Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1899

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1899/2005 tas- 27 ta' Ġunju 2005 dwar l-amministrazzjoni ta' certi restrizzjonijiet ta' certi prodotti ta' l-azzar mill-Federazzjoni Russa

    ĠU L 303, 22.11.2005, p. 1–21 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 175M, 29.6.2006, p. 18–37 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 20/08/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1899/oj

    29.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    18


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1899/2005

    tas-27 ta' Ġunju 2005

    dwar l-amministrazzjoni ta' certi restrizzjonijiet ta' certi prodotti ta' l-azzar mill-Federazzjoni Russa

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra (1), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-PCA” (Partnership and Cooperation Agreement), daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 1997.

    (2)

    L-Artikolu 21(1) tal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni jipprovdi li l-kummerċ f'ċerti prodotti ta’ l-azzar għandu jkun regolat mit-Titolu III ta’ dak il-Ftehim, ħlief għall-Artikolu 15 tiegħu, u mid-dispożizzjonijiet ta’ ftehim dwar arranġamenti kwantitattivi.

    (3)

    Fi 24 ta' Ottubru 2005, l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa ikkonkludew tali Ftehim dwar kummerċ f'ċerti prodotti ta’ l-azzar (2), minn hawn “il quddiem imsejjaħ il-Ftehim”.

    (4)

    Huwa neċessarju li jkunu provduti l-mezzi għall-amministrazzjoni ta’ dan il-Ftehim fi ħdan il-Komunità, b’kont meħud ta’ l-esperjenza miksuba minn Ftehim preċedenti li pprevedew reġimi simili.

    (5)

    Huwa opportun li l-prodotti in kwistjoni jkunu kklassifikati abbażi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (3).

    (6)

    Huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-oriġini tal-prodotti in kwistjoni tiġi verifikata u li jiġu stabbiliti metodi adegwati ta’ koperazzjoni amministrattiva għal dan il-għan.

    (7)

    L-applikazzjoni effettiva tal-Ftehim teħtieġ l-introduzzjoni ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni tal-Komunità bħala rekwiżit għad-dħul fiċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità tal-prodotti in kwistjoni flimkien ma’ sistema għall-amministrazzjoni ta’ l-għoti ta’ tali liċenzji ta’ importazzjoni Komunitarji.

    (8)

    Il-prodotti mqiegħda f’żona franka jew importati taħt l-arranġamenti li jirregolaw id-depożiti doganali, l-importazzjoni temporanja jew il-perfezzjonament attiv (sistema ta’ sospensjoni) ma għandhomx jiġu attribwiti għal-limiti stabbiliti għall-prodotti in kwistjoni.

    (9)

    Sabiex ikun żgurat li dawn il-limiti kwantitattivi ma jinqabżux, huwa neċessarju li tiġi stabbilita proċedura ta’ amministrazzjoni li permezz tagħha l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri ma joħorġux liċenzji ta’ importazzjoni qabel ma jiksbu konferma preċedenti mingħand il-Kummissjoni li għad hemm disponibbli ammonti adegwati fil-limitu kwantitattiv in kwistjoni.

    (10)

    Il-Ftehim jaħseb għal sistema ta’ koperazzjoni bejn il-Federazzjoni Russa u l-Komunità bil-għan li tkun prevenuta l-elużjoni permezz tat-trasbord, jew tad-devjazzjoni jew ta' mezzi oħra. Għandha titwaqqaf proċedura ta’ konsultazzjoni li taħtha jista’ jintlaħaq ftehim mal-pajjiż konċernat dwar aġġustament ekwivalenti għal-limitu kwantitattiv pertinenti meta jkun jidher li l-Ftehim ġie eluż. Il-Federazzjoni Russa qablet li tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiżgura li l-aġġustamenti jkunu jistgħu jiġu applikati malajr. Fin-nuqqas ta’ ftehim fil-limitu ta’ żmien dispost, il-Komunità għandha, fejn ikun hemm prova ċara ta’ elużjoni, jkollha l-possibbiltà li tapplika l-aġġustament ekwivalenti.

    (11)

    Mill-1 ta’ Jannar 2005 l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti koperti b’dan ir-Regolament ġew suġġetti għal liċenzja skond ir-Regolament tal-Kunsill 2267/2004/KE tal-20 ta’ Diċembru 2004 dwar kummerċ f'ċerti prodotti ta’ l-azzar bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa (4). Il-Ftehim jipprovdi sabiex dawn l-importazzjonijiet jiġu attribwiti għal-limiti stabbiliti għall-2005 f’dan ir-Regolament.

    (12)

    Għall-fini taċ-ċarezza, huwa meħtieġ għalhekk li r-Regolament 2267/2004/KE jiġi sostitwit minn dan ir-Regolament,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    1.   Dan ir-Regolament japplika għal importazzjonijiet ta’ prodotti ta’ l-azzar elenkati fl-Anness I, li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa.

    2.   Il-prodotti ta’ l-azzar għandhom ikunu klassifikati fi gruppi ta’ prodotti kif esposti fl-Anness I.

    3.   L-oriġini tal-prodotti imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi stabbilita skond ir-regoli li jkun hemm fis-seħħ fil-Komunità.

