EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0394

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 31 ta' Mejju 2006 li temenda l-Appendiċi għall-Anness XIV ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 rigward ċerti stabbilimenti fis-settur tal-laħam fis-Slovakkja (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2073) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 152, 7.6.2006, p. 32–33 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 839–840 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/394(1)/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

839


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-31 ta' Mejju 2006

li temenda l-Appendiċi għall-Anness XIV ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 rigward ċerti stabbilimenti fis-settur tal-laħam fis-Slovakkja

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2073)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/394/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' l-Adeżjoni, ta' Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Ungerija, u b'mod partikolari l-Anness XIV, Kapitolu 5, Taqsima B, paragrafu (d) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-Slovakkja ngħatat perjodi ta' tranżizzjoni għal ċerti stabbilimenti elenkati fl-Appendiċi (1) ta' l-Anness XIV għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

(2)

L-Appendiċi ta' l-Anness XIV ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 ġie emendat bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/463/KE (2), 2005/189/KE (3) u 2005/661/KE (4).

(3)

Skond dikjarazzjoni uffiċjali mill-awtorità kompetenti Slovakka, stabbiliment wieħed tal-laħam lesta l-proċess ta' titjib u issa qiegħed f'konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità. Stabbiliment wieħed tal-laħam fil-lista ta' stabbilimenti fi tranżizzjoni waqaf parzjalment mill-attivitajiet tiegħu. Stabbiliment wieħed tal-ħut għalaq. Dawk l-istabbilimenti għandhom għalhekk jitneħħew mil-lista ta' stabbilimenti li qegħdin fi tranżizzjoni.

(4)

L-Appendiċi għall-Anness XIV għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq. Għal raġunijiet ta' ċarezza, dak l-Appendiċi għandu jinbidel.

(5)

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali ġie mgħarraf bil-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċi għall-Anness XIV għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar il-31 ta' Mejju 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 227 E, 23.9.2003, p. 1654.

(2)  ĠU L 156, 30.4.2004, p. 138. Verżjoni kkorreġuta ĠU L 202, 7.6.2004, p. 95.

(3)  ĠU L 62, 9.3.2005, p. 34.

(4)  ĠU L 245, 21.9.2005, p. 18.


ANNESS

“Appendiċi

msemmi fil-Kapitolu 5, Taqsima B għall-Anness XIV (*)

Lista ta' stabbilimenti, kif ukoll in-nuqqasijiet u ż-żmien mogħti għar-rettifika ta' dawn in-nuqqasijiet

Numru ta' l-approvazzjoni veterinarja

Isem l-istabbiliment

Nuqqasijiet

Data ta' konformità sħiħa

GA 6-2

Sered'ský MP a.s., Bratislavská 385, Sered'

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE:

 

Anness I, Kapitolu I, punt 1(a), (b) u (g)

 

Anness I, Kapitolu I, punt 11

 

Anness I, Kapitolu I, punt 14(a)

31.12.2006


(*)  Għat-test ta' l-Anness XIV ara ĠU L 236, 23.9.2003, p. 915.”


Top