This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R1949
Commission Regulation (EC) No 1949/2005 of 28 November 2005 amending Regulation (EC) No 1917/2000 with regard to specific movements and the exclusion of trade relating to repair transactions
1949/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1949/2005 tat- 28 ta’ Novembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1917/2000 fir-rigward ta’ movimenti speċifiċi u l-esklużjoni tal-kummerċ marbut mat-tranżazzjonijiet ta’ tiswija
1949/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1949/2005 tat- 28 ta’ Novembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1917/2000 fir-rigward ta’ movimenti speċifiċi u l-esklużjoni tal-kummerċ marbut mat-tranżazzjonijiet ta’ tiswija
ĠU L 312, 29.11.2005, p. 10–17
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 322M, 2.12.2008, p. 127–134
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Impliċitament imħassar minn 32010R0113
2.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
127 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1949/2005
tat-28 ta’ Novembru 2005
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1917/2000 fir-rigward ta’ movimenti speċifiċi u l-esklużjoni tal-kummerċ marbut mat-tranżazzjonijiet ta’ tiswija
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 tat-22 ta’ Mejju 1995 dwar l-istatistika li għandha x'taqsam mal-kummerċ ta' oġġetti mill-Komunità u mill-Istati Membri tagħha ma' pajjiżi li mhumiex membri (1), u partikolarment l-Artikoli 4(1), 6(2), 9(1), 10(4) u 15 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1917/2000 tas-7 ta’ Settembru 2000 li jistipula ċerti dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 fir-rigward ta’ statistiċi dwar il-kummerċ estern (2), jispeċifika l-l-elementi tad-dejta li għandha tinġabar għall-istatistika dwar il-kummerċ estern u li jenumera l-merkanzija u l-movimenti li għandhom jiġu eżentati jew li jeħtieġu dispożizzjonijiet partikolari għall-raġunijiet metodoloġiċi. |
(2) |
Kull meta huwa l-każ, id-definizzjonijiet u l-kunċetti komuni għandhom jiġu applikati skont id-dejta marbuta, rispettivament, mal-kummerċ tal-oġġetti bejn l-Istati Membri u l-kummerċ tal-oġġetti ma’ pajjiżi mhux membri. Minħabba li r-Regolament (KE) Nru 638/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq l-istatistiċi Komunitarji rigward il-kummerċ ta' merkanzija bejn l-Istati Membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3330/91 (3) irreveda l-qafas għall-produzzjoni tal-istatistika Komunitarja dwar il-kummerċ tal-oġġetti bejn l-Istati Membri, issa jeħtieġ li għaldaqstant wieħed jadatta r-regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-istatistika dwar il-kummerċ tal-oġġetti bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha u l-pajjiżi mhux membri. |
(3) |
Skont ir-rakkomandazzjonijiet internazzjonali u d-dispożizzjonijiet li hemm fis-seħħ fir-rigward tal-istatistika Komunitarja b’rabta mal-kummerċ tal-oġġetti bejn l-Istati Membri, il-merkanzija li tkun qed issirilha t-tiswija għandha tiġi eskluża mill-istatistika marbuta mal-kummerċ tal-oġġetti. Għaldaqstant, jeħtieġ ukoll li l-merkanzija li tkun qed issirilha t-tiswija tiġi eskluża mill-istatistika Komunitarja dwar il-kummerċ tal-oġġetti ma’ pajjiżi mhux membri. |
(4) |
Sabiex tkun żgurata l-komparabbiltà tal-informazzjoni dwar merkanzija speċifika f’kummerċ fi ħdan il-Komunità u dik f’kummerċ ma’ pajjiżi mhux membri, iridu jiġu aġġustati d-dispożizzjonijiet għall-impjanti, bastimenti u vetturi tal-ajru industrijali, vapuri u mħażen u provvisti tal-vetturi tal-ajru, kunsinni mqassma, stallazzjonijiet offshore, vetturi għall-ivvjaġġar fl-ispazju, prodotti tal-elettriku, tal-gass u tal-baħar. |
(5) |
Speċifikazzjonijiet addizzjonali għandhom ikunu pprovduti dwar dik il-merkanzija li hi suġġett ta' użu temporanju sabiex ikun armonizzat il-mod kif dawn l-oġġetti jiġu esklużi mill-istatistika Komunitarja dwar il-kummerċ tal-oġġetti mal-pajjiżi mhux membri. |
(6) |
