EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0096

Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/96/PESK ta' l- 14 ta' Frar 2006 li timplementa l-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK dwar miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrjan tar-Repubblika ta' Moldova

ĠU L 44, 15.2.2006, p. 32–33 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 202–203 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/02/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/96(1)/oj

29.9.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

202


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2006/96/PESK

ta' l-14 ta' Frar 2006

li timplementa l-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK dwar miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrjan tar-Repubblika ta' Moldova

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tagħha, flimkien ma' l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Frar 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK dwar miżuri restrittivi, fil-forma ta' restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni għad-dħul, kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrjan tar-Repubblika ta' Moldova. Dawn il-miżuri ġew imġedda permezz tal-Pożizzjoni Komuni 2006/95/PESK (2).

(2)

L-Anness I mal-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK għandu jiġi emendat wara l-bidliet fil-funzjonijiet tal-persuni koperti mill-miżuri restrittivi,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness I mal-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK għandu jiġi sostitwit bit-test dispost fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tibda jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, nhar il-14 ta' Frar 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

K.-H. GRASSER


(1)  ĠU L 55, 24.2.2004, p. 68. Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/890/PESK (ĠU L 327, 14.12.2005, p. 33).

(2)  Ara l-paġna 31 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

“ANNESS I

Lista ta' persuni msemmija fl-ewwel inċiż a' l-Artikolu 1(1)

1.

SMIRNOV, Igor Nikolayevich, ‘President’, imwieled fit-23 ta' Ottubru 1941 f'Khabarovsk, Federazzjoni Russa, passaport Russu Nru 50 NO. 0337530.

2.

SMIRNOV, Vladimir Igorevich, iben in-Nru 1 u ‘President tal-Kumitat Doganali ta' l-Istat’, imwieled fit-3 ta' April 1961 f'Kupiansk (?) Kharkovskaya Oblast, Ukrajna, passaport Russu Nru 50 NO. 00337016.

3.

SMIRNOV, Oleg Igorevich, iben in-Nru 1 u ‘Konsulent tal-Kumitat Doganali ta' l-Istat’, imwieled fit-8 ta' Awissu 1967 f'Novaya Kakhovka, Khersonskaya Oblast, Ukrajna passaport Russu Nru 60 NO. 1907537.

4.

LEONTIEV, Serghey Fedorovich, ‘Viċi-president’, imwieled fid-9 ta' Frar 1944 f'Leontievka, Odesskaya Oblast, Ukrajna, passaport Russu Nru 50 NO. 0065438.

5.

MARAKOUTSA, Grigory Stepanovich, ‘Membru tas-Sovjet Suprem’, imwieled fil-15 ta' Ottubru 1942 f'Teya, Grigoriopolski Raion, Moldova, Passaport Sovjetiku qadim Nru 8BM724835.

6.

KAMINSKY, Anatoly Vladimirovich, ‘Viċi-president tas-Sovjet Suprem’, imwieled fil-15 ta' Marzu 1950 f'Chita, Federazzjoni Russa, passaport Sovjetiku qadim Nru A25056238.

7.

SHEVCHUK, Evgheny Vassilyevich, ‘President tas-Sovjet Suprem’, imwieled fil-21 ta' Ġunju 1946 f'Novosibirsk, Federazzjoni Russa, passaport Sovjetiku qadim Nru A25004230.

8.

LITSKAI, Valery Anatolyevich, ‘Ministru għall-Affarijiet Barranin’, imwieled fit-13 ta' Frar 1949 fi Tver, Federazzjoni Russa, passaport Russu Nru 51 NO. 0076099, maħruġ fid-9 ta' Awissu 2000.

9.

KHAZHEYEV, Stanislav Galimovich, ‘Ministru tad-Difiża’, imwieled fit-28 ta' Diċembru 1941 f'Chelyabinsk, Federazzjoni Russa.

10.

ANTYUFEYEV, Vladimir Yuryevich, magħruf ukoll bħala SHEVTSOV, Vadim, ‘Ministru għas-Sigurtà ta' l-Istat’, imwieled fl-1951 f'Novosibirsk, Federazzjoni Russa, passaport Russu.

11.

KOROLYOV, Alexandr Ivanovich, ‘Ministru ta' l-Intern’, imwieled fl-1951 f'Briansk, Federazzjoni Russa, passaport Russu.

12.

BALALA, Viktor Alekseyevich, imwieled fl-1961 f'Vinnitsa, Ukrajna.

13.

AKOULOV, Boris Nikolayevich, ‘Rappreżentant tat-Transnistrja fl-Ukrajna’.

14.

ZAKHAROV, Viktor Pavlovich, ‘Prosekutur tat-Transnistrja’, imwieled fl-1948 f'Kamenka, Moldova.

15.

LIPOVTSEV, Alexey Valentinovich, ‘Deputat President tal-Kumitat Doganali ta' l-Istat’.

16.

GOUDYMO, Oleg Andreyevich, ‘Deputat Ministru għas-Sigurtà ta' l-Istat’, imwieled fil-11 ta' Settembru 1944 f'Alma-Ata, Każakastan, passaport Russu Nru 51 NO. 0592094.

17.

KOSOVSKI, Edouard Alexandrovich, ‘President tal-Bank Repubblikan Transnistrjan’, imwieled fis-7 ta' Ottubru 1958 fi Floresti, Moldova.”


Top