    4.   Il-proċeduri għall-verifika ta’ l-oriġini tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 huma stabbiliti fil-Kapitoli II u III.

    Artikolu 2

    1.   L-importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti ta’ l-azzar elenkati fl-Anness I li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa għandha tkun suġġetta għal-limiti kwantitattivi annwali stabbiliti fl-Anness V. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità tal-prodotti elenkati fl-Anness I li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa għandha tkun suġġetta għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ l-oriġini, espost fl-Anness II, u ta' awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri skond l-Artikolu 4.

    L-importazzjonijiet awtorizzati għandhom jiġu attribwiti għal-limiti kwantitattivi stabbiliti għas-sena li fiha l-prodotti jiġu mbarkati fil-pajjiż ta’ l-esportazzjoni.

    2.   Sabiex jiġi żgurat li l-kwantitajiet li għalihom jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni fl-ebda mument ma jaqbżu l-limiti kwantitattivi għal kull grupp ta’ prodotti, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni biss malli jkollhom konferma mill-Kummissjoni li jkun għad baqa’ kwantitajiet disponibbli fil-limiti kwantitattivi għall-grupp rilevanti ta' prodotti ta’ l-azzar fir-rigward tal-pajjiż fornitur, li għalihom ġew preżentati applikazzjonijiet minn importatur jew importaturi lil dawk l-awtoritajiet. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma elenkati fl-Anness IV.

    3.   L-importazzjonijiet ta’ prodotti mill-1 ta’ Jannar 2005, li għalihom kienet meħtieġa liċenzja skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2267/2004/KE għandhom jiġu attribwiti għal-limiti pertinenti għall-2005 stabbiliti fl-Anness V ta' dan ir-Regolament.

    4.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, u mid-data ta’ l-applikazzjoni tiegħu, l-imbarkazzjoni tal-prodotti għandha tiġi kunsidrata bħala li seħħet fid-data li fiha dawn tgħabbew fuq il-mezz ta’ trasport ta’ l-esportazzjoni.

    Artikolu 3

    1.   Il-limiti kwantitattivi esposti fl-Anness V ma għandhomx japplikaw għal prodotti mqiegħda f’żona franka jew f’depożitu liberu jew importati taħt l-arranġamenti li jiggvernaw id-depożiti doganali, l-importazzjoni temporanja jew il-perfezzjonament attiv (sistema ta’ sospensjoni).

    2.   Fejn il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 ikunu sussegwentement rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera, fi stat mhux alterat jew wara li jkunu suġġetti għal xi xogħol jew proċess, għandu japplika l-Artikolu 2 (2) u l-prodotti hekk rilaxxati għandhom jiġu attribwiti għal-limitu kwantitattiv pertinenti espost fl-Anness V.

    Artikolu 4

    1.   Għall-fini ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 2 (2), qabel joħorġu awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ammonti ta’ talbiet għal awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni, appoġġati mil-liċenzji ta’ esportazzjoni oriġinali, li huma jkunu rċevew. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-konferma tagħha li l-ammont jew ammonti mitluba ta’ kwantitajiet huma disponibbli għall-importazzjoni fl-ordni kronoloġika li fiha ġew riċevuti n-notifiki ta’ l-Istati Membri.

    2.   It-talbiet inklużi fin-notifiki lill-Kummissjoni għandhom ikunu validi jekk jistabbilixxu b’mod ċar f’kull każ il-pajjiż ta’ l-esportazzjoni, il-grupp tal-prodott konċernat, l-ammonti għall-importazzjoni, in-numru tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, is-sena tal-kwota u l-Istat Membru li fih huwa maħsub li l-prodotti jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera.

    3.   Safejn ikun possibbli, il-Kummissjoni għandha tikkonferma lill-awtoritajiet l-ammont sħiħ indikat fit-talbiet notifikati għal kull grupp ta' prodotti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha minnufih tikkuntattja l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa f’każijiet fejn it-talbiet notifikati jaqbżu l-limiti sabiex tfittex kjarifika u soluzzjoni rapida.

    4.   L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni wara li jkunu infurmati b’xi kwantità li ma tkunx użata tul il-perjodu ta’ validità ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni. Dawn il-kwantitajiet mhux użati għandhom awtomatikament jiġu trasferiti fil-kwantitajiet li jifdal tat-total tal-limitu kwantitattiv tal-Komunità għal kull grupp ta’ prodotti.

    5.   In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1, 2, 3 u 4 għandhom jiġu komunikati elettronikament fi ħdan in-network integrat stabbilit għal dan il-għan, sakemm ma jkunx neċessarju minħabba xi raġunijiet tekniċi li temporanjament jintużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni.

    6.   L-awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom jinħarġu skond il-Kapitolu II.

    7.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe kanċellazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni jew ta’ dokumenti ekwivalenti li jkunu diġà nħarġu f’każijiet fejn il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni korrispondenti jkunu ġew irtirati jew kanċellati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa. Madankollu, jekk il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet kompetenti ta’ xi Stat Membru jkunu ġew infurmati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa bl-irtirar jew kanċellazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-esportazzjoni wara li l-prodotti relatati jkun ġew importati fil-Komunità, il-kwantitajiet in kwistjoni għandhom jiġu attribwiti għal-limitu kwantitattiv għas-sena li fiha tkun saret l-imbarkazzjoni tal-prodotti.

