EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R2027

2027/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2027/2005 tat- 13 ta’ Diċembru 2005 dwar il-ftuħ ta' kwota tariffarja għas-sena 2006 għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta' xi oġġetti mill-Iżlanda li jkunu ġew mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli li jissemmew fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

ĠU L 327, 14.12.2005, p. 5–6 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 321M, 21.11.2006, p. 335–336 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/2027/oj

21.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

335


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2027/2005

tat-13 ta’ Diċembru 2005

dwar il-ftuħ ta' kwota tariffarja għas-sena 2006 għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta' xi oġġetti mill-Iżlanda li jkunu ġew mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli li jissemmew fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), b'mod partikolari, l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/492/KE tal-21 ta' Ġunju 1999 dwar il-konklużjoni tal-ftehim taħt forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea minn naħa u r-Repubblika ta' l-Iżlanda mill-oħra, dwar il-Protokoll Nru 2 tal-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

Billi:

(1)

Il-ftehim taħt forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea minn naħa u r-Repubblika ta' l-Iżlanda mill-oħra dwar il-Protokoll Nru 2 tal-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda, approvat bid-Deċiżjoni 1999/492/KE, jistabbilixxi kwota tariffarja annwali applikabbli għall-importazzjoni ta' prodotti taz-zokkor, ċikkulata u prodotti oħra ta' l-ikel li fihom il-kawkaw li joriġinaw mill-Iżlanda. Din il-kwota għandha tinfetaħ għas-sena 2006.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa ċerti dispożizzjonijiet ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-kodiċi doganali Komunitarju (3), jiffissa r-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Jeħtieġ li jkun previst li l-kwota tariffarja miftuħa permezz ta' dan ir-Regolament titmexxa skond dawn ir-regoli.

(3)

Il-miżuri mniżżla f'dan ir-Regolament jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli pproċessati li mhumiex imniżżla fl-Anness I,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2006, l-oġġetti importati fil-Komunità mill-Iżlanda li jidhru fl-Anness huma suġġetti għad-dazji indikati f'dan l-Anness fil-limitu tal-kwota annwali msemmija hemmhekk.

Artikolu 2

Il-kwota tariffarja msemmija fl-Artikolu 1 tiġi ġestita mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 308(a), 308(b) u 308(c) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Jannar 2006.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar it-13 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Gunter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)  ĠU L 318, ta' l-20.12.1993, p. 18. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, tal-25.11.2000, p. 5).

(2)  ĠU L 192 ta' l-24.7.1999, p. 47.

(3)  ĠU L 253 tal-11.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 883/2005 (ĠU L 148 tal-11.6.2005, p. 5).


ANNESS

Numru ta' l-ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwota

Rata tad-dazju applikabbli

09.0799

1704 90 10

1704 90 30

1704 90 51

1704 90 55

1704 90 61

1704 90 65

1704 90 71

1704 90 75

1704 90 81

1704 90 99

Ħelu (inkluża ċikkulata bajda) mingħajr kawkaw tas-subintestatura tal-kodiċi NM 1704 90

500 tunnellata

50 % tar-rata tad-dazju ta' pajjiż terz (*) b'massimu ta' € 35.15/100 kg

1806 32 10

1806 32 90

1806 90 11

1806 90 19

1806 90 31

1806 90 39

1806 90 50

1806 90 60

1806 90 70

1806 90 90

1905 31 11

1905 31 19

1905 31 30

1905 31 91

1905 31 99

1905 32 11

1905 32 19

1905 32 91

1905 32 99

Ċikkulata u preparazzjonijiet oħrajn ta' l-ikel li fihom il-kawkaw tas-subintestatura tal-kodiċi NM 1806 32 , 1806 90 , 1905 31 u 1905 32 .


(*)  Rata ta' dazju għall-pajjiżi terzi: ir-rata magħmula minn dazju advalorem biż-żieda, fejn meħtieġ, ta' l-element agrikolu, limitat għar-rati massimi skond kif tipprevedih it-tariffa komuni doganali.


Top