EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0190

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 1 ta’ Marzu 2006 li temenda d-Deċiżjoni 97/808/KE dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni permezz ta' l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE f'dak li jirrigwarda l-kisi ta' l-art (pavimenti) (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 553) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 66, 8.3.2006, p. 47–49 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 360–362 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/190/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

360


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-1 ta’ Marzu 2006

li temenda d-Deċiżjoni 97/808/KE dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni permezz ta' l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE f'dak li jirrigwarda l-kisi ta' l-art (pavimenti)

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 553)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/190/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri marbuta mal-prodotti tal-bini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 (4) tiegħu,

Billi:

(1)

It-tabella għall-familja tal-prodotti “PAVIMENTI (2/2)” fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/808/KE ta' l-20 ta' Novembru 1997 dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE f'dak li jirrigwarda l-kisi ta' l-art (2), tattribwixxi b'mod inkorrett l-attestazjoni tas-sistema 3 ta' konformità għall-klassi FFL.

(2)

Id-Deċiżjoni 97/808/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(3)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness III għad-Deċiżjoni 97/808/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 331, tat-3.12.1997, p. 18. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2001/596/KE (ĠU L 209, tat-2.8.2001, p. 33).


ANNESS

1.

Fl-Anness III għad-Deċiżjoni 97/808/KE it-tabella u t-test li jirrigwardaw il-familja tal-prodotti “PAVIMENTI (2/2)”, jinbidlu b'dan li ġej:

“FAMILJA TA' PRODOTTI PAVIMENTI (2/2)

Sistemi għall-attestazzjoni tal-konformità

Għall-prodotti u l-użi maħsuba elenkati hawn taħt, CEN/CENELEC huma mitluba jispeċifikaw is-sistemi ta' attestazzjoni ta' konformità li ġejjin fl-istandards armonizzati rilevanti:

Il-prodotti

Użi maħsuba

Livelli jew klassijiet

Reazzjoni għan-nar

Sistemi ta’ attestazzjoni ta' konformità

Prodotti ta' kisi għall-art riġidi

(A)   Komponenti

Unitajiet ta' paviment, madum, mużajk, parke', deking ta' xibka jew folja, gradilji ta' l-art, kisi riġidu laminat, prodotti bbażati fuq l-injam

(B)   Sistemi għas-serħan tal-piż imqiegħda fis-suq bħala kits

kits Artijiet b'aċċes mgħolli, artijiet bil-vojt taħthom

Għal użi interni inkluża proprjetà tat-trasport pubbliku magħluqa

A1FL  (1) – A2FL  (1) – BFL  (1) – CFL  (1)

1 (2)

A1FL  (3) – A2FL  (3) – BFL  (3) – CFL  (3) – DFL – EFL

3 (4)

(A1FL sa EFL) (5), FFL

4 (6)

Kisi għall-art flessibbli u tessili

Kisi għall-art omoġenu u eteroġenu flessibbli provdut jew fil-forma ta' madum, folja jew roll (tessili għall-kisi ta' l-art li jinkludi madum; folji tal-plastik u tal-lastku (kisi għall-art aminoplastiku u ‘thermosetting’; linoleum u sufra; folji anti-statiċi; madum għall-art individwali mqiegħed; kisi għall-art flessibbli laminat)

Għal użu intern

A1FL  (1) – A2FL  (1) – BFL  (1) – CFL  (1)

1 (2)

A1FL  (3) – A2FL  (3) – BFL  (3) – CFL  (3) – DFL – EFL

3 (4)

(A1FL sa EFL) (5), FFL

4 (6)

Kisi għall-art flessibbli u tessili

Kisi għall-art omoġenu u eteroġenu flessibbli provdut jew fil-forma ta' madum, folja jew roll (tessili għall-kisi ta' l-art li jinkludi madum; folji tal-plastik u tal-lastku (kisi għall-art aminoplastiku u ‘thermosetting’; linoleum u sufra; folji anti-statiċi; madum għall-art individwali mqiegħed; kisi għall-art flessibbli laminat)

Għal użu estern

__

4 (6)

Materjali għall-invellar ta' l-art

Għal użu intern

A1FL  (1) – A2FL  (1) – BFL  (1) – CFL  (1)

1 (2)

 

A1FL  (3) – A2FL  (3) – BFL  (3) – CFL  (3) – DFL – EFL

3 (4)

 

(A1FL sa EFL) (5), FFL

4 (6)

Għal użu estern

__

4 (6)

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista' tiġi implimentata anke meta l-prestazzjoni ma teħtieġx li tiġi determinata għal karatteristika bħal din, għaliex mill-inqas Stat Membru wieħed m'għandu l-ebda rekwiżit legali għal din il-karatteristika. [ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, l-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi]. F'dawk il-każijiet, il-verifika ta' karatteristika bħal din ma għandhiex tiġi imposta fuq il-manifattur jekk huwa ma jkunx jixtieq jiddikjara r-rendiment tal-prodott f'dak ir-rigward.”


(1)  Prodotti/materjali li għalihom stadju li huwa ċarament identifikabbli fil-proċess ta' produzzjoni jirriżulta f'titjib tal-klassifika tar-reazzjoni għan-nar (eż. addizjoni ta' retardants tan-nar jew limitazzjoni tal-materjal organiku).

(2)  Sistema 1: Ara l-Anness III, Taqsima 2, tad-Direttiva 89/106/KEE, mingħajr testijiet ta' awditjar fuq kampjuni

(3)  Prodotti/materjali mhux koperti bin-nota tal-qiegħ nru 1.

(4)  Sistema 3: Ara l-Anness III, Taqsima 2, punt (ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibilità

(5)  Prodotti/materjali li ma jeħtiġux testjar għar-reazzjoni għan-nar (eż. Prodotti/materjali tal-Klassijiet A1 skond id-Deċiżjoni 96/603/KE).

(6)  Sistema 4: Ara l-Anness III, Taqsima 2, punt (ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tielet possibilità


Top