    Artikolu 5

    Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 3(3) u (4) tal-Ftehim, il-Kummissjoni hija b'dan awtorizzata tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa.

    Artikolu 6

    1.   Fejn, wara l-investigazzjonijiet imwettqa skond il-proċeduri stabbiliti fil-Kapitolu III, il-Kummissjoni tinnota li l-informazzjoni fil-pussess tagħha tikkostitwixxi prova li l-prodotti elenkati fl-Anness I li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa ġew trasbordati, devjati jew b'xi mod ieħor importati fil-Komunità permezz ta’ l-elużjoni tal-limiti kwantitattivi msemmija fl-Artikolu 2 u li hemm ħtieġa li jsiru l-aġġustamenti neċessarji, hija għandha titlob li jinfetħu l-konsultazzjonijiet sabiex jintlaħaq ftehim dwar aġġustament ekwivalenti għal-limiti kwantitattivi korrispondenti.

    2.   Sa meta joħroġ ir-riżultat tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Federazzjoni Russa sabiex tieħu l-passi prekawzjonali meħtieġa sabiex tiżgura li l-aġġustamenti għal-limiti kwantitattivi miftiehma wara dawn il-konsultazzjonijiet ikunu jistgħu jitwettqu għas-sena li fiha tkun saret it-talba għall-konsultazzjonijiet jew għas-sena ta’ wara, jekk il-limiti kwantitattivi għas-sena kurrenti jkunu eżawriti, fejn ikun hemm prova ċara ta’ elużjoni.

    3.   Jekk il-Komunità u l-Federazzjoni Russa ma jsibux soluzzjoni sodisfaċenti u jekk il-Kummissjoni tinnota li hemm prova ċara ta’ elużjoni, il-Kummissjoni għandha tnaqqas mil-limiti kwantitattivi volum ekwivalenti ta’ prodotti li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa.

    Artikolu 7

    Dan ir-Regolament ma għandu bl-ebda jikkostitwixxi deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Ftehim li, f'kull każ ta’ konflitt, għandhom jipprevalixxu.

    KAPITOLU II

    MODALITAJIET APPLIKABBLI GĦALL-AMMINISTRAZZJONI TAL-LIMITI KWANTITATTIVI

    TAQSIMA 1

    Klassifikazzjoni

    Artikolu 8

    Il-klassifikazzjoni tal-prodotti ta’ l-azzar koperti b’dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq in-nomenklatura magħquda (NM) stabbilita permezz tar-Regolament Nru. 2658/87/KEE.

    Artikolu 9

    Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew ta’ xi Stat Membru, it-Taqsima tan-Nomenklatura tat-Tariffi u ta' l-Istatistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, li kienet ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 għandha teżamina b’mod urġenti, skond id-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament, il-kwistjonijiet li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta' prodotti koperti b’dan ir-Regolament fi ħdan in-nomenklatura magħquda sabiex tikklassifikhom fil-gruppi tal-prodotti korretti.

    Artikolu 10

    Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Federazzjoni Russa bi kwalunkwe bidla fin-nomenklatura magħquda (NM) u fil-kodiċi TARIC li jolqtu l-prodotti koperti b’dan ir-Regolament mill-inqas xahar qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom fil-Komunità.

    Artikolu 11

    Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa bi kwalunkwe deċiżjoni adottata skond il-proċeduri fis-seħħ fil-Komunità konnessi mal-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti b’dan ir-Regolament, mhux aktar tard minn xahar mill-adozzjoni tagħhom. Tali komunikazzjoni għandha tinkludi:

    (a)

    deskrizzjoni tal-prodotti konċernati;

    (b)

    il-grupp rilevanti tal-prodott, u l-kodiċi tan-nomenklatura magħquda (il-kodiċi NM) u l-kodiċi TARIC;

    (ċ)

    ir-raġunijiet li wasslu għal din id-deċiżjoni.

    Artikolu 12

    1.   Fejn deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni adottata skond il-proċeduri fis-seħħ tal-Komunità tirriżulta f’tibdil tal-prassi tal-klassifikazzjoni jew f’tibdil fil-grupp tal-prodott ta’ xi prodott kopert b’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jagħtu pre-avviż ta’ 30 ġurnata, mid-data tan-notifika tal-Kummissjoni, qabel id-deċiżjoni tiddaħħal fis-seħħ.

    2.   Prodotti mbarkati qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tad-deċiżjoni għandhom jibqgħu suġġetti għall-prassi ta’ klassifikazzjoni preċedenti, bil-kondizzjoni li l-oġġetti in kwistjoni jiġu preżentati għall-importazzjoni fi żmien 60 jum minn dik id-data.

    Artikolu 13

    Fejn deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni adottata skond il-proċeduri Komunitarji fis-seħħ imsemmija fl-Artikolu 12 tinvolvi grupp ta’ prodotti li jkun suġġett għal limitu kwantitattiv, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, tibda mingħajr telf ta’ żmien konsultazzjonijiet skond l-Artikolu 9, sabiex tilħaq ftehim dwar kwalunkwe aġġustament neċessarju għal-limiti kwantitattivi korrispondenti esposti fl-Anness V.

