Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0309

    Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 10 ta' April 2006 li taħtar tliet membri Slovakki u tliet membri supplenti Slovakki fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 115, 28.4.2006, p. 37–37 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 422–422 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/309/oj

    29.9.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    422


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    ta' l-10 ta' April 2006

    li taħtar tliet membri Slovakki u tliet membri supplenti Slovakki fil-Kumitat tar-Reġjuni

    (2006/309/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Slovakk,

    Billi:

    (1)

    Fl-24 ta' Jannar 2006 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta' Jannar 2006 sal-25 ta' Jannar 2010.

    (2)

    Tliet postijiet ta' membri tal-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti hekk kif skadew il-mandati tas-Sur BAUER, tas-Sur MARČOK u tas-Sur TARČÁK (membri). Tliet postijiet ta' membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti hekk kif skadew il-mandati tas-Sur ŠTEFANEC, tas-Sur TOMEČEK u tas-Sinjura DEMETEROVÁ (membri supplenti),

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Huma b'dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni:

    a)

    bħala membri:

    Is-Sur Juraj BLANÁR, President tar-Reġjun Awtonomu ta' Zilina

    Is-Sur Milan MURGAŠ, President tar-Reġjun Awtonomu ta' Banská Bystrica

    Is-Sur Zdenko TREBUL'A, President tar-Reġjun Awtonomu ta' Kosice

    b)

    bħala membri supplenti:

    Is-Sur Pavol SEDLÁČEK, President tar-Reġjun Awtonomu ta' Trencin

    Is-Sur Vladimír BAJAN, President tar-Reġjun Awtonomu ta' Bratislava

    Is-Sur Tibor MIKUŠ, President tar-Reġjun Awtonomu ta' Trnava

    għall-perjodu li jifdal tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2010.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

    Għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fil-Lussemburgu, nhar l-10 ta' April 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    U. PLASSNIK


    (1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


    Top