EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0097

2006/97/KE, EURATOM: Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 14 ta’ Frar 2006 li taħtar membru Ġermaniż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

ĠU L 46, 16.2.2006, p. 31–31 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 425–425 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/97(1)/oj

31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

425


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta' l-14 ta’ Frar 2006

li taħtar membru Ġermaniż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2006/97/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/758/KE tas-17 ta' Settembru 2002 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2002 sa l-20 ta' Settembru 2006 (1),

Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata mill-Gvern Ġermaniż,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

Post ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara r-riżenja tas-Sur Alfred GEISSLER, li dwarha l-Kunsill kien informat fid-19 ta' Lulju 2005,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Wilfried Woller huwa b'dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew minflok is-Sur Alfred GEISSLER għall-bqija tal-mandat tiegħu, jiġifieri sa l-20 ta' Settembru 2006.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandha tieħu effett mid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Frar 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

K.-H. GRASSER


(1)  ĠU L 253, 21.9.2002, p. 9.


Top