This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006B0810
2006/810/EC,Euratom: Decision of the European Parliament of 27 April 2006 on the discharge for implementation of the European Union general budget for the financial year 2004, Section I — European Parliament
2006/810/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni I – Parlament Ewropew
2006/810/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni I – Parlament Ewropew
ĠU L 340, 6.12.2006, p. 29–29
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004
6.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
29 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-27 ta' April 2006
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni I – Parlament Ewropew
(2006/810/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1), |
— |
wara li kkunsidra d-dħul u n-nefqa u l-karta tal-bilanċ għas-sena 2004 finanzjarja (C6-0357/2005), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali ta' l-Awditur Intern, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit, flimkien mar-risposti ta' l-istituzzjonijiet (2), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni għall-affidabilità tal-kontijiet u għal-legalità u għar-regolarità tat-transazzjonijiet sottostanti, ipprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 272 (10) u 275 tat-Trattat KE u l-Artikolu 179a tat-Trattat Euratom; |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4),u b'mod partikulari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-Regoli Interni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew (5), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 147 (1) tar-Regolament Finanzjarju skond liema kull Istituzzjoni Komunitarja trid tieħu l-passi kollha xierqa biex tesegwixxi l-osservazzjonijiet inklużi mad-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament Ewopew, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 71 u 74(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0119/2006), |
A. |
billi l-Qorti ta' l-Awdituri indikat nuqqasijiet fis-sistemi ta' superviżjoni u kontroll (paragrafu 9.16), għalkemm dawn kienu aktar ta' natura formali; billi skond il-Qorti l-iżbalji ma affettwawx materjalment il-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet sottostanti tan-nefqa amministrattiva (paragrafu 9.27); |
B. |
billi r-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, kif emendati fit-23 ta' Ottubru 2002 (6) huma applikabbli mill-1 ta' Jannar 2003 rigward regoli ta' proċedura li jolqtu l-kwittanza; |
C. |
billi r-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament kienu ġew emendati fit-23 ta' Ottubru 2002 biex jipprovdu li kwittanza għandha tingħata lill-President, u mhux lis-Segretarju Ġenerali, |
1. |
Jipposponi d-deċiżjoni sabiex jagħti lill-President tiegħu l-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2004; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Ombudsman Ewropew u biex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Josep BORRELL FONTELLES
Is-Segretarju Ġenerali
Julian PRIESTLEY
(2) ĠU C 301, 30.11.2005, p. 1.
(3) ĠU C 302, 30.11.2005, p. 100.
(4) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(5) PE 349.540.
(6) ĠU C 300 E, 11.12.2003, p. 303.