    Artikolu 14

    1.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni oħra dwar dan is-suġġett, fejn il-klassifikazzjoni indikata fid-dokumentazzjoni neċessarja għall-importazzjoni ta’ prodotti koperti b’dan ir-Regolament tkun differenti mill-klassifikazzjoni determinata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih sejrin jiġu importati, il-merkanzija in kwistjoni għandha tkun provviżorjament suġġetta għall-arranġamenti ta’ importazzjoni li, skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, huma applikabbli għaliha abbażi tal-klassifikazzjoni determinata mill-awtoritajiet imsemmija hawn fuq.

    2.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-każijiet msemmija fil-paragrafu 1, waqt li b’mod partikolari jindikaw:

    (a)

    il-kwantitajiet ta’ prodotti involuti;

    (b)

    il-grupp ta’ prodotti indikat fuq id-dokumentazzjoni ta’ l-importazzjoni u dak miżmum mill-awtoritajiet kompetenti;

    (ċ)

    in-numru tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni u l-kategorija indikata.

    3.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri ma għandhomx joħorġu awtorizzazzjoni ġdida ta’ importazzjoni għal prodotti ta’ l-azzar li jkunu suġġetti għal limitu kwantitattiv Komunitarju espost fl-Anness V wara r-riklassifikazzjoni qabel ma jkunu kisbu konferma mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4 li l-ammonti għall-importazzjoni huma disponibbli.

    4.   Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiżi ta’ l-esportazzjoni konċernati bil-każijiet imsemmija f’dan l-Artikolu.

    Artikolu 15

    Fil-każijiet msemmija fl-Artikolu 14, kif ukoll f’dawk il-każijiet ta’ natura simili mqajma mill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa, il-Kummissjoni, jekk meħtieġ, għandha tidħol f’konsultazzjonijiet mal-Federazzoni Russa sabiex tilħaq ftehim dwar il-klassifikazzjoni applikabbli definittivament għall-prodotti involuti fid-diverġenza.

    Artikolu 16

    Il-Kummissjoni, bi qbil ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat jew Stati Membri ta' l-importazzjoni u tal-Federazzjoni Russa, tista’, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 15, tiddetermina l-klassifikazzjoni applikabbli definittivament għall-prodotti involuti fid-diverġenza.

    Artikolu 17

    Meta każ ta’ diverġenza msemmi fl-Artikolu 14 ma jkunx jista’ jiġi solvut skond l-Artikolu 15, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, miżura li tistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda.

    TAQSIMA 2

    Sistema ta’ verifika doppja għall-amministrazzjoni tal-limiti kwantitattivi

    Artikolu 18

    1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa għandhom joħorġu liċenzja ta’ l-esportazzjoni fir-rigward tal-kunsinni kollha tal-prodotti ta’ l-azzar suġġetti għal-limiti kwantitattivi esposti fl-Anness V sal-livell ta' dawk il-limiti.

    2.   L-importatur għandu jippreżenta l-oriġinali tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni għall-finijiet tal-ħruġ ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni msemmija fl-Artikolu 21.

    Artikolu 19

    1.   Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni għal-limiti kwantitattivi għandha tkun konformi mal-mudell espost fl-Anness II u għandha tiċċertifika, inter alia, li l-kwantità ta’ l-oġġetti in kwistjoni tkun ġiet attribwita għal-limitu kwantitattiv stabbilit għall-grupp ta’ prodotti konċernat.

    2.   Kull liċenzja ta’ l-esportazzjoni għandha tkopri wieħed biss mill-gruppi ta’ prodotti elenkati fl-Anness I.

    Artikolu 20

    L-esportazzjonijiet għandhom jiġu attribwiti għal-limiti kwantitattivi stabbiliti għas-sena li fiha l-prodotti koperti mil-liċenzja ta’ l-esportazzjoni jkunu imbarkati fis-sens ta’ l-Artikolu 2(4).

    Artikolu 21

    1.   Sa fejn il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 4, tkun ikkonfermat li l-ammont mitlub huwa disponibbli fil-limitu kwantitattiv in kwistjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni fi żmien massimu ta’ għaxart ijiem tax-xogħol mill-preżentazzjoni mill-importatur ta' l-oriġinali tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni korrispondenti. Din il-preżentazzjoni għandha ssir mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara dik li fiha l-merkanzija koperta mil-liċenzja ta’ l-esportazzjoni tkun ġiet imbarkata. L-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru irrespettivament mill-Istat Membru indikat fuq il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni tkun ikkonfermat, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4, li l-ammont mitlub huwa disponibbli fil-limitu kwantitattiv in kwistjoni.

    2.   L-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu validi għal erba’ xhur mid-data tal-ħruġ tagħhom. Fuq talba debitament motivata mill-importatur, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jestendu l-perjodu ta’ validità għal perjodu ulterjuri li ma jaqbiżx l-erba’ xhur.

    3.   L-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu mfassla skond il-mudell espost fl-Anness III u għandhom ikunu validi fit-territorju doganali kollu tal-Komunità.