Is-sistema ta’ kkodifikar, li sservi biex tiġi deskritta n-natura tat-tranżazzjoni, għandha tkun allinjata skont id-dispożizzjonijiet fi ħdan il-qafas tal-istatistika dwar il-kummerċ tal-oġġetti bejn l-Istati Membri. |
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1917/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont il-fehma tal-Kumitat dwar l-istatistika b’rabta mal-kummerċ tal-merkanzija ma' pajjiżi terzi. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1917/2000 hu emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 jiġi mibdul b’dan li ġej: “Artikolu 2 B'konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Bażiku, l-istatistika dwar il-kummerċ estern imwassla lill-Kummissjoni ma għandhiex tkopri oġġetti:
|
(2) |
Fl-Artikolu 15(2), jiżdied il-punt (m) li ġej:
|
(3) |
Fl-Artikolu 16, il-paragrafi 2 u 3 huma mibdula bit-test li ġej: “2. L-Istati Membri jistgħu japplikaw proċedura ssimplifikata ta’ dikjarazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-esportazzjonijiet ta’ impjant industrijali sħaħ. 3. Il-proċedura ssimplifikata tista' tiġi applikata biss għall-esportazzjoni ta' impjanti industrijali sħaħ li l-valur statistiku totali ta' kull wieħed jaqbeż it-EUR 3 miljun, sakemm ma jkunux impjanti industrijali kompleti għal użu mill-ġdid; f'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-kriterji użati. Il-valur statistiku ta' impjant industrijali jiġi kkalkolat biż-żieda tal-valuri statistiċi tal-partijiet komponenti tiegħu u l-valuri statistiċi tal-oġġetti li hemm referenza għalihom fit-tieni sottoparagrafu tal-paragrafu 1.” |
(4) |
L-Artikolu 17 jiġi mibdul b’dan li ġej: “Artikolu 17 1. Għall-għanijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-partijiet komponenti li jaqgħu fi ħdan kapitolu partikulari tan-Nomenklatura Magħquda għandu jkun ikklassifikat skont is-sottotitolu rilevanti tal-impjant industrijali sħiħ tal-Kapitolu 98 ta’ dik in-Nomenklatura. 2. Fejn l-Istati Membri ma jawtorizzawx proċedura ssimplifikata ta’ dikjarazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-partijiet komponenti tal-impjant industrijali sħiħ skont is-sottotitoli pprovduti fil-Kapitolu 98, l-oġġetti għandhom jiġu kklassifikati skont is-sottotitoli rilevanti, kif stipulat fil-kapitoli l-oħra tan-Nomenklatura Magħquda.” |
(5) |
L-Artikolu 18 jiġi mibdul b’dan li ġej: “Artikolu 18 Bi qbil man-Nomenklatura Magħquda, in-numri tal-kodiċi għas-sottotitoli ta' impjant industrijali sħiħ għandhom jiġu komposti b'konformità mar-regoli li ġejjin:
|
(6) |
L-Artikolu 19(3) jitħassar. |
(7) |
L-Artikolu 20 qed jiġi emendat b’dan li ġej:
|
(8) |
L-Artikolu 21 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 21 1. Għandha tintbagħat lill-Kummissjoni statistika tal-kummerċ estern li tkopri t-tranżazzjonijiet li ġejjin:
Għall-finijiet tal-punt (b), l-esportazzjoni għandha tiġi rreġistrata fl-Istat Membru tal-bini tagħhom kemm-il darba l-bastiment jew il-vettura tal-ajru huma ġodda. Għall-finijiet tal-punt (c), ‘l-ipproċessar’ għandu jitqies bħala li jkopri biss l-operazzjonijiet li jimmiraw li jipproduċu vapur jew vettura tal-ajru ġdid/a jew inkella wieħed tassew irranġat. 2. L-istatistika dwar it-tranżazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 imwassla mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għandha tinkludi d-dejta li ġejja:
3. Il-perjodu ta’ referenza għandu jkun ix-xahar li fih isir it-trasferiment tal-pussess, fil-każ ta’ tranżazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1(a) jew 1(b), jew inkella li fih isir il-moviment, fil-każ ta’ tranżazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1(c).” |
(9) |
L-Artikolu 22 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 22 L-awtoritajiet nazzjonali għandu jkollhom aċċess għal sorsi ta’ dejta barra minn dawk stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1172/1995, inkluż l-aċċess għal informazzjoni inkluża f'reġistri nazzjonali ta' trasport marittimu u ta' vetturi tal-ajru li tista' tiġi meħtieġa sabiex jiġi identifikat it-trasferiment tal-pussess ta’ oġġetti bħal dawn.” |
(10) |
Fl-Artiklu 24(2), il-punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(11) |
