Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R2106

    2106/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2106/2005 tal- 21 ta’ Diċembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skond l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39 Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 337, 22.12.2005, p. 16–19 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 321M, 21.11.2006, p. 383–386 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/12/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R1126

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/2106/oj

    21.11.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    383


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2106/2005

    tal-21 ta’ Diċembru 2005

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skond l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1725/2003 (2) ċerti standards u interpretazzjonijiet internazzjonali li kienu eżistenti fl-14 ta' Settembru 2002 ġew adottati.

    (2)

    Il-Kummissjoni adottat l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39 bl-esklużjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-Opzjoni sħiħa ta' Valur Ġust u l-kontabilità ta' lqugħ, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2086/2004 tad-19 ta' Novembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 dwar l-adozzjoni ta' ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill skond iż-żieda ta' l-IAS 39 (3). Il-Kummissjoni adottat l-IAS 39 standard itjeb għal opzjoni ta' valur ġust limitat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1864/2005 (4)

    (3)

    Fl-14 ta' April 2005, il-Bord ta' l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika Emenda għal IAS 39 li tippermetti b'mod partikolari, l-korpi jinnominaw f'ċerti ċirkostanzi previzjoni ta' tranżazzjoni bejn il-gruppi, denominata f'munita barranija bħala l-oġġett assigurat f'dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati. Hija prattika komuni fit-tmexxija tar-riskju li wieħed jinnomina r-riskju fuq il-valuta barranija ta' previzjoni ta' transazzjoni bejn il-gruppi bħala l-oġġett assigurat u l-IAS 39 preżenti ma ppermettitx il-kontabilità ta' lqugħ għal dan. Taħt l-IAS 39 preżenti tranżazzjoni barra l-entità biss tista' tkun denominata bħala oġġett assigurat.

    (4)

    Il-konsultazzjoni ma' esperti tekniċi fil-qasam tikkonferma illi l-emendi għall-IAS 39 jilħqu l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni mfassla fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

    (5)

    Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1725/2003 għandu jiġi emendat skond dan.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju ta' Kontabilità,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Fl-Anness għal Regolament (KE) Nru 1725/2003 l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39 hu emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    L-Artikolu 2

    Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi għall-IAS 39 kif inhuma mfassla fl-Anness għal dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mid-data ta' bidu tas-sena finanzjarja tagħha fl-2006.

    L-Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, nhar il-21 ta’ Diċembru 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Charlie McCREEVY

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 243, tal-11.9.2002, p. 1.

    (2)  ĠU L 261, 13.10.2003, p.1. Regolament kif ġie emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1910/2005 (ĠU L 305, 24.11.2005, p. 4).

    (3)  ĠU L 363, 9.12.2004, p. 1.

    (4)  ĠU L 299, 16.11.2005, p. 45.


    ANNESS

    L-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39 hu emendat kif ġej:

    STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ

    Nru ta' IAS

    Titolu

    IAS 39

    Strumenti Finanzjarji: Ir-Rikonoxximent u l-Kejl

    “Ir-riproduzzjoni hija permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti riservati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' riproduzzjoni bl-għan ta' użu personali jew xi negozju ieħor ġust. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb mill-IASB fuq www.iasb.org”.

    (1)

    Il-paragrafu 80 jinbidel b’dan li ġej:

    “80.

    Għal għan ta' kontabilità ta' lqugħ, l-assi, il-passiv, l-impenji sodi jew it-tranżazzjonijiet previsti li huma probabbli biss u li jinvolvu parti esterna għall-entità jistgħu jkunu denominati bħala oġġetti assigurati. B'hekk, il-kontabilità ta' lqugħ tista' tiġi applikata biss għal tranżazzjonijiet bejn l-entitajiet jew is-segmenti fl-istess grupp biss fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji individwali jew separati ta' dawk l-entitajiet jew is-segmenti u mhux fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati tal-grupp. Bħala eċċezzjoni, ir-riskju fuq il-valuta barranija ta' oġġett monetarju bejn il-gruppi (per eżempju, oġġett pagabbli/riċevibbli bejn żewġ sussidjarji) jista' jikkwalifika bħala oġġett assigurat fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati jekk jirriżulta f'espożizzjoni għal qligħ jew telf fuq rati tal-kambju li mhumiex eliminati kompletament fuq konsolidazzjoni skond IAS 21 L-Effetti ta' Tibdil fir-Rati tal-Kambju. Skond l-IAS 21, il-qligħ u t-telf mir-rati tal-kambju u fuq partijiet monetarji ta’ bejn il-gruppi m'humiex eliminati kompletament fiż-żmien tal-konsolidazzjoni meta l-oġġett monetarju bejn il-gruppi huwa nnegozjat bejn żewġ entitajiet tal-gruppi li għandhom muniti funzjonali differenti. Barra minn hekk, ir-riskju fuq il-valuta barranija ta' tranżazzjoni prevista bejn il-gruppi li hija probabbli ħafna tista' tikkwalifika bħala oġġett assigurat f'dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati sakemm it-tranżazzjoni tkun denominata f'munita barra dik tal-munita funzjonali ta' l-entità li tidħol f'dik it-tranżazzjoni u r-riskju fuq il-valuta barranija se taffettwa l-qligħ jew it-telf konsolidat.”;

    (2)

    Il-paragrafi 108A u 108B li ġejjin huma miżjuda:

    “108A.