    4.   Id-dikjarazzjoni jew talba magħmula mill-importatur sabiex jikseb l-awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni għandha jkollha fiha:

    (a)

    l-isem u l-indirizz sħiħ ta’ l-esportatur;

    (b)

    l-isem u l-indirizz sħiħ ta’ l-importatur;

    (ċ)

    deskrizzjoni eżatta tal-merkanzija u l-kodiċi TARIC tagħha;

    (d)

    il-pajjiż ta’ l-oriġini tal-merkanzija;

    (e)

    il-pajjiż tal-kunsinna;

    (f)

    il-grupp korrett tal-prodotti u l-kwantità għall-prodotti in kwistjoni;

    (g)

    il-piż nett bl-intestatura tan-NM;

    (h)

    il-valur cif tal-prodotti fil-fruntiera tal-Komunità bl-intestatura tan-NM;

    (i)

    fejn meħtieġ, dati tal-pagament u tal-kunsinna u kopja tal-polza tat-tagħbija u tal-kuntratt tax-xiri;

    (j)

    id-data u ħ-numru tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni;

    (k)

    kwalunkwe kodiċi intern użat għal għanijiet amministrattivi;

    (l)

    id-data u l-firma ta’ l-importatur.

    5.   L-importaturi ma għandhomx ikunu obbligati li jimportaw il-kwantità totali koperta minn awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni f’kunsinna waħda.

    6.   L-awtorizzazzjonji ta’ l-importazzjoni tista’ tinħareġ permezz ta’ mezzi elettroniċi sakemm l-uffiċċji doganali involuti jkollhom aċċess għad-dokument permezz ta’ network informatiku.

    Artikolu 22

    Il-validità ta’ l-awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri għandha tkun suġġetta għall-validità tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u għall-kwantitajiet indikati fil-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa li fuq il-bażi tagħhom ġew maħruġa l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni.

    Artikolu 23

    L-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri skond l-Artikolu 2(2) u mingħajr diskriminazzjoni vis-à-vis kwalunkwe importatur fil-Komunità, ikun fejn ikun il-post ta’ l-istabbilimenti tiegħu fil-Komunità, mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet oħrajn imposti mir-regoli attwali.

    Artikolu 24

    1.   Jekk il-Kummissjoni ssib li l-kwantitajiet totali koperti bil-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa mill-Federazzjoni Russa għal grupp partikolari ta’ prodotti fi kwalunkwe sena jaqbżu l-limitu kwantitattiv stabbilit għal dak il-grupp ta’ prodotti, l-awtoritajiet kompetenti tal-liċenzji fl-Istati Membri għandhom ikunu infurmati minnufih sabiex jissospendu l-ħruġ ulterjuri ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tibda l-konsultazzjonijiet minnufih.

    2.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru għandhom jirrifjutaw li joħorġu awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni għal prodotti li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa li ma jkunux koperti minn liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.

    TAQSIMA 3

    Dispożizzjonijiet komuni

    Artikolu 25

    1.   Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 18 u ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini msemmi fl-Anness II jistgħu jinkludu kopji addizzjonali debitament indikati bħala tali. L-oriġinali u l-kopji ta' dawn id-dokumenti għandhom isiru bl-Ingliż.

    2.   Jekk id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 jitlestew bl-idejn, l-entrati għandhom isiru bil-linka u b'ittri kbar.

    3.   Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni jew dokumenti ekwivalenti u ċ-ċertifikati ta’ l-oriġini għandhom ikollhom daqs ta’ 210 × 297 mm. Il-karta għandha tkun karta bajda tal-kitba, ta' daqs uniformi, li ma tkunx magħmula minn polpa mekkanika u li tkun tiżen mhux inqas minn 25 g/m2. Kull parti għandha ikollha sfond b’disinn guilloche stampat li jirrendi kwalunkwe falsifikazzjoni b’mezzi mekkaniċi jew kimiċi viżibbli għall-għajn.

    4.   Għandu jiġi aċċettat bħala validu l-oriġinali biss mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għall-finijiet ta’ l-importazzjoni konformement mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

    5.   Kull liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew dokument ekwivalenti u ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini għandhom ikollhom numru tas-serje standardizzat, kemm jekk stampat jew le, li bih dan ikun jista’ jiġi identifikat.

    6.   Dan in-numru għandu jkun kompost mill-elementi li ġejjin:

    żewġ ittri li jidentifikaw il-pajjiż esportatur kif ġej:

    RU

    =

    Federazzjoni Russa

    żewġ ittri li jidentifikaw l-Istat Membru tad-destinazzjoni kif ġej:

    BE

    =

    Belġju

    CZ

    =

    Repubblika Ċeka

    DK

    =

    Danimarka

    DE

    =

    Ġermanja

    EE

    =

    Estonja

    EL

    =

    Greċja

    ES

    =

    Spanja

    FR

    =

    Franza

    IE

    =

    Irlanda

    IT

    =

    Italja

    CY

    =

    Ċipru

    LV

    =

    Latvja

    LT

    =

    Litwanja

    LU

    =

    Lussemburgu

    HU

    =

    Ungerija

    MT

    =

    Malta

    NL

    =

    Olanda

    AT

    =

    Awstrija

    PL

    =

    Polonja

    PT

    =

    Portugall

    SI

    =

    Slovenja

    SK

    =

    Slovakkja

    FI

    =

    Finlandja

    SE

    =

    Żvezja

    GB

    =

    Renju Unit,

    numru ta’ figura waħda li jindika s-sena tal-kwota, korrispondenti għall-aħħar figura fis-sena in kwistjoni, eż. “5” għas-sena 2005;

    numru b’żewġ figuri li jidentifikaw l-uffiċċju tal-ħruġ fil-pajjiż ta’ l-esportazzjoni;

    numru b’ħames figuri konsekuttivament minn 00001 sa 99999 allokat lill-Istat Membru tad-destinazzjoni speċifiku.