L-Artikolu 25 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 25 Għall-għanijiet ta' dan il-Kapitolu, ‘kunsinni mqassma’ tfisser importazzjonijiet jew esportazzjonijiet ta' komponenti ta' oġġetti sħaħ fi stat fejn mhumiex imgħaqqda flimkien, jew fejn ġew żarmati, f’għadd imdaqqas ta' kunsinni minħabba raġunijiet ta' kummerċ jew ta’ trasport.” |
(12) |
L-Artikolu 29(2) huwa sostitwit b’li ġej: “2. Il-prospetti ta' kull xahar li jkopru t-tranżazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, li jintbagħtu lill-Kummissjoni mill-Istati Membri, għandhom jinkludu d-dejta li ġejja:
Għall-finijiet tal-punt (a), il-kodiċijiet issimplifikati li ġejjin għandhom jintużaw għall-oġġetti ddestinati għall-operaturi tal-istallazzjoni offshore jew għall-operazzjoni tal-magni bil-mutur, makkinarji u tagħmir ieħor tal-istallazzjoni offshore:
Bla ħsara għar-regolamenti tad-dwana, fil-każ ta' oġġetti ġejjin minn, jew iddestinati lejn, stallazzjonijiet, il-‘pajjiż sieħeb’ għandu jinftiehem bħala dak fejn hi stabbilita l-persuna naturali jew legali responsabbli mill-użu kummerċjali tal-istallazzjoni inkwistjoni.” |
(13) |
L-Artikolu 31 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 31 1. Għandha tintbagħat lill-Kummissjoni statistika dwar il-kummerċ ma' pajjiżi mhux membri li tkopri dan li ġej:
L-operazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-punt (b) għandha tiġi rreġistrata bħala importazzjoni fl-Istat Membru fejn hu stabbilit il-possessur il-ġdid. L-operazzjoni li hemm referenza għaliha fil-punt (c) għandha tiġi rreġistrata bħala esportazzjoni mill-Istat Membru fejn inbniet il-vettura spazjali sħiħa. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, ‘l-ipproċessar’ għandu jitqies bħala li jkopri biss l-operazzjonijiet li jimmiraw li jipproduċu vettura spazjali tal-ajru ġdid/a jew inkella wieħed tassew irranġat. 2. Il-prospett ta' kull xahar dwar l-operazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, li jintbagħtu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, għandu jinkludi d-dejta li ġejja:
Għall-finijiet tal-punt (b), ‘il-pajjiż sieħeb’ għandu jiġi ddeterminat skond il-kriterji li ġejjin:
3. Il-perjodu ta’ referenza għandu jkun ix-xahar li fih isir il-moviment, fil-każ ta’ operazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1(a), jew inkella li fih isir it-trasferiment tal-pussess, fil-każ ta’ operazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1(b) u (c).” |
(14) |
Fit-Titolu II, fl-Artikolu 31, jiżdiedu l-Kapitoli (9) u (10) li ġejjin: “KAPITOLU 9 Elettriku u gass Artikolu 31a Barra mis-sorsi ta’ dejta stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1172/1995, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbu li l-informazzjoni rilevanti għal-monitoraġġ tal-fluss tal-kummerċ tal-elettriku u l-gass bejn l-Istat Membru li qed jirrapporta u l-pajjiżi mhux membri tiġi pprovduta direttament mill-operaturi stabbiliti fl-Istat Membru li qed jirrapporta li jipposjedu jew li joperaw in-netwerk nazzjonali ta' trażmissjoni għall-elettriku u l-gass. KAPITOLU 10 Prodotti tal-baħar Artikolu 31b 1. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ‘prodotti tal-baħar’ tirreferi għall-prodotti tas-sajd, minerali, salvataġġ u l-prodotti l-oħra kollha li jkunu għadhom ma tniżżlux l-art minn bastimenti tat-tbaħħir. 2. L-istatistika tal-kummerċ estern li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni għandha tkopri t-tranżazzjonijiet li ġejjin:
3. Il-prospetti ta' kull xahar dwar it-tranżazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2, li jintbagħtu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, għandhom jinkudi d-dejta li ġejja:
4. L-awtoritajiet nazzjonali għandu jkollhom aċċess għal sorsi ta’ dejta barra minn dawk stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1172/1995, inkluż l-aċċess għal informazzjoni dwar dikjarazzjonijiet ta’ bastimenti nazzjonali rreġistrati dwar prodotti tal-baħar li tniżżlu l-art f’pajjiżi mhux membri.” |
(15) |
L-Annessi I u II jinbidlu bit-test li jidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2006.
