Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0032

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta' Jannar 2006 li twassal għall-adattament tal-ko-effiċjenti korretturi applikabbli mill- 1 ta' Frar 2005 , l- 1 ta' Marzu 2005 , l- 1 ta' April 2005 , l- 1 ta' Mejju 2005 u l- 1 ta' Ġunju 2005 għar-rimunerazzjonijiet ta' l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej assenjati f'pajjiżi terzi kif ukoll parti mill-uffiċjali li għadhom assenjati fl-għaxar Stati Membri l-ġodda għal perjodu massimu ta' ħmistax-il xahar wara l-adeżjoni (l-Artikolu 33(4) tat-Trattat ta' Adeżjoni ta' l-għaxar Stati Membri l-ġodda)

    ĠU L 21, 25.1.2006, p. 17–19 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 90–92 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/32(1)/oj

    8.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    90


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-16 ta' Jannar 2006

    li twassal għall-adattament tal-ko-effiċjenti korretturi applikabbli mill-1 ta' Frar 2005, l-1 ta' Marzu 2005, l-1 ta' April 2005, l-1 ta' Mejju 2005 u l-1 ta' Ġunju 2005 għar-rimunerazzjonijiet ta' l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej assenjati f'pajjiżi terzi kif ukoll parti mill-uffiċjali li għadhom assenjati fl-għaxar Stati Membri l-ġodda għal perjodu massimu ta' ħmistax-il xahar wara l-adeżjoni (l-Artikolu 33(4) tat-Trattat ta' Adeżjoni ta' l-għaxar Stati Membri l-ġodda)

    (2006/32/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Personell tal-Komunitajiet Ewropej u r-reġim applikabbli għall-aġenti oħra tal-Komunitajiet, iffissati bir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u notevolment it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13, ta' l-Anness X tiegħu,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' Adeżjoni ta' l-għaxar Stati Membri, u notevolment l-Artikolu 33(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 257/2005 (2) kienu ffissati, b'applikazzjoni ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 13, ta' l-Anness X tar-Regolamenti tal-Personell, il-ko-effiċjenti korretturi li bihom huma affettwati, mill-1 ta' Lulju 2004, ir-rimunerazzjonijiet imħallsa, fil-valuta tal-pajjiż fejn huma assenjati, lill-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej assenjati f'pajjiżi terzi.

    (2)

    Huwa meħtieġ li jkunu adattati, b'konformità mat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13, ta' l-Anness X tar-Regolamenti tal-Personell, mill-1 ta' Frar 2005, l-1 ta' Marzu 2005, l-1 ta' April 2005, l-1 ta' Mejju 2005 u l-1 ta' Ġunju 2005, uħud minn dawn il-ko-effiċjenti korretturi, minħabba li fl-istatistiki għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, il-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja, ikkalkulata skond il-ko-effiċjent korrettur u r-rata tal-kambju korrispondenti, tidher li hi, għal ċerti pajjiżi terzi, superjuri għal 5 % mill-aħħar iffissar jew adattament,

    IDDEĊIDIET:

    Artikolu uniku

    B'effett mill-1 ta' Frar 2005, l-1 ta' Marzu 2005, l-1 ta' April 2005, l-1 ta' Mejju 2005 u l-1 ta' Ġunju 2005, il-ko-effiċjenti korretturi, applikabbli għar-rimunerazzjonijiet ta' l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej assenjati f'pajjiżi terzi kif ukoll għal parti mill-uffiċjali li għadhom assenjati fl-għaxar Stati Membri l-ġodda għal perjodu massimu ta' ħmistax-il xahar wara l-adeżjoni, imħallsa bil-valuta tal-pajjiż fejn huma assenjati, huma adattati kif indikat fl-Anness.

    Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta' dawn ir-rimunerazzjonijiet huma stabbiliti b'konformità mal-modalitajiet ta' eżekuzzjoni tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrispondu mad-data indikata fl-ewwel paragrafu.

    Magħmul fi Brussell, 16 ta' Jannar 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Benita FERRERO-WALDNER

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2104/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 7).

    (2)  ĠU L 46, 17.2.2005, p. 1.


    ANNESS

    PAJJIŻI TA' ASSENJAZZJONI

    Ko-effiċjenti Korretturi (Frar 2005)

    L-Arabja Sawdita

    81,0

    Il-Bolivja

    46,6

    L-Eritrea

    45,0

    Il-Gambja

    43,0

    Il-Ġeorġja

    90,2

    Il-Ginea

    71,7

    Il-Kenja

    72,5

    Il-Madagaskar

    70,5

    Il-Malawi

    70,7

    Il-Pakistan

    47,5

    Il-Filippini

    46,8

    Ir-Repubblika Domenikana

    76,7

    Ir-Rwanda

    78,2

    Is-Serbja u l-Montenegro

    59,4

    Is-Sudan

    39,3

    Sri Lanka

    54,4

    It-Turkija

    86,0

    Il-Vjetnam

    49,7

    Iż-Żambja

    46,9

    Iż-Żimbabwe

    65,5


    PAJJIŻI TA' ASSENJAZZJONI

    Ko-effiċjenti Korretturi (Marzu 2005)

    L-Angola

    108,6

    Il-Korea ta' Isfel

    100,3

    L-Eġittu

    50,8

    In-Nikaragwa

    61,7

    In-Niġerja

    74,9

    Il-Paragwaj

    57,6

    Ir-Repubblika Ċentrali Afrikana

    115,4

    Is-Sirja

    63,1


    PAJJIŻI TA' ASSENJAZZJONI

    Ko-effiċjenti Korretturi (April 2005)

    Il-Bangladexx

    49,9

    Il-Barbados

    111,4

    Il-Benin

    92,8

    L-Eritrea

    46,1

    L-Etjopja

    66,2

    Il-Gżejjer Fiġi

    74,5

    Il-Lesoto

    71,8

    Il-Malawi

    72,9

    Il-Mawritanja

    65,1

    Is-Sirja

    64,4

    Iż-Żimbabwe

    69,4


    PAJJIŻI TA' ASSENJAZZJONI

    Ko-effiċjenti Korretturi (Mejju 2005)

    Il-Brażil

    65,9

    Burkina Faso

    86,6

    Il-Kosta Rika

    66,9

    Kuba

    88,6

    Il-Gambja

    46,7

    Il-Ginea

    60,5

    Il-Gujana

    57,1

    Il-Ħaïti

    91,9

    Il-Laos

    71,1

    Il-Madagaskar

    71,1

    In-Nepal

    68,0

    In-Niġer

    93,0

    In-Niġerja

    79,8

    Il-Pakistan

    50,1

    Sierra Leone

    68,5

    Is-Slovenja

    78,2

    Is-Sważiland

    71,3

    Iż-Żimbabwe

    74,8


    PAJJIŻI TA' ASSENJAZZJONI

    Ko-effiċjenti Korretturi (Ġunju 2005)

    L-Etjopja

    75,5

    Il-Gżejjer Solomon

    82,1

    L-Indonesja

    75,9

    Il-Kenja

    81,4

    Il-Veneżwela

    58,0

    Iż-Żimbabwe

    60,5


    Top