    Artikolu 26

    Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni u ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jistgħu jinħarġu wara l-imbarkazzjoni tal-prodotti li għalihom dawn ikunu jirriferu. F’dawn il-każijiet, dawn għandhom jindikaw fuqhom stess l-espressjoni “issued retrospectively”.

    Artikolu 27

    Fil-każ li liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew ċertifikat ta’ l-oriġini jinsterqu, jintilfu jew jinqerdu, l-esportatur jista’ japplika għand l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu d-dokument għal dokument duplikat li għandu jsir abbażi tad-dokumenti ta’ l-esportazzjoni fil-pussess tiegħu. Il-liċenzja jew iċ-ċertifikat duplikati maħruġa b’dan il-mod għandhom jindikaw fuqhom stess l-espressjoni “duplicate”. Id-dokument duplikat għandu jkollu fuqu stess id-data tal-liċenzja jew ċertifikat oriġinali.

    TAQSIMA 4

    Liċenzja ta’ l-importazzjoni tal-komunità – formola komuni

    Artikolu 28

    1.   Il-formoli li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għall-ħruġ ta’ l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-importazzjoni imsemmija fl-Artikolu 21 għandhom ikunu konformi mal-mudell tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni espost fl-Anness III.

    2.   Il-formoli tal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-estratti tagħhom għandhom jitfasslu duplikatament, b'kopja waħda, markata “Kopja tad-detentur” u li jkollha n-numru 1 sabiex tinħareġ lill-applikant, u bl-oħra, markata “Kopja għall-awtorità tal-ħruġ” li jkollha n-numru 2, sabiex tinżamm mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja. Għal finijiet amministrattivi l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżidu kopji addizzjonali mal-formola 2.

    3.   Il-formoli għandhom jiġu stampati fuq karta bajda mingħajr polpa mekkanika, magħmula għall-kitba u ta' piż bejn 55 u 65 g/m2. Id-daqs tagħhom għandu jkun ta’ 210 × 297 mm; l-ispazju bejn il-linji għandu jkun ta' 4,24 mm (wieħed minn sitta ta’ pulzier); il-format tal-formoli għandu jkun segwit b’mod preċiż. Iż-żewġ naħat tal-kopja Nru 1, li tikkostitwixxi l-liċenzja stess, għandhom barra minn hekk ikollhom sfond b’disinn guilloche stampat bl-aħmar sabiex jikxef kwalunkwe falsifikazzjoni b'mezzi mekkaniċi jew kimiċi.

    4.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-istampar tal-formoli. Il-formoli jistgħu wkoll ikunu stampati minn stampaturi nominati mill-Istat Membru li fih jkunu stabbiliti. F’dan l-aħħar każ, għandu jidher fuq kull formola riferiment għan-nomina mill-Istat Membru. Kull formola għandha tindika fuqha stess l-isem u l-indirizz ta’ l-istampatur jew marka li tippermetti l-identifikazzjoni ta' l-istampatur.

    5.   Mal-ħruġ tagħhom il-liċenzji ta’ l-importazzjoni jew l-estratti tagħhom għandhom jingħataw numru tal-ħruġ assenjat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru. In-numru tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni għandha tiġi notifikata lill-Kummissjoni elettronikament fi ħdan in-network integrat stabbilit taħt l-Artikolu 4.

    6.   Il-liċenzji u l-estratti tagħhom għandhom jitfasslu fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali, ta’ l-Istat Membru tal-ħruġ.

    7.   Fil-kaxxa 10 l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw il-grupp korrett tal-prodotti ta’ l-azzar.

    8.   Il-marki ta’ l-aġenziji tal-ħruġ u ta’ l-awtoritajiet li jagħmlu l-attribuzzjonijiet għandhom jiġu applikati permezz ta’ timbru. Madankollu, it-timbru ta’ l-awtorità tal-ħruġ jista' jiġi sostitwit minn stampar b’tipi mqabbżin kombinati ma’ ittri jew figuri magħmula permezz ta’ perforazzjoni, jew minn stampar fuq il-liċenzja. L-awtoritajiet tal-ħruġ għandhom jużaw kwalunkwe metodu mhux falsifikabbli sabiex jirreġistraw il-kwantità allokata b’tali mod li jagħmilha impossibbli li jiġu inseriti figuri jew riferimenti.

