Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R2175

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2175/2005 tal- 21 ta' Diċembru 2005 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim f’għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika ta’ Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea, li jissuplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni.

    ĠU L 347, 30.12.2005, p. 9–10 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 175M, 29.6.2006, p. 327–328 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/2175/oj

    29.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    327


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2175/2005

    tal-21 ta' Diċembru 2005

    dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim f’għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika ta’ Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea, li jissuplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni.

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (1) stabbilixxa nomenklatura ta’ merkanzija, minn hawn ’il quddiem imsejħa “Nomenklatura Magħquda”, u stipula r-rati konvenzjonali ta’ dazju tat-Tariffa Doganali Komuni.

    (2)

    Permezz tad-Deċiżjoni 2005/959/KE tal-21 ta' Diċembru 2005 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim f’ għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal- Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika ta’ Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (2), il-Kunsill approva, f’isem il-Komunità, il-Ftehim imsemmija bil-ħsieb li jiġu konklużi n-negozjati li bdew skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994.

    (3)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi supplimentat għaldaqstant,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, Anness 7 intitolat Kwoti ta' Tariffa tad-WTO li għandhom jinfetħu mill-awtoritajiet komunitarji kompetenti, ta' Taqsima III ta' Parti Tlieta ta' l-Anness I għandu jiġi supplimentat bil-volumi kif jidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, nhar il-21 ta' Diċembru 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    B. BRADSHAW


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 493/2005 (ĠU L 82, 31.3.2005, p. 1).

    (2)  ĠU L 347, 30.12.2005, p. 78.


    ANNESS

    Minkejja r-regoli ta’ l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala li għandu biss valur indikattiv, bil-konċessjonijiet determinati, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċi NM kif jeżistu fil-ħin ta’ l-adozzjoni tar-regolament attwali. Fejn ex kodiċi tan-NM huma indikati, il-konċessjonijiet għandhom jiġu determinati bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni li taqbel magħha meħuda flimkien.

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Termini u kundizzjonijiet oħrajn

    Numri ta’ tariffa ta’ l-oġġetti

     

    ex 0201 20 90

     

    ex 0201 30 00

     

    ex 0202 20 90

     

    ex 0202 30

     

    ex 0206 10 95

     

    ex 0206 29 91

    laħam taċ-ċanga ta’ “kwalità għolja”; “biċċiet tal-laħam taċ-ċanga primjum, imkessaħ jew iffriżat li ġej minn annimali bovini li jieklu esklussivament minn fuq il-mergħa, li m’għandhomx aktar minn erba’ snien li jaqtgħu mittiekla fil-quddiem tax-xedaq, li l-karkassi tagħhom ma jiżnux aktar minn 325 kilogramma, apparenza kumpatta b'laħam ta’ kulur ċar u uniformi, u kopertura ta’ xaħam xierqa iżda mhux eċċessiva. Il-biċċiet kollha jkunu ssiġillati u meqjusa bħala ‘ċanga ta’ kwalità tajba”

    żid 1 000 tunnellata

    Numru tat-tariffa ta’ l-oġġett 0204

    Kwota għal laħam tan-nagħaġ; “laħam tan-nagħaġ jew mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat”.

    żid 1 154 tunnellata (toqol ta’ karkassa) għall-allokazzjoni ta' New Zealand

    Numru tat-tariffa ta’ l-oġġett ex 0405 10

    Butir ta’ oriġini minn New Zealand, li ta’ l-anqas għandu 6 ġimgħat, b’kontenut ta’ xaħam bit-toqol ta’ mhux anqas minn 80 % iżda anqas minn 82 %, immanifatturat direttament mill-ħalib jew krema mingħajr l-użu ta' materjali maħżuna, fi proċess uniku li jinkorpora kollox u mhux interrot.

    żid 735 tunnellata għall-allokazzjoni ta' New Zealand


    Top