This Regulation shall be binding in its entirety and directly applicable in all Member States.
Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Joaquin ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 118, 25.5.1995, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(2) ĠU L 229, 9.9.2000, p. 14.
ANNESS
L-Anness I u II tar-Regolament (KE) Nru 1917/2000 jinbidel b'dan li ġej:
ANNESS I
Lista ta’ oġġetti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2, esklużi mill-istatistika marbuta mal-kummerċ ta' oġġetti ma' pajjiżi mhux membri, li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni (il-Eurostat)
Ma għandhiex tinġabar dejta għall-oġġetti li ġejjin:
(a) |
mezzi ta' pagamenti li huma f'munita legali, u sigurtajiet; |
(b) |
deheb monetarju; |
(c) |
(ċ) għajnuna ta' emerġenza f'firxiet ta' art ta' diżastru; |
(d) |
minħabba n-natura diplomatika jew simili fl-użu maħsub għalihom:
|
(e) |
sakemm ma jkunux is-suġġett ta’ tranżazzjoni kummerċjali:
|
(f) |
prodotti użati bħala parti minn miżuri komuni eċċezzjonali għall-protezzjoni tal-persuni jew tal-ambjent; |
(g) |
oġġetti li huma suġġetti ta' traffikar mhux kummerċjali bejn persuni residenti f'zoni ta' fruntiera ddefiniti mill-Istati Membri (traffiku tal-fruntiera); prodotti miksuba minn produtturi agrikoli fuq proprjetajiet lokati barra minn, iżda jmissu, mat-territorju statistiku li fih ikollhom l-impriża prinċipali tagħhom; |
(h) |
jekk il-kummerċ huwa temporanju, l-oġġetti importati u esportati għat-tiswija ta' mezzi tat-trasport, kontejners u tagħmir li għandu x'jaqsam mat-trasport, imma li ma jaqgħux taħt l-arranġamenti ta' pproċessar, u partijiet mibdula waqt it-tiswijiet; |
(i) |
oġġetti esportati lill-forzi armati nazzjonali stazzjonati ’l barra mit-territorju statistiku kif ukoll oġġetti impurtati li ttieħdu ’l barra mit-territorju statistiku mill-forzi armati nazzjonali, kif ukoll oġġetti akkwistati jew meqruda fuq it-territorju statistiku ta' Stat Membru minn forzi armati barranija li jkunu stazzjonati fih; |
(j) |
oġġetti użati bħala li jġorru informazzjoni bħalma huma diski floppy, tapes tal-kompjuter, films, pjanti (disinji), tapes tal-awdjo u tal-video, CD-ROMs li huma negozjati sabiex jipprovdu informazzjoni, fejn maħduma fuq ordni għal klijent partikolari jew fejn ma humiex suġġett ta’ tranżazzjoni kummerċjali, kif ukoll oġġetti li jikkumplimentaw kunsinna preċedenti, pereżempju aġġornament, u li għalihom min jirċievi ma jingħatax fattura; |
(k) |
pjattaformi li minnhom jintefgħu s-satelliti:
|
(l) |
oġġetti għat-tiswija u għal warajha, u l-partijiet inkorporati ta’ tibdil. Tiswija tinkludi r-restawr ta’ oġġetti għall-funzjoni jew għall-kundizzjoni oriġinali tagħhom. L-għan ta’ din l-operazzjoni hija sempliċement li l-oġġett jinżamm f'ordni operattiva; dan jista’ jinvolvi xi bini mill-ġdid jew xi titjib iżda bl-ebda mod ma jbiddel in-natura tal-oġġett; |
(m) |
L-oġġetti għal użu temporanju, u wara dan l-użu, sakemm jiġu osservati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
ANNESS II
Lista tat-tranżazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 13(2)
A |
B |
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|||||||||||||
|
|||||||||||||
|
|||||||||||||
|
|||||||||||||
|
|||||||||||||
|
(1) Dan il-punt ikopri l-biċċa l-kbira tal-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet, jiġifieri tranżazzjonijiet f’liema rigward:
— |
il-pussess huwa ttrasferit minn residenti għal nonresidenti u |
— |
il-ħlas jew il-kumpens bl-istess mod sar jew se jsir. |
Innota li dan jgħodd ukoll għal movimenti bejn entitajiet li jappartjenu lill-istess intrapriża jew lill-istess grupp ta’ intrapriżi u għal movimenti lejn/minn deposti ċentrali ta’ distribuzzjoni, sakemm ma jkun sar ebda ħlas jew kumpens ieħor (inkella jkunu koperti mill-kodiċi 3)
(2) Inklużi l-partijiet u bdil ieħor bi ħlas.
