Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0272

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 5 ta’ April 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2004/453/KE fir-rigward ta' l-Iżvezja u r-Renju Unit (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1259) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 99, 7.4.2006, p. 31–34 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 578–581 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/05/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/272/oj

    8.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    578


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-5 ta’ April 2006

    li temenda d-Deċiżjoni 2004/453/KE fir-rigward ta' l-Iżvezja u r-Renju Unit

    (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1259)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2006/272/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fuq is-suq ta' l-annimali u prodotti ta' l-akkwakultura (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3), u l-Artikolu 13(3) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u partikolarment l-Artikolu 10 (4) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE tad-29 ta' April 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill dwar miżuri kontra ċertu mard f'annimali ta' l-akkwakultura (3) stabbiliet garanziji addizzjonali għal ċertu mard tal-ħut.

    (2)

    It-territorju kollu ta' l-Iżvezja ġie ddikjarat ħieles min-nekrożi pankreatika li tinfetta (IPN), skond ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I mad-Deċiżjoni 2004/453/KE.

    (3)

    Sa mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2004/453/KE, l-Iżvezja nnotifikat tifqigħat ta' IPN fiż-żoni mal-kosta. Ġiet irrapportata tifqigħa waħda f'ħut selvaġġ. Tifqigħa oħra ġiet irrapportata f'ħut ikkultivat fejn, skond ir-rapport epidemjoloġiku, l-aktar sors li probabbilment jiġi infettat huwa l-ħut selvaġġ. B'hekk, iż-żoni mal-kosta ta' l-Iżvezja m'għadhomx jaqdu r-rekwiżiti għall-istatus ta' ħelsien mill-mard għall-IPN, stabbilit fl-Anness I mad-Deċiżjoni. Il-partijiet kontinentali tat-territorju, madankollu, jibqgħu ħielsa mill-marda.

    (4)

    Dawn iż-żewġ tifqigħat m'għandhomx jipprevjenu lill-Iżvezja milli żżomm il-programm tal-IPN għaż-żoni mal-kosta u li tintroduċi miżuri ta' qerda jekk l-IPN tiġi dijanjostikata f'ħut ikkultivat jew dak selvaġġ, bi qbil mal-programm imressaq lill-Kummissjoni qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2004/453/KE.

    (5)

    Id-Deċiżjoni 2004/453/KE teħtieġ li tinżamm sorveljanza mmirata fiż-żoni dikjarati ħielsa mill-mard fi Stati Membri fejn partijiet biss mit-territorju huma ddikjarati ħielsa mill-mard. Meta dan ir-rekwiżit jiġi adottat, huwa ma jantiċipax is-sitwazzjoni speċjali fejn l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq ġew iddikjarati ħielsa mill-istess marda jew mard, filwaqt li xi partijiet tar-Renju Unit ma ġewx iddikjarati ħielsa minn dak il-mard.

    (6)

    Jixraq li r-Renju Unit jitħalla jtemm is-sorveljanza mmirata għal ċertu mard li għalih l-Irlanda ta' Fuq ġiet iddikjarata ħielsa mill-mard, bil-kundizzjoni li l-Irlanda tiġi wkoll iddikjarata ħielsa mill-istess mard.

    (7)

    Id-Deċiżjoni 2004/453/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

    (8)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Annessi II, II u V mad-Deċiżjoni 2004/453/KE qegħdin jiġu emendati kif ġej:

    1.

    L-Anness I, Kapitoli II hu sostitwit bit-test ta' l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

    2.

    L-Anness II, Kapitoli II hu sostitwit bit-test ta' l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

    3.

    Fl-Anness V, il-punt A.5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    5.

    “Fl-Istati Membri fejn partijiet mit-territorju biss huma ddikjarati ħielsa skond l-Anness 1, il-Kapitolu II (mhux it-territorju kollu huwa ddikjarat ħieles), għandha tinżamm sorveljanza mmirata skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness II, il-Kapitolu I.4 fiż-żoni ddikjarati ħielsa.

    Madankollu, ir-Renju Unit jista' jtemm is-sorveljanza mmirata fl-Irlanda ta' Fuq għal dak il-mard li għalih l-Irlanda ta' Fuq ġiet iddikjarata ħielsa, bil-kundizzjoni li t-territorju kollu ta' l-Irlanda jiġi wkoll iddikjarat ħieles mill-istess mard skond l-Anness I, il-Kapitolu II.”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, nhar il-5 ta’ April 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 806/2003/KE (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

    (2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

    (3)  ĠU L 156, 30.4.2004, p. 5; verżjoni korretta fil-ĠU L 202, 7.6.2004, p. 4.


    ANNESS I

    “Kapitolu II

    Territorji b'ħelsien approvat minn ċertu mard li tirreferi għalihom il-Kolonna 1, il-Lista III ta' l-Anness A tad-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE

    Marda

    Stat Membru

    Territorju jew partijiet mit-territorju

    Viremija tar-rebbiegħa tal-karpjuni (Spring viraemia of carp SVC)

    id-Danimarka

    It-territorju kollu

    il-Finlandja

    It-territorju kollu; iż-żona tal-ġbir ta' l-ilma tal-Vuoksi għandha tkun ikkunsidrata bħala żona bafer.

    l-Irlanda

    It-territorju kollu

    l-Iżvezja

    It-territorju kollu

    ir-Renju Unit

    It-territorji ta' l-Irlanda ta' Fuq, l-Isle of Man, Jersey u Guernsey.

    Mard fil-kliewi ikkaġunat mill-batterja (BKD)

    l-Irlanda

    It-territorju kollu

    ir-Renju Unit

    It-territorji ta' l-Irlanda ta' Fuq, l-Isle of Man, u Jersey.

    Nekrożi pankreatika li tinfetta (IPN)

    il-Finlandja

    Il-partijiet kontinentali tat-territorju; iż-żoni tal-ġbir ta' l-ilma tal-Vuoksi u tal-Kemijoki għandhom ikunu kkunsidrati bħala żoni bafer.

    l-Iżvezja

    Il-partijiet kontinentali tat-territorju

    ir-Renju Unit

    It-territorju ta' l-Isle of Man.

    Infezzjoni bil-Gyrodactylus salaris

    il-Finlandja

    Iż-żoni tal-ġbir ta' l-ilma tat-Tenojoki u tan-Näätämönjoki; iż-żoni tal-ġbir ta' l-ilma tal-Paatsjoki, Luttojoki, u Uutuanjoki għandhom ikunu kkunsidrati bħala żoni bafer.

    l-Irlanda

    It-territorju kollu

    ir-Renju Unit

    It-territorji tal-Gran Brittanja, l-Irlanda ta' Fuq, l-Isle of Man, Jersey u Guernsey.”


    ANNESS II

    “Kapitolu II

    Territorji bi programmi approvati ta ' kontroll u qerda ta' ċertu mard li tirreferi għalihom il-Kolonna 1, il-Lista III ta' l-Anness A tad-Direttiva 91/67/KEE

    Marda

    Stat Membru

    Territorju jew partijiet mit-territorju

    Viremija tar-rebbiegħa tal-karpjuni (Spring viraemia of carp SVC)

    ir-Renju Unit

    It-territorji tal-Gran Brittanja

    Mard fil-kliewi ikkaġunat mill-batterja (BKD)

    il-Finlandja

    Il-partijiet kontinentali tat-territorju.

    l-Iżvezja

    Il-partijiet kontinentali tat-territorju.

    ir-Renju Unit

    It-territorji tal-Gran Brittanja

    Nekrożi pankreatika li tinfetta

    l-Iżvezja

    Il-partijiet mal-kosta tat-territorju”


    Top