    9.   In-naħa ta' wara tal-kopja Nru 1 u tal-kopja Nru 2 għandhom jillustraw kaxxa li fiha jkunu jistgħu jiġu inseriti l-kwantitajiet, mill-awtoritajiet tad-dwana meta jitlestew il-formalitajiet ta’ l-importazzjoni, jew mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti meta jinħareġ estratt. Jekk fuq liċenzja jew l-estratt tagħha ma jkunx suffiċjenti l-ispazju riservat għall-attribuzzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jehmżu paġna ta' estensjoni jew aktar li jillustraw kaxxi korrispondenti għal dawk illustrati fuq in-naħiet ta' wara tal-kopja Nru 1 u tal-kopja Nru 2 tal-liċenzja jew l-estratt. L-awtoritajiet li jagħmlu l-attribuzzjonijiet għandhom iqiegħdu t-timbru tagħhom b’tali mod li nofsu jiġi stampat fuq il-liċenzja jew l-estratt tagħha u n-nofs l-ieħor jiġi stampat fuq il-paġna estensiva. Jekk ikun hemm iktar minn paġna waħda estensiva, għandu jitqiegħed timbru ieħor bl-istess mod fuq kull paġna u l-paġna preċedenti.

    10.   Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-estratti maħruġa flimkien ma' l-entrati magħmula u l-awtorizzazzjonijiet imniżżla mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru partikolari għandhom ikollhom l-istess effett legali f’kull wieħed mill-Istati Membri l-oħra bħal dokumenti maħruġa u entrati magħmula u awtorizzazzjonijiet imniżżla mill-awtoritajiet ta’ dawn l-istess Stati Membri.

    11.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri konċernati jistgħu, fejn dan ikun indispensabbli, jitolbu li l-kontenuti tal-liċenzji jew l-estratti jiġu tradotti fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru.

    KAPITOLU III

    KOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

    Artikolu 29

    Il-Kummissjoni għandha tforni lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri l-ismijiet u l-indirizzi ta’ l-awtoritajiet fil-Federazzjoni Russa kompetenti sabiex joħorġu ċ-ċertifikati ta’ l-oriġini u l-liċenzji ta’ l-esportazzjoni flimkien ma’ kampjuni tat-timbri użati minn dawn l-awtoritajiet.

    Artikolu 30

    1.   Għandha issir, sussegwentement fuq bażi każwali, il-verifika taċ-ċertifikati ta’ l-oriġini jew tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni, jew kull meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jkollhom xi dubbju raġonevoli dwar l-awtentiċità taċ-ċertifikat jew tal-liċenzja jew dwar l-eżattezza ta' l-informazzjoni dwar l-oriġini vera tal-prodotti in kwistjoni.

    F’dawn il-każijiet l-awtoritajiet kompetenti Komunitarji għandhom jibagħtu lura ċ-ċertifikat ta’ l-oriġini jew il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew kopji tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa waqt li jagħtuhom, fejn ikun il-każ, ir-raġunijiet, rigward forma jew kontenut, li jiġġustifikaw li ssir inkjesta. Jekk tkun ġiet preżentata fattura, tali fattura jew kopja tagħha għandha tiġi mehmuża maċ-ċertifikat ta' l-oriġini jew mal-liċenzja ta' l-esportazzjoni jew mal-kopji tagħhom. L-awtoritajiet għandhom jgħaddu wkoll kull informazzjoni mogħtija li tissuġġerixxi li d-dettalji mogħtija fiċ-ċertifikat jew fil-liċenzja ma jkunux korretti.

    2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għall-verifiki sussegwenti tad-dikjarazzjonijiet ta' l-oriġini.

    3.   Ir-riżultati tal-verifiki sussegwenti li jkunu saru skond il-paragrafu 1 għandhom jiġu komunikati lill-awtoritajiet kompetenti Komunitarji fi żmien mhux aktar tard minn tliet xhur. L-informazzjoni komunikata għandha tindika jekk iċ-ċertifikat, jew il-liċenzja jew id-dikjarazzjoni kontestati japplikawx għall-merkanzija li fil-fatt ġiet esportata u jekk il-merkanzija tistax tiġi esportata lejn il-Komunità taħt dan l-Kapitolu. L-awtoritajiet kompetenti Komunitarji jistgħu jitolbu kopji tad-dokumentazzjoni kollha neċessarja sabiex jiddeterminaw il-fatti b’mod sħiħ, inkluża, b’mod partikolari, l-oriġini tal-merkanzija.

    4.   Jekk dawn il-verifiki jiżvelaw xi abbuż jew xi irregolaritajiet gravi fl-użu tad-dikjarazzjonijiet ta’ l-oriġini, l-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan il-fatt. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

    5.   Ir-rikors fuq bażi każwali għall-proċedura ta’ verifika speċifikata f’dan l-Artikolu ma għandux jikkostitwixxi ostakolu għar-rilaxx tal-prodotti in kwistjoni għaċ-ċirkolazzjoni libera.

    Artikolu 31

    1.   Fejn il-proċedura ta’ verifika msemmija fl-Artikolu 30 jew fejn l-informazzjoni fil-pussess tal-awtoritajiet kompetenti Komunitarji tindika li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu ikunu qegħdin jiġu miksura, l-awtoritajiet imsemmija għandhom jitolbu lill-Federazzjoni Russa sabiex twettaq l-inkjesti xierqa jew tirranġa sabiex isiru tali inkjesti fir-rigward ta' l-operazzjonijiet li jiksru jew jidhru li jiksru d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu. Ir-riżultati ta’ dawn l-inkjesti għandhom jiġu komunikati lill-awtoritajiet kompetenti Komunitarji flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni pertinenti oħra li tgħin sabiex tiġi determinata l-oriġini vera tal-merkanzija.

