Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0200

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta' Frar 2006 li temenda d-Deċiżjoni 97/296/KE li tfassal lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd hija awtorizzata għall-konsum tal-bniedem, fir-rigward ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 496) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 71, 10.3.2006, p. 50–52 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 426–428 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/11/2006; Impliċitament imħassar minn 32006D0766

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/200/oj

    8.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    426


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-22 ta' Frar 2006

    li temenda d-Deċiżjoni 97/296/KE li tfassal lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd hija awtorizzata għall-konsum tal-bniedem, fir-rigward ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika

    (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 496)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2006/200/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta' Ġunju 1995 dwar il-kundizzjonijiet biex isiru, għalperjodu proviżorju, listi proviżorji ta' stabbilimenti ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti ta' oriġini mill-annimali, prodotti tas-sajd jew molluski bivalvi ħajjin (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/296/KE tat-22 ta' April 1997 li tfassal lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd hija awtorizzata għall-konsum mill-bniedem (2) telenka l-pajjiżi u t-territorji li minnhom l-importazzjoni ta' prodotti mis-sajd għall-konsum mill-bniedem hija awtorizzata. Il-Parti I ta' l-Anness għal dik id-Deċiżjoni telenka l-pajjiżi u t-territorji koperti b'Deċiżjoni speċifika skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju 1991 li tistabilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għal-produzzjoni u t-tpoġġija fuq is-suq ta' prodotti tal-ħut (3), u t-taqsima II ta' dak l-Anness telenka l-pajjiżi u t-territorji li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni 95/408/KE.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni K(2006)495 finali (4), tistipula kundizzjonijiet speċifiċi ta' importazzjoni għal prodotti tas-sajd mill-Istati Uniti ta' l-Amerika. Dan il-pajjiż għalhekk għandu jitniżżel fil-lista fil-parti I ta' l-Anness għad-Deċiżjoni 97/296/KE.

    (3)

    Fl-interessi taċ-ċarezza, il-listi kkonċernati għandhom jinbidlu kompletament.

    (4)

    Id-Deċiżjoni 97/296/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif suppost.

    (5)

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-istess jum bħad-Deċiżjoni K(2006)495 finali, li tistipula kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd mill-Istati Uniti ta' l-Amerika.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness għad-Deċiżjoni 97/296/KE jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-24 ta' April 2006.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, it-22 ta' Frar 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 17. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, tat-30.4.2004, p. 33. verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 195, tat-2.6.2004, p. 12).

    (2)  ĠU L 122, ta' l-14.5.1997, p. 21. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2005/501/KE (ĠU L 183, ta' l-14.7.2005, p. 109).

    (3)  ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 15. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE.

    (4)  Ara paġna 17 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


    ANNESS

    “ANNESS

    LISTA TA' PAJJIŻI U TERRITORJI LI MINNHOM L-IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TAS-SAJD MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM, TKUN XI TKUN IL-FORMA TAGĦHOM, HIJA AWTORIZZATA

    I.   Pajjiżi u territorji koperti minn deċiżjoni speċifika skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE

    AE— EMIRATI GĦARAB MAQGĦUDA

    AG— ANTIGWA u BARBUDA

    AL— L-ALBANIJA

    AN— L-ANTILLES OLANDIŻI

    AR— L-ARĠENTINA

    AU— L-AWSTRALJA

    BD— IL-BANGLADEXX

    BG— IL-BULGARIJA

    BR— IL-BRAŻIL

    BS— IL-BAĦAMAS

    BZ— IL-BELIŻE

    CA— IL-KANADA

    CH— L-IŻVIZZERA

    CI— IL-KOSTA TA' L-AVORJU

    CL— IĊ-ĊILI

    CN— IĊ-ĊINA

    CO— IL-KOLOMBJA

    CR— COSTA RICA

    CS— IS-SERBJA u L-MONTENEGRO (1)

    CU— KUBA

    CV— KAP VERDE

    DZ— L-ALĠERIJA

    EC— L-EKWADOR

    EG— L-EĠITTU

    FK— IL-GŻEJJER FALKLAND

    GA— IL-GABON

    GD— GRENADA

    GH— IL-GANA

    GL— GREENLAND

    GM— IL-GAMBJA

    GN— IL-GINEA CONAKRY

    GT— IL-GWATEMALA

    GY— IL-GUJANA

    HK— ĦONG KONG

    HN— IL-ĦONDURAS

    HR— IL-KROAZJA

    ID— L-INDONEŻJA

    IN— L-INDJA

    IR— L-IRAN

    JM— IL-ĠAMAJKA

    JP— IL-ĠAPPUN

    KE— IL-KENJA

    KR— IL-KOREA TA' ISFEL

    KZ— IL-KAŻAKSTAN

    LK— IS-SRI LANKA

    MA— IL-MAROKK

    MG— IL-MADAGASKAR

    MR— IL-MAWRITANJA

    MU— IL-MAURITIUS

    MV— IL-MALDIVES

    MX— IL-MESSIKU

    MY— IL-MALAŻJA

    MZ— IL-MOŻAMBIK

    NA— IN-NAMIBJA

    NC— NEW CALEDONIA

    NG— IN-NIĠERJA

    NI— IN-NIKARAGWA

    NZ— NEW ZEALAND

    OM— L-OMAN

    PA— IL-PANAMA

    PE— IL-PERU

    PG— PAPUA NEW GUINEA

    PH— IL-FILIPPINI

    PF— IL-POLINEŻJA FRANĊIŻA

    PM— ST PIERRE U MIQUELON

    PK— IL-PAKISTAN

    RO— IR-RUMANIJA

    RU— IR-RUSSJA

    SA— L-ARABJA SAWDIJA

    SC— IS-SEYCHELLES

    SG— SINGAPOR

    SN— IS-SENEGAL

    SR— IS-SURINAM

    SV— EL SALVADOR

    TH— IT-TAJLANDJA

    TN— IT-TUNIŻIJA

    TR— IT-TURKIJA

    TW— IT-TAJWAN

    TZ— IT-TANŻANIJA

    UG— L-UGANDA

    US— L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA

    UY— L-URUGWAJ

    VE— IL-VENEZWELA

    VN— IL-VJETNAM

    YE— Il-JEMEN

    YT— MAYOTTE

    ZA— L-AFFRIKA TA' ISFEL

    ZW— IŻ-ŻIMBABWE

    II.   Pajjiżi u territorji li jilħqu t-termini ta' l-Artiklu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE

    AM— L-ARMENJA (2)

    AO— L-ANGOLA

    AZ— L-AŻERBAJĠAN (3)

    BJ— Il-BENIN

    BY— IL-BELARUS

    CG— IR-REPUBBLIKA TAL-KONGO (4)

    CM— IL-KAMERUN

    ER— L-ERITREA

    FJ— IL-FIĠI

    IL— L-IŻRAEL

    MM— MYANMAR

    SB— IL-GŻEJJER SOLOMON

    SH— ST HELENA

    TG— IT-TOGO


    (1)  Ma tinkludix il-Kosovo kif definit bir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

    (2)  Awtorizzat biss għall-importazzjoni ta' gambli ta' l-ilma ħelu ħajjin (Astacus leptodactylus) maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem.

    (3)  Awtorizzat biss għall-importazzjoni tal-kavjar.

    (4)  Awtorizzata biss għall-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd maqbuda, iffriżati u ppakkjati fl-ippakkjar aħħari tagħhom fuq il-baħar.”


    Top