Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0404

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 31 ta' Mejju 2006 li temenda l-Appendiċi B ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 fir-rigward ta' ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u l-ħalib fil-Polonja (innotifkata taħt dokument numru C(2006) 2068) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 156, 9.6.2006, p. 16–18 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 855–857 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/404/oj

    8.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    855


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-31 ta' Mejju 2006

    li temenda l-Appendiċi B ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 fir-rigward ta' ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u l-ħalib fil-Polonja

    (innotifkata taħt dokument numru C(2006) 2068)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2006/404/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat l-Att ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u b'mod partikolari l-Anness XII, Kapitolu 6, Sezzjoni B, Subsezzjoni I(1), paragrafu (e) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Polonja ngħatat perjodi tranżizzjonali għal ċerti stabbilimenti elenkati fl-Appendiċi B (1) ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

    (2)

    L-Appendiċi B ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni 2003 ġie emendat mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/458/KE (2), 2004/471/KE (3), 2004/474/KE (4), 2005/271/KE (5), 2005/591/KE (6), 2005/854/KE (7), 2006/14/KE (8) u 2006/196/KE (9).

    (3)

    Skond dikjarazzjoni uffiċjali mill-awtorità kompetenti Pollakka, ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u l-ħalib spiċċaw il-proċess tagħhom ta' titjib u issa jinsabu f'konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità. Barra minn hekk, ċerti stabbilimenti waqqfu l-attivitajiet. Dawk l-istabbilimenti għandhom għalhekk jitneħħew mil-lista ta' stabbilimenti li qegħdin fi tranżizzjoni.

    (4)

    L-Appendiċi B ta' l-Anness XII ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

    (5)

    Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali ġie infurmat bil-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-istabbilimenti elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni tneħħew mill-Appendiċi B ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, nhar il-31 ta' Mejju 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.

    (2)  ĠU L 156, 30.4.2004, p. 53. Verżjoni kkoreġġuta ĠU L 202, 7.6.2004, p. 39.

    (3)  ĠU L 160, 30.4.2004, p. 56. Verżjoni kkoreġġuta ĠU L 212, 12.6.2004, p. 31.

    (4)  ĠU L 160, 30.4.2004, p. 73. Verżjoni kkoreġġuta ĠU L 212, 12.6.2004, p. 44.

    (5)  ĠU L 86, 5.4.2005, p. 13.

    (6)  ĠU L 200, 30.7.2005, p. 96.

    (7)  ĠU L 316, 2.12.2005, p. 17.

    (8)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 66.

    (9)  ĠU L 70, 9.3.2006, p. 80.


    ANNESS

    Lista ta' stabbilimenti li għandhom jitneħħew mill-Appendiċi B ta' l-Anness XII għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003

    L-istabbilimenti tal-laħam

    Lista inizjali

    Nru

     

    Isem l-istabbiliment

    66

    12 620 314

    Zakłady Mięsne

    Wiesław Leśniak

    87

    14 190 303

    Zakład Przetwórstwa

    Mięsa “Olewnik-Bis”

    165

    24 720 304

    Wakpol' Sp. z o.o.

    228

    30 220 104

    Ubojnia zwierząt rzeźnych

    B.W. Grzelewscy

    230

    30 220 207

    ZPM sp.j.

    G.E.J. Dworeccy

    L-istabbilimenti b'kapaċità baxxa ta' laħam aħmar

    Lista inizjali

    Nru

     

    Isem l-istabbiliment

    1

     

    Zakład Pracy Chronionej

    “Pałuki” spółka jawna,

    Malice 6, 89-240 Kcynia

    Is-settur tal-ħalib

    Lista inizjali

    Nru

     

    Isem l-istabbiliment

    30

    10 201 601

    OSM w Ozorkowie

    76

    26 021 601

    OSM w Jędrzejowie,

    Zakład Produkcyjny w Jędrzejowie

    81

    26 071 601

    OSM w Ostrowcu Świętokrzyskim

    100

    30 141 601

    Celia Polska Sp. z o.o.

    108

    30 241 602

    OSM Kaźmierz Wlkp.

    Lista supplimentari

    L-istabbilimenti tal-laħam

    Nru

     

    Isem l-istabbiliment

    47

    14 070 204

    Zakład Mięsny “Nowopol” Sp. j.

    Odział: Garbatka Letnisko

    50

    14 230 202

    Ubojnia Zwierząt Gospodarczych

    Andrzej Kazała

    56

    14 380 301

    Zakłady Mięsne “Ratyński i Synowie” Sp.j.

    73

    24 060 201

    Zakład Masarski ME Jędrycha,

    94

    28 183 803

    Masarnia “Kurpianka” Sp. j.,

    107

    12 610 316

    “KRAK — MIĘS” J., Naruszewicz,

    ul. Makuszyńskiego 2A 31-752 Kraków

    118

    04 630 201

    Przedsiębiorstwo Produkcyjno-Usługowo-Handlowe, “Masarnia z Ubojnią”, Czesław Hołubek 87-100 Toruń, ul. Wschodnia 19

    139

    24 010 318

    Przetwórstwo Mięsne Bogdan Szopa, 42-470 Siewierz, ul. Piłsudskiego 21

    153

    24 150 304

    PPUH “JANTAR” Sp. z o.o. Zakład Masarniczy

    44-370 Pszów, ul. Ks. Skwary 3

    Lista supplimentari

    Il-laħam tat-tjur ta' l-irziezet

    Nru

     

    Isem l-istabbiliment

    185

    22 053 901

    Ubojnia Drobiu Jerzy Piotrowski, Pępowo

    ul. Gdańska 118 83-330 Żukowo

    186

    22 053 905

    A&B DROB Sp. z o.o. ul. Pod Elżbietowo 9

    83-330 Żukowo

    Lista supplimentari

    Il-ħalib

    Nru

     

    Isem l-istabbiliment

    24

    10 111 602

    Spółdzielnia Mleczarska 99-220 Wartkowice ul. Spóldzielcza 3

    33

    32 161 601

    Okręgowa Spółdzielnia Mleczarska, 78-200 Białogard.

    Topialnia Serów Rąbino


    Top