Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0378

    2006/378/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 10 ta' April 2006 dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Istat ta' l-Iżrael, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea

    ĠU L 149, 2.6.2006, p. 31–31 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/378(1)/oj

    Related international agreement

    2.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L NaN/31


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    ta' l-10 ta' April 2006

    dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Istat ta' l-Iżrael, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea

    (2006/378/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien mat-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat ta' l-Adeżjoni ta' l-2003, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Istat ta' l-Iżrael, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea, kien ġie ffirmat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fit-23 ta' Frar 2006.

    (2)

    Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Waħdieni

    Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra, biex tittieħed in konsiderazzjoni s-sħubija tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea, huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

    It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni (2) .

    Magħmula fil-Lussemburgu, l-10 ta' April 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    U. PLASSNIK


    (1)  23 ta' Marzu 2006 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  Ara paġna 2 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


    Top