EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R2117

Regolament tal-Kunsill tal- 21 ta' Diċembru 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 dwar il-protezzjoni minn importazzjonjiet li huma oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunita' Ewropea.

ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17–17 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 175M, 29.6.2006, p. 287–287 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/01/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/2117/oj

29.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

287


REGOLAMENT TAL-KUNSILL

tal-21 ta' Diċembru 2005

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 dwar il-protezzjoni minn importazzjonjiet li huma oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunita' Ewropea.

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Bir-Regolament (KE) Nru 384/96 (1) il-Kunsill adotta regoli komuni għall-protezzjoni minn importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunita' Ewropea.

(2)

Fid-dawl tal-progress sinifikanti mwettaq mill-Ukraina lejn il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ta’ l-ekonomija tas-suq, kif rikonoxxut mill-konklużjonijiet tas-Samit Ukraina – Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Diċembru 2005, huwa xieraq li jkun permess li l-valur normali għall-esportaturi u l-produtturi ta’ l-Ukraina jkun stabbilit f'konformita' mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2(1) sa (6) tar-Regolament (KE) Nru 384/96.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (KE) Nru 384/96 l-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 2(7), it-terminu “l-Ukraina” għandu jiġi mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-investigazzjonijiet kollha mibdija skond ir-Regolament (KE) Nru 384/96 wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew fuq il-bażi ta’ applikazzjoni għall-bidu mressqa wara din id-data jew inkella fuq inizjattiva tal-Kummissjoni.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar il-21 ta' Diċembru 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

B. BRADSHAW


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).


Top