This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R2079
Commission Regulation (EC) No 2079/2005 of 19 December 2005 amending Regulation (EC) No 883/2001, Council Regulation (EC) No 1037/2001 and Regulation (EC) No 2303/2003 regarding the prolongation of certain derogations relating to wine certification, labelling and oenological processes
2079/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2079/2005 tad- 19 ta’ Diċembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) 883/2001, ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1037/2001 u r-Regolament (KE) Nru 2303/2003 dwar l-estensjoni ta’ ċerti derogi marbuta maċ-ċertifikazzjoni, it-tikkettjar u l-proċessi enoloġiċi tal-inbejjed.
2079/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2079/2005 tad- 19 ta’ Diċembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) 883/2001, ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1037/2001 u r-Regolament (KE) Nru 2303/2003 dwar l-estensjoni ta’ ċerti derogi marbuta maċ-ċertifikazzjoni, it-tikkettjar u l-proċessi enoloġiċi tal-inbejjed.
ĠU L 333, 20.12.2005, pp. 6–7
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 319M, 29.11.2008, pp. 368–369
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Impliċitament imħassar minn 32013R1308
|
29.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
368 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2079/2005
tad-19 ta’ Diċembru 2005
li jemenda r-Regolament (KE) 883/2001, ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1037/2001 u r-Regolament (KE) Nru 2303/2003 dwar l-estensjoni ta’ ċerti derogi marbuta maċ-ċertifikazzjoni, it-tikkettjar u l-proċessi enoloġiċi tal-inbejjed.
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53 u l-Artikolu 68(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/798/KE tal-14 ta’ Novembru 2005, dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar kwistjonijiet marbuta mal-kummerċ tal-inbid (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 24(2), l-Artikolu 26 u l-Artikolu 27(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 tal-24 ta’ April 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar il-kummerċ ma’ terzi pajjiżi ta’ prodotti fis-settur tal-inbid (3), il-proċedura simplifikata li tirrigwarda r-rekwiżiti għat-tfassil u l-użu taċ-ċertifikat u r-rapport ta’ analiżi għall-importazzjoni tal-inbejjed tapplika għall-inbejjed impurtati mill-Istati Uniti tal-Amerika sal-31 ta’ Diċembru 2005. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2303/2003 tad-29 ta’ Diċembru 2003 fuq regoli speċifiċi tat-tikkettjar ta’ nbejjed importati mill-Istati Uniti tal-Amerika (4) jipprovdi għal ċerti derogi temporanji fir-rigward tat-tikkettjar tal-inbejjed, li jiskadu wkoll fil-31 ta’ Diċembru 2005. |
|
(3) |
Minkejja l-Artikolu 45(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1037/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001, li jawtorizza l-offerta u l-fornitura għall-konsum uman dirett ta’ ċerti nbejjed importati li jistgħu jkunu għaddew minn proċessi enoloġiċi mhux provduti fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 (5), jawtorizza l-importazzjoni lejn il-Komunità ta’ nbejjed li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika li jkunu għaddew minn ċerti proċessi mhux previsti fir-regoli Komunitarji. Dik l-awtorizzazzjoni tiskadi wkoll fil-31 ta’ Diċembru 2005 f'dak li għandu x’jaqsam mal-proċessi enoloġiċi msemmija fil-punt 1(b) tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1037/2001. |
|
(4) |
Wara negozjati, Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-kummerċ tal-inbid ġie inizjalat miż-żewġ Partijiet fl-14 ta’ Settembru 2005. L-Artikoli 4 u 9 tal-Ftehim se jkomplu jittrattaw l-inbejjed li joriġinaw fl-Istati Uniti bl-istess mod kif huma ttrattati fir-Regolamenti (KE) Nri 883/2001, 1037/2001 u 2303/2003. Madankollu, skont l-Artikolu 17(2) ta’ dan il-Ftehim, l-Artikoli 4 u 9 se japplikaw biss mill-ewwel jum tat-tieni xahar wara l-wasla tal-avviż bil-miktub imsemmi fl-Artikolu 6(3) tal-Ftehim. Kien għalhekk meħtieġ li jiġi nnegozjat Ftehim separat fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar kwistjonijiet marbuta mal-kummerċ tal-inbid (6) li jkopru l-perjodu mill-31 ta’ Diċembru 2005 sad-data tal-applikazzjoni tal-Artikoli 4 u 9 tal-Ftehim dwar il-kummerċ tal-inbid. |
|
(5) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fil-kummerċ, għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet għall-implimemntazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri, u b’mod partikolari, it-tliet derogi previsti fir-Regolament (KE) Nri 883/2001, 1037/2001 u 2303/2003 għandhom jibqgħu fis-seħħ sad-data tal-applikazzjoni tal-Artikoli 4 u 9 tal-Ftehim dwar il-kummerċ tal-inbid imma mhux għal aktar minn tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri. |
|
(6) |
Ir-Regolamenti (KE) Nri 883/2001, 1037/2001 u 2303/2003 għandhom jiġu emendati skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Inbid, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 883/2001, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:
“2. L-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 26 għandhom japplikaw sad-data tal-applikazzjoni tal-Artikoli 4 u 9 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-kummerċ tal-inbid imma għal mhux aktar minn tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar kwistjonijiet marbuta mal-kummerċ tal-inbid (*1).
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 1037/2001 hu emendat b’dan li ġej:
|
1. |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(1) jinbidel b’dan li ġej: “Madankollu, din l-awtorizzazzjoni għandha tibqa’ valida biss, fdak li għandu x’jaqsam mal-użu tal-proċessi enoloġiċi elenkati f’1(b) tal-Anness, sad-data tal-applikazzjoni tal-Artikoli 4 u 9 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-kummerċ tal-inbid imma għal mhux aktar minn tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar kwistjonijiet marbuta mal-kummerċ tal-inbid (*2). |
|
2. |
Fil-punt 1(b) tal-Anness, il-kliem ta’ introduzzjoni “sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2003” għandu jinbidel b’dan li ġej: “sa mhux aktar tard mid-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(1)”. |
Artikolu 3
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2303/2003 għandu jinbidel b’dan li ġej:
“Huwa għandu japplika sad-data tal-applikazzjoni tal-Artikoli 4 u 9 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-kummerċ tal-inbid imma għal mhux aktar tard minn tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar kwistjonijiet marbuta mal-kummerċ tal-inbid (*3).
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1795/2003 (ĠU L 262, 14.10.2003, p. 13).
(2) ĠU L 301, 18.11.2005, p. 14.
(3) ĠU L 128, 10.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1747/2005 (ĠU L 280, 25.10.2005, p. 9).
(4) ĠU L 342, 30.12.2003, p. 5.
(5) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2324/2003 (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 24).