This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R1966
Commission Regulation (EC) No 1966/2005 of 1 December 2005 amending Regulation (EEC) No 2061/89 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
1966/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1966/2005 ta’ l- 1 ta’ Diċembru 2005 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2061/89 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
1966/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1966/2005 ta’ l- 1 ta’ Diċembru 2005 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2061/89 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
ĠU L 316, 2.12.2005, pp. 5–6
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 321M, 21.11.2006, pp. 307–308
(MT)
In force
|
21.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
307 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1966/2005
ta’ l-1 ta’ Diċembru 2005
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2061/89 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta’ l-istatistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u partikularment l-Artikolu 9 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex jassigura applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hu neċessarjuli jkunu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni tal-merkanziji li għalihom hemm referenza fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi sottodivizjonijiet addizzjonali magħha u li hi stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet speċifiċi Komunitarji, biex tkun implimentata t-tariffa jew miżuri oħra dwar il-kummerċ merkantili. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2061/89 tas-7 ta’ Lulju 1989 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (2) ikklassifika l-prodott 5 stabbilit fl-Anness bħala suppliment ta’ l-ikel mingħajr ma ħa f’kunsiderazzjoni l-kwalitajiet terapewtiċi u profilatiċi speċifiċi tiegħu fit-trattament tad-defiċjenza tal-vitamina Ċ. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li l-klassifikazzjoni ta’ dan il-prodott tiġi emendata u jibda jitqies bħala duwa. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-klassifikazzjoni tal-prodott Nru 5 fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 2061/89 għandha tkun issostitwita b’dik fl-Anness ta’ dan ir-Regolament
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar il-1 ta’ Diċembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Laszlo KOVACS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005 (ĠU L 286, 28.10.2005, p. 1).
(2) ĠU L 196, 12.7.1989, p. 5. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 936/1999 (ĠU L 117, 5.5.1999, p. 9).
ANNESS
|
Deskrizzjoni |
Klassifika (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||
|
3004 50 10 |
Il-klassifikazzjoni hi ddeterminata permezz tad-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota Addizzjonali 1 għal Kapitolu 30 u bid-deskrizzjoni tal-kodiċi NM 3004 , 3004 50 u 3004 50 10 . Ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda għal Kapitolu 30. Dwar id-doża rakkomandata ta’ kuljum (RDA) għal vitamina Ċ (60mg), kull pillola biċ-ċar fiha ammont aktar għoli ta' vitamina Ċ (500mg). Il-kundizzjonijiet kollha tan-Nota Addizzjonali 1 għal Kapitolu 30 għalhekk intlaħqu u l-prodott se jiġi kklassifikat bħala duwa l'intestatura 3004 . |