    Entità għandha tapplika l-aħħar sentenza tal-paragrafu 80, u l-paragrafi AG99A u AG99B, għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2006 jew aktar tard. Applikazzjoni minn kmieni hija mħeġġa. Jekk entità nnominat bħala l-oġġett assigurat tranżazzjoni esterna mħabbra li

    (a)

    hija denominata fil-munita funzjonali ta' l-entità li tidħol fit-tranżazzjoni,

    (b)

    toħloq espożizzjoni li jkollha effett fuq qligħ jew telf konsolidat (jiġifieri, hija denominata f'munita barra dik tal-preżentazzjoni tal-munita tal-grupp), u

    (c)

    kienet tikkwalifika għall-kontabilità ta' lqugħ kieku ma kenitx denominata fil-munita funzjonali ta' l-entità li tidħol fiha,

    tista' tapplika l-kontabilità ta' lqugħ fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati fil-perjodu/i qabel id-data ta' applikazzjoni ta' l-aħħar sentenza tal-paragrafu 80, u l-paragrafi AG99A u AG99B.

    108B.

    Entità m'għandiex għalfejn tapplika l-paragrafu AG99B għat-tagħrif komparattiv li għandu x'jaqsam ma' perjodi qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' l-aħħar sentenza tal-paragrafu 80 u l-paragrafu AG99A.”

    (3)

    Fl-Appendiċi A, il-Linjagwida ta' Applikazzjoni, il-paragrafi AG99A u l-AG99B huma nnumerati mill-ġdid AG99C u AG99D u l-paragrafi li ġejjin AG99A, AG99B u AG133 huma inklużi:

    “AG99A.

    Il-Paragrafu 80 jistqarr illi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati, ir-riskju fuq il-valuta barranija ta' tranżazzjoni prevista li tkun probabbli ħafna bejn il-gruppi jista' jikkwalifika bħala oġġett assigurat f'likwidità assigurata, sakemm it-tranżazzjoni tkun denominata f'munita barra dik tal-munita funzjonali ta' l-entità li tidħol f'dik it-tranżazzjoni u r-riskju fuq il-valuta barranija se jaffettwa l-qligħ jew it-telf konsolidat. Għalhekk, entità tista' tkun waħda prinċipali, sussidjarja, assoċjata, impriża konġunta jew fergħa. Jekk ir-riskju fuq il-valuta barranija ta' tranżazzjoni prevista bejn il-grupp ma taffettwax il-qligħ jew it-telf ikkonsolidat, it-tranżazzjoni bejn il-grupp ma tistax tikkwalifika bħala oġġett assigurat. Normalment, dan ikun il-każ għal pagamenti tad-drittijiet ta' l-awtur, pagamenti ta' interessi jew spejjeż amministrattivi bejn membri ta' l-istess grupp sakemm ikun hemm tranżazzjoni esterna relatata. Madankollu, meta r-riskju fuq il-valuta barranija ta' tranżazzjoni prevista bejn il-grupp se jaffettwa l-qligħ jew it-telf ikkonsolidat, it-tranżazzjoni bejn il-grupp tista' tikkwalifika bħala oġġett assigurat. Eżempju ta' dan huwa l-bejgħ jew ix-xiri previst ta' inventarji bejn il-membri ta' l-istess grupp jekk ikun hemm bejgħ ieħor ta' l-inventarju għal partit barra mill-grupp. Bl-istess mod, bejgħ previst bejn il-gruppi ta' pjanta u tagħmir mill-entità tal-grupp li mmanifatturatu għal entità tal-grupp li se tagħmel użu mill-pjanta u t-tagħmir fl-operazzjonijiet tiegħu jista' jaffettwa l-qligħ jew it-telf ikkonsolidat. Dan jista' jsir, per eżempju, minħabba l-fatt illi l-pjanta u t-tagħmir se jkunu deprezzati mill-entità li qed tixtri u l-ammont li inizjalment kien magħruf għal pjanta u t-tagħmir jista' jinbidel jekk it-tranżazzjoni prevista bejn il-grupp tkun denominata f'munita barra dik tal-munita funzjonali ta' l-entità li qed tixtri.

    AG99B.

    Jekk ilqugħ ta' tranżazzjoni prevista bejn il-gruppi jikkwalifika għal kontabilità ta' lqugħ, kwalunkwe qligħ jew telf li jkun magħruf direttament f'interess skond il-paragrafu 95(a) se jkun klassifikat mill-ġdid fi qligħ jew telf fl-istess perjodu jew perjodi li matulhom ir-riskju fuq il-valuta barranija tat-tranżazzjoni assigurata taffettwa l-qligħ jew it-telf konsolidat.

    AG133.

    Entità tista' jkollha denominata transazzjoni prevista bejn il-gruppi bħala oġġett assigurat fil-bidu ta' perjodu annwali li jibda fl-1 ta' Jannar 2005 jew wara (jew, bl-għan illi tistqarr mill-ġdid tagħrif komparattiv, il-bidu ta' perjodu komparattiv preċedenti) fi lqugħ li jikkwalifika għal kontabilità ta' lqugħ skond dan l-Istandard (kif ġie emendat mill-aħħar sentenza tal-paragrafu 80). Entità bħal din tista' tagħmel użu minn dik in-nomina biex tapplika l-kontabilità ta' lqugħ fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidata mill-bidu tal-perjodu annwali li jibda fl-1 ta' Jannar 2005 jew wara (jew il-bidu tal-perjodu komparattiv preċedenti). Entità bħal din għandha tapplika wkoll il-paragrafi AG99A u AG99B mill-bidu tal-perjodu annwali li jibda fl-1 ta' Jannar 2005 jew wara. Madankollu, skond il-paragrafu 108B, m'hemmx għalfejn tapplika l-paragrafu AG99B għat-tagħrif komparattiv għall-perjodi preċedenti.”


    Top