(3) Inkluż il-kiri finanzjarju: il-pagamenti ta’ kiri huma maħduma b’mod li jkopri l-valur kollu, jew kważi, tal-oġġetti. Ir-riskji u l-benefiċċji tal-pussess huma ttrasferiti lil min qed jikri. Fl-aħħar tal-kuntratt, min qed jikri jsir is-sid legali tal-oġġetti.
(4) Id-dispaċċ tal-oġġetti li jkunu ngħataw lura jew inbidlu oriġinarjament irreġistrat taħt il-punti minn 3 sa 9 tal-Kolonna A għandu jkun rreġistrat skond il-punti korrispondenti.
(5) L-ipproċessar ikopri operazzjonijiet (trasformazzjoni, kostruzzjoni, assemblaġġ, titjib, rinnivazzjoni …) bil-għan li jiġi prodott oġġett ġdid jew wieħed tassew irranġat. Dan mhux neċessarjament jinvolvi bidla fil-klassifikazzjoni tal-prodott. Ativitajiet ta’ pproċessar bl-inizjattiva ta' proċessur stess mhumiex koperti b'dan il-punt u għandhom ikunu rreġistrati taħt il-punt 1 ta' kolonna A.
Oġġetti għall-ipproċessar, jew ta’ wara dan, għandhom ikunu rreġistrati bħala importazzjonijiet u esportazzjonijiet.
Madankollu, tiswija ma għandhiex tkun irreġistrata taħt din il-pożizzjoni. Tiswija tinkludi r-restawr ta’ oġġetti għall-funzjoni jew għall-kundizzjoni oriġinali tagħhom. L-għan ta’ din il-ħidma hija sempliċement li l-merkanzija tinżamm f'ordni operattiva; dan jista’ jinvolvi xi bini mill-ġdid jew xi titjib iżda bl-ebda mod ma jista’ jbiddel in-natura tal-merkanzija.
Oġġetti għat-tiswija, jew għal wara din, huma esklużi mill-istatistika esterna. Ara l-Anness I (1).
(6) It-tranżazzjonijiet irreġistrati taħt din il-pożizzjoni jistgħu jkunu, p.e.: tranżazzjonijiet li ma jinvolvux trasferiment ta’ pussess, p.e. tiswija, kiri, self, kiri operattiv u użi temporanji oħra, ħlief l-ipproċessar skont il-kuntratt (twassil jew għoti lura). Tranżazzjonijiet irreġistrati b’dan il-kodiċi ma għandhomx jintbagħtu lill-Kummissjoni.
(7) It-tranżazzjonijiet irreġistrati taħt il-punt 8 tal-kolonna A jinvolvu oġġetti li mhumiex fatturati separatament, iżda li għalihom tingħamel fattura waħda li tkopri l-valur totali tax-xogħlijiet. Fejn dan ma jgħoddx, it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu rreġistrati skont il-punt 1.
(8) In-numri ta’ kodiċi għal għanijiet nazzjonali jistgħu jinġabru fil-kolonna B sakemm in-numri tal-kodiċi tal-kolonna A biss jingħaddu lill-Kummissjoni.