-data “31 ta' Lulju 2006” hija mibdula għal “31 ta' Diċembru 2006”.

Artikolu 2

Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 2005/734/KE, id-data tal-“31 ta' Mejju 2006” hija mibdula bil-“31 ta' Diċembru 2006”.

Artikolu 3

L-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 2005/758/KE huwa sostitwit bit-test ta' l-Anness li jinsab ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 2005/759/KE, id-data tal-“31 ta' Mejju 2006” hija mibdula bil-“31 ta' Lulju 2006”.

Artikolu 5

Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 2005/760/KE, id-data tal-“31 ta' Mejju 2006” hija mibdula bil-“31 ta' Lulju 2006”.

Artikolu 6

Id-Deċiżjoni 2006/247/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 (a) huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjonijiet ta':

(a)

tjur ħaj, ratiti, tjur tal-kaċċa u bir-rix sew fl-irziezet kif ukoll selvaġġ, u bajd għat-tifqis ta' dawn l-ispeċijiet li jkunu ġejjin mill-parti tat-territorju tal-Bulgarija msemmija fil-Parti B ta' l-Anness;”

(2)

Fl-Artikolu 5, id-data “31 ta' Mejju 2006” hija mibdula għal “31 ta' Diċembru 2006”.

Artikolu 7

Fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 2006/265/KE, id-data tal-“31 ta' Mejju 2006” hija mibdula bil-“31 ta' Diċembru 2006”.

Artikolu 8

L-Istati Membri se jieħdu minnufih il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawk il-miżuri. Huma għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar is-7 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

(3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1).

(4)  ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 590/2006 (ĠU L 104, 13.4.2006, p. 8).

(5)  ĠU L 269, 14.10.2005, p. 42. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/321/KE (ĠU L 118, 3.5.2006, p. 18).

(6)  ĠU L 274, 20.10.2005, p. 105. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/855/KE (ĠU L 316, 2.12.2005, p. 21).

(7)  ĠU L 285, 28.10.2005, p. 50. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/321/KE (ĠU L 118, 3.5.2006, p. 18).

(8)  ĠU L 285, 28.10.2005, p. 52. Verżjoni kkoreġuta ĠU L 291, 5.11.2005, p. 48. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/79/KE (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 48).

(9)  ĠU L 285, 28.10.2005, p. 60. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/79/KE.

(10)  ĠU L 89, 28.3.2006, p. 52.

(11)  ĠU L 95, 4.4.2006, p. 9.

(12)  ĠU L 48, 18.2.2006, p. 28. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/277/KE (ĠU L 103, 12.4.2006, p. 29).

(13)  GU L 52, 23.2.2006, p. 41, Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2006/293/KE (ĠU L 107, 20.4.2006, p. 44).


ANNESS

“ANNESS

Parti mit-territorju tal-Kroazja msemmija fl-Artikolu 1(1)

Kodiċi ISO tal-pajjiż

Isem il-pajjiż

Il-parti tat-territorju

HR

Il-Kroazja

Fil-Kroazja, il-kontej ta':

Viroviticko-Podravska

Osjecko-Baranjska

Splitsko-Dalmatinska

Zagreb”


Top