Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0009

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta' Jannar 2006 li temenda l-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE dwar il-miżuri tranżitorji għall-ġarr ta' annimali ħajjin mill-Bulgarija u r-Rumanija via r-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja, is-Serbja u l-Montenegro (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5885) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 7, 12.1.2006, p. 23–26 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 9–12 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/04/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0477

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/9(1)/oj

    8.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    9


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-6 ta' Jannar 2006

    li temenda l-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE dwar il-miżuri tranżitorji għall-ġarr ta' annimali ħajjin mill-Bulgarija u r-Rumanija via r-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja, is-Serbja u l-Montenegro

    (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5885)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (2006/9/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta' April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, li temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KE u li tirrevoka d-Direttiva 72/462/KEE (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 3 (1) u 17 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Il-Parti 1 ta' l-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta' Diċembru 1979 li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, u li tistabbilixxi kundizzjonijiet ta' ċertifikazzjoni tas-saħħa pubblika u veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (2), tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi u partijiet ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom.

    (2)

    Ir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Macedonja, is-Serbja u l-Montenegro huma elenkati fl-Anness II parti 1 tad-Deċiżjoni 79/542/KEE għall-importazzjoni tal-laħam ġewwa l-Komunità iżda mhux elenkati fl-Anness I parti 1 u għalhekk l-importazzjoni u t-tranżitu ta' l-annimali ħajjin fl-UE koperti b'din id-Deċiżjoni attwalment mhumiex awtorarizzati.

    (3)

    Madankollu, is-sitwazzjoni tal-mard f'dawn il-pajjiżi hija aċċettabbli u, barra minn hekk, fl-interess tal-benessri ta' l-annimali jkun aħjar jekk jitħalla t-tranżitu ta' annimali għall-qatla minn dawn il-pajjiżi suġġett għal ċerti kundizzjonijiet. Għalhekk, għal perjodu tranżitorju sal-31 ta' Diċembru 2006 u fl-istennija ta' missjoni tal-Kummissjoni għal dawn il-pajjiżi, it-tranżitu minn dawn il-pajjiżi ta' konsenji ta' l-annimali ħajjin imsemmija fid-Deċiżjoni 79/542/KEE għal qtil dirett jista' jiġi permess meta jiġu mill-Pajjiżi fil-proċess ta' l-Adeżjoni, il-Bulgarija u r-Rumanija, u ddestinati għal xi Stat Membru. Dan il-perjodu tranżitorju għandu japplika biss għall-Bulgarija u r-Rumanija fid-dawl ta' l-Adeżjoni prevista tagħhom.

    (4)

    Sabiex jiġi żgurat li l-istat tas-saħħa tal-konsenji individwali, għandhom jiġu stabbiliti kondizzjonijiet addizzjonali bħas-siġillar tat-trakkijiet u t-timbrar taċ-ċertifikat.

    (5)

    Il-Parti 1 ta' l-Anness I għad-Deċiżjoni 79/542/KEE għandha tiġi emendata skond dan.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Parti 1 ta' l-Anness I tad-Deċiżjoni 79/542/KEE tinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-12 ta' Jannar 2006.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Jannar 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321; Corrigendum ĠU L 226, 25.6.2004, p. 128.

    (2)  ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/753/KE (ĠU L 282, 26.10.2005, p. 22).


    ANNESS

    “ANNESS I

    ANNIMALI ĦAJJIN

    PARTI 1

    IL-LISTA TA' PAJJIŻI TERZI JEW PARTIJIET MINNHOM (*)

    Pajjiż (**)

    Kodiċi tat-territorju:

    Deskrizzjoni tat-territorju

    Ċertifikat veterinarju

    Kondizzjonijiet speċjali

    Mudell(i)

    SG

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    BG — il-Bulgarija

    BG-0

    Il-pajjiż kollu

     

    VI

    BG-1

    Il-provinċji ta' Varna, Dobrich, Silistra, Choumen, Targovitchte, Razgrad, Rousse, V.Tarnovo, Gabrovo, Pleven, Lovetch, Plovdic, Smolian, Pasardjik, id-distrett ta' Sofia, il-belt ta' Sofia, Pernik, Kustendil, Blagoevgrad, Sliven, Starazagor, Vratza, Montana u Vidin

    BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X, OVI-Y

    A

    CA — Il-Kanada

    CA-0

    Il-pajjiż kollu

    POR-X

     

    IVb IX

    CA-1

    Il-pajjiż kollu minbarra r-reġjun ta' l-Okanagan Valley tal-British Columbia deskritt kif ġej:

    Minn punt fuq il-fruntiera tal-Kanada/l-Istati Uniti bl-lonġitudni ta' 120o15' u latitudni ta' 49o

    Lejn it-Tramuntana sa punt b'lonġitudni ta' 119o35' u latitudni ta' 50o30'

    Lejn il-Grigal sa punt b'lonġitudni ta' 119o u latitudni ta' 50o45'

    Lejn in-Nofsinhar sa punt fuq il-fruntiera tal-Kanada/l-Istati Uniti bl-lonġitudini ta' 118o15' u latitudini ta' 49o

    BOV-X, OVI-X, OVI-Y RUM (***)

    A

    CH — L-Isvizzera

    CH-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV-X, BOV-Y OVI-X, OVI-Y RUM

     

     

    POR-X, POR-Y SUI

    B

    CL — iċ-Ċilì

    CL-0

    Il-pajjiż kollu

    OVI-X, RUM

     

     

    POR-X, SUI

    B

     

