Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R2030

    2030/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2030/2005 tat- 13 ta’ Diċembru 2005 dwar il-ftuħ ta' kwota tariffarja għas-sena 2006 għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta' xi oġġetti li joriġinaw min-Noveġja li jkunu ġew mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli li jissemmew fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

    ĠU L 327, 14.12.2005, p. 13–14 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 321M, 21.11.2006, p. 343–344 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/01/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/2030/oj

    21.11.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    343


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2030/2005

    tat-13 ta’ Diċembru 2005

    dwar il-ftuħ ta' kwota tariffarja għas-sena 2006 għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta' xi oġġetti li joriġinaw min-Noveġja li jkunu ġew mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli li jissemmew fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-kummerċ applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), b'mod partikolari, l-Artikolu 7(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/753/KE tas-6 ta' Diċembru 1996 li tikkonċerna l-konklużjoni ta' Ftehim taħt forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Renju tan-Norveġja, min-naħa l-oħra, dwar il-Protokoll 2 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Il-ftehim taħt forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea minn naħa u r-Renju tan-Norveġja min-naħa l-oħra dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, approvat bid-Deċiżjoni 96/753/KE, jistabbilixxi kwota tariffarja annwali applikabbli għall-importazzjoni taċ-ċikkulata u prodotti oħra ta' l-ikel li fihom il-kawkaw li joriġinaw min-Norveġja. Din il-kwota għandha tinfetaħ għas-sena 2006.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi għadd ta' dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali Komunitarju (3), jistabbilixxi ċerti regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Jeħtieġ li jkun previst li l-kwota tariffarja miftuħa permezz ta' dan ir-Regolament titmexxa skond dawn ir-regoli.

    (3)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli pproċessati li mhumiex imniżżla fl-Anness I,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2006, l-oġġetti importati fil-Komunità min-Norveġja li jidhru fl-Anness huma suġġetti għad-dazji indikati f'dan l-Anness fil-limitu tal-kwota annwali msemmija hemmhekk.

    Artikolu 2

    Il-kwota tariffarja msemmija fl-Artikolu 1 se tiġi ġestita mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 308(a), 308(b) u 308(c) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Japplika mill-1 ta’ Jannar 2006.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, nhar it-13 ta’ Diċembru 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Gunter VERHEUGEN

    Viċi-President


    (1)  ĠU L 318 ta' l-20. 12. 1993, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, tal-25.11.2000, p. 5).

    (2)  ĠU L 345, tal-31.12.1996, p. 78.

    (3)  ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 883/2005 (ĠU L 148, tal-11.06.2005, p. 5).


    ANNESS

    Numru ta' l-ordni

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Kwota

    Rata tad-dazju applikabbli

    09.0764

    ex 1806

    1806 20

    1806 31

    1806 32

    1806 90

    Ċikkulata u prodotti oħra ta' l-ikel li fihom il-kawkaw ħlief it-trab tal-kawkaw, li fih zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu tal-Kodiċi NM 1806 10

    5 500 tunnellata

    35,15 €/100kg


    Top