Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0301

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta' April 2006 li tagħlaq il-proċedura ta' l- antidumping fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' l-alkoħol etiliku li joriġina fil-Gwatemala u l-Pakistan

ĠU L 112, 26.4.2006, pp. 13–14 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, pp. 635–636 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/301/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

635


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' April 2006

li tagħlaq il-proċedura ta' l-antidumping fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' l-alkoħol etiliku li joriġina fil-Gwatemala u l-Pakistan

(2006/301/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

(1)

Fis-26 ta' Mejju 2005, permezz ta' avviż ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (2), il-Kummissjoni ħabbret il-ftuħ ta' proċedura ta' l-antidumping fir-rigward ta' l-importazzjoni fil-Komunità ta' alkoħol etiliku li joriġina fil-Gwatemala u l-Pakistan, kemm jekk denaturat kif ukoll jekk le, b'qawwa alkoħolika ta' 80 % vol jew aktar, normalment iddikjarat taħt il-kodiċi NM 2207 10 00 u ex 2207 20 00 .

(2)

Il-proċedura ta' l-antidumping infetħet, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, wara li sar ilment fil-11 ta' April 2005 mill-Kumitat ta' Produtturi ta' Etanol Industrijali ta' l-Unjoni Ewropea (il-“kwerelant”) f'isem il-produtturi li jirrapreżentaw proporzjon maġġuri, f'dan il-każ aktar minn 30 % tal-produzzjoni ta' l-alkoħol etiliku fil-Komunità.

(3)

L-ilment kif fih evidenza prima facie ta' l-eżistenza ta' dumping tal-prodott imsemmi u ta' ħsara materjali li rriżultat minnu, li tqieset biżżejjed biex ikun ġustifikat il-ftuħ tal-proċeduri.

(4)

Il-Kummissjoni uffiċjalment tat parir lill-produtturi esportaturi fil-Gwatemala u l-Pakistan, importaturi/kummerċjanti, fornituri u utenti magħrufa bħal interessati, ir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi kkonċernati, il-kwerelant u l-produtturi Komunitarji magħrufa kollha l-oħra bil-ftuħ tal-proċedura. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jwasslu l-fehmiet taghħom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-avviż ta' ftuħ u ntbagħtu kwestjonarji lill-partijiet kollha interessati.

B.   IRTIRAR TA' L-ILMENT U GĦELUQ TAL-PROĊEDURA

(5)

Permezz ta' ittra tal-31 ta' Jannar 2006 u indirizzata lill-Kummissjoni, il-kwerelant formalment irtira l-ilment tiegħu. Skond il-kwerelant, dan l-irtirar irriżulta mill-bidla sinifikanti ta' dan l-aħħar fis-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi dwar l-alkoħol etiliku li joriġina fil-Pakistan. Skond il-kwerelant, minkejja li dan ma eliminax il-prassi ta' dumping, għen b'mod sinifikanti sabiex jitnaqqsu l-volumi kbar u ta' ħsara mill-Pakistan lejn il-Komunità. Peress li d-data dwar il-ħsara fl-ilment kienet imsejsa fuq l-effett ikkombinat ta' l-importazzjoni mill-Gwatemala u l-Pakistan, il-kwerelant ħass li l-irtirar ta' l-ilment fir-rigward taż-żewġ pajjiżi kien possibiltà ta' azzjoni raġjonevoli f'dan il-waqt.

(6)

Skond l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, il-proċedura tista' tingħalaq meta jiġi rtirat l-ilment sakem għeluq bħal dan ma jmurx kontra l-interess Komunitarju.

(7)

Il-Kummissjoni qieset li l-proċedura attwali għandha tintemm peress li l-investigazzjoni ma tefgħet l-ebda dawl fuq il-possibiltà li dan l-għeluq imur kontra l-interess Komunitarju. Il-partijiet interessati ġew infurmati kif jixraq u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Madankollu ma waslu lura l-ebda kummenti li setgħu biddlu din id-deċiżjoni.

(8)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-proċedura kontra d-dumping li tikkonċerna l-importazzjoni fil-Komunità ta' alkoħol etiliku li joriġina fil-Gwatemala u l-Pakistan għandha tingħalaq mingħajr ma l-impożizzjoni ta' miżuri ta' l-antidumping,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

Il-proċedura ta' l-antidumping fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' alkoħol etiliku li joriġina fil-Gwatemala u l-Pakistan, kemm jekk denaturat kif ukoll jekk le, b'qawwa alkoħolika ta' 80 % vol jew aktar, normalment iddikjarat taħt il-kodiċi NM 2207 10 00 u ex 2207 20 00 b'dan hija magħluqa.

Magħmul fi Brussell, nhar il-25 ta' April 2006.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)   ĠU C 129, 26.5.2000, p. 22.


Top