    GL — Il-Greenland

    GL-0

    Il-pajjiż kollu

    OVI-X, RUM

     

    V

    HR — Il-Kroazja

    HR-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV-X, BOV-Y, RUM,

    OVI-X, OVI-Y

     

     

    IS — l-Iżlanda

    IS-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV-X, BOV-Y RUM OVI-X, OVI-Y

     

    I

    POR-X, POR-Y

    B

    MK — ir-Repubblika ex-Jugożlava tal-Maċedonja (****)

    MK-0

    Il-pajjiż kollu

     

     

    X

    NZ — In-New Zealand

    NZ-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV-X, BOV-Y, RUM, POR-X, POR-Y OVI-X, OVI-Y

     

    I

    PM — St Pierre Miquelon

    PM-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X, OVI-Y CAM

     

     

    RO — ir-Rumanija

    RO-0

    Il-pajjiż kollu

    BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X, OVI-Y

     

    V

    XM — il-Montenegro (1)

    XM-0

    It-territorju doganali kollu (1)

     

     

    X

    XS — Is-Serbia (***)

    XS-0

    It-territorju doganali kollu (1)

     

     

    X


    (*)  Bla ħsara għar-rekwiżiti speċifiċi taċ-ċertifikazzjoni previsti minn kull ftehim Komunitarju rilevanti ma pajjiżi terzi.

    (**)  Is-Serbja u l-Montengero huma Repubbliki b'dazji individwali ġejjin min-Unjoni ta' Stat u għalhekk huma elenkati separatament.

    (***)  Esklussivament għal annimali ħajjin minbarra dawk l-annimali li ġejjin mill-ispeċi taċ-cervidae.

    (****)  Ir-Repubblika Ex-Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju li ma jaffettwax id-denominazzjoni definittiva tal-pajjiż li għandha tiġi allokata wara l-konklużjoni tan-negozjati li għaddejjin bħalissa fin-Nazzjonijiet Uniti.

    (1)  Ma jinkludix il-Kosovo kif iddefinit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

    Kundizzjonijiet speċfiċi (ara n-noti f'qiegħ il-paġna f'kull ċertifikat):

    ‘I’

    :

    territorju fejn il-preżenza tal-BSE fil-bhejjem tal-lokalità ġiet evalwata bħala improbbabli ħafna, għall-għan ta' l-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea ta' annimali ċċertifikati skond il-mudelli taċ-ċertifikat BOV-X u BOV-Y.

    ‘II’

    :

    territorju rikonoxxut li għandu status uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi għall-għanijiet ta' l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità Ewropea ta' annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat BOV-X

    ‘III’

    :

    territorju rikonoxxut bħala li għandu status uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi għall-għanijiet ta' esportazzjonijiet lejn il-Komunità Ewropea ta' annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat BOV-X

    ‘IVa’

    :

    territorju rikonoxxut li għandu status uffiċjalment ħieles mill-enzootic-bovine-leukosis (EBL) għall-għanijiet ta' esportazzjonijiet lejn il-Komunità Ewropea ta' annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat BOV-X

    ‘IVb’

    :

    territorju bi stabbilimenti approvati rikonoxxuti li għandhom status uffiċjalment ħieles mill-enzootic-bovine-leukosis (EBL) għall-għanijiet ta' esportazzjonijiet lejn il-Komunità Ewropea ta' annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat BOV-X

    ‘V’

    :

    territorju rikonoxxut bħala li għandu status uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi għall-għanijiet ta' esportazzjonijiet lejn il-Komunità Ewropea ta' annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat OVI-X

    ‘VI’

    :

    Limitazzjonijiet ġeografiċi:

    ‘VII’

    :

    territorju rikonoxxut li għandu status uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi għall-għanijiet ta' l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità Ewropea ta' annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat RUM.

    ‘VIII’

    :

    territorju rikonoxxut li għandu status uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi għall-għanijiet ta' esportazzjonijiet lejn il-Komunità Ewropea ta' annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat RUM.

    ‘IX’

    :

    territorju rikonoxxut li għandu status uffiċjalment ħieles mill-marda ta' l-Aujeszky għall-għanijiet ta' esportazzjonijiet lejn il-Komunità Ewropea ta' annimali ċċertifikati skond il-mudell taċ-ċertifikat POR-X

    ‘X’

    :

    sal-31/12/2006 biss għat-tranżitu mit-territorju ta' annimali għal qtil dirett li jintbagħtu mill-Bulgarija jew ir-Rumanija u ddestinati għal Stat Membru fi trakkijiet li ġew issiġillati b'siġill nnumerat b'serje. In-numru tas-siġill għandu jiġi inkluż fiċ-ċertifikat tas-saħħa u s-siġill għandu jkun intatt mal-wasla fil-post iddeżinjat ta' spezzjoni tad-dħul fil-Komunità fuq il-fruntiera u għandu jiġi rrekordjat fit-TRACES. Iċ-ċertifikat għandu jiġi ittimbrat fil-punt tal-ħruġ mill-Bulgarija jew ir-Rumanija mill-awtoritajiet veterinarji kompetenti qabel it-tranżitu minn pajjiż terz bil-kliem xieraq li ġej ‘GĦAT-TRANŻITU LEJN L-UE MILL-BULGARIJA/RUMANIJA BISS (Ħassar il-pajjiż kif applikabbli) VIJA R-REPUBBLIKA EX-JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA/IL-MONTENEGRO/IS-SERBJA (Ħassar il-pajjiż kif applikabbli)’.”


    Top