    2.   Fl-ambitu tal-miżuri meħuda konformement ma' dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet kompetenti Komunitarji jistgħu jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni, ma’ l-awtoritajiet kompetenti governattivi tar-Repubblika tal-Federazzjoni Russa, li tkun meqjusa utli sabiex jiġi prevenut il-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.

    3.   Fejn jiġi stabbilit li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu ġew miksura, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri neċessarji sabiex timpedixxi r-rikorrenza ta' tali ksur.

    Artikolu 32

    Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li huma jieħdu u bir-riżultati miksuba.

    KAPITOLU IV

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 33

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (KE) 2267/2004 hija b'dan imħassra.

    Artikolu 34

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, nhar is-27 ta' Ġunju 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. LUX


    (1)  ĠU L 327, tat-28.11.1997, p. 3.

    (2)  Ara paġna 39 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    (3)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir- Regolament (KE) Nru 493/2005 (ĠU L 82, 31.3.2005, p. 1).

    (4)  ĠU L 395, 31.12.2004, p. 38.


    ANNESS I

    SA Prodotti ċatti rrumblati

    SA1. Kojl

     

    7208100000

     

    7208250000

     

    7208260000

     

    7208270000

     

    7208360000

     

    7208370010

     

    7208370090

     

    7208380010

     

    7208380090

     

    7208390010

     

    7208390090

     

    7211140010

     

    7211190010

     

    7219110000

     

    7219121000

     

    7219129000

     

    7219131000

     

    7219139000

     

    7219141000

     

    7219149000

     

    7225200010

     

    7225301000

     

    7225309000

    SA2. Pjanċa tqila

     

    7208400010

     

    7208512010

     

    7208512091

     

    7208512093

     

    7208512097

     

    7208512098

     

    7208519110

     

    7208519190

     

    7208519810

     

    7208519891

     

    7208519899

     

    7208529110

     

    7208529190

     

    7208521000

     

    7208529900

     

    7208531000

     

    7211130000

    SA3. Prodotti oħra ċatti rrumblati

     

    7208400090

     

    7208539000

     

    7208540000

     

    7208900010

     

    7209150000

     

    7209161000

     

    7209169000

     

    7209171000

     

    7209179000

     

    7209181000

     

    7209189100

     

    7209189900

     

    7209250000

     

    7209261000

     

    7209269000

     

    7209271000

     

    7209279000

     

    7209281000

     

    7209289000

     

    7209900010

     

    7210110010

     

    7210122010

     

    7210128010

     

    7210200010

     

    7210300010

     

    7210410010

     

    7210490010

     

    7210500010

     

    7210610010

     

    7210690010

     

    7210701010

     

    7210708010

     

    7210903010

     

    7210904010

     

    7210908091

     

    7211140090

     

    7211190090

     

    7211233091

     

    7211238091

     

    7211290010

     

    7211900011

     

    7212101000

     

    7212109011

     

    7212200011

     

    7212300011

     

    7212402010

     

    7212402091

     

    7212408011

     

    7212502011

     

    7212503011

     

    7212504011

     

    7212506111

     

    7212506911

     

    7212509013

     

    7212600011

     

    7212600091

     

    7219211000

     

    7219219000

     

    7219221000

     

    7219229000

     

    7219230000

     

    7219240000

     

    7219310000

     

    7219321000

     

    7219329000

     

    7219331000

     

    7219339000

     

    7219341000

     

    7219349000

     

    7219351000

     

    7219359000

     

    7225401290

     

    7225409000

    SA4. Prodotti lligati

     

    7226200010

     

    7226912000

     

    7226919100

     

    7226919900

     

    7226990010

    SA5. Pjanċi kwarto lligati

     

    7225401230

     

    7225404000

     

    7225406000

     

    7225990010

    SA6. Pjanċi lligati rrumblati kiesħa u miksija

     

    7225500000

     

    7225910010

     

    7225920010

     

    7226920010

    SB Prodotti twal

    SB1. Travi

     

    7207198010

     

    7207208010

     

    7216311010

     

    7216311090

     

    7216319000

     

    7216321100

     

    7216321900

     

    7216329100

     

    7216329900

     

    7216331000

     

    7216339000

    SB2. Virga

     

    7213100000

     

    7213200000

     

    7213911000

     

    7213912000

     

    7213914100

     

    7213914900

     

    7213917000

     

    7213919000

     

    7213991000

     

    7213999000

     

    7221001000

     

    7221009000

     

    7227100000

     

    7227200000

     

    7227901000

     

    7227905000

     

    7227909500

    SB3. Prodotti twal oħra

     

    7207191210

     

    7207191291

     

    7207191299

     

    7207205200

     

    7214200000

     

    7214300000

     

    7214911000

     

    7214919000

     

    7214991000

     

    7214993100

     

    7214993900

     

    7214995000

     

    7214997110

     

    7214997190

     

    7214997910

     

    7214997990

     

    7214999510

     

    7214999590

     

    7215900010

     

    7216100000

     

    7216210000

     

    7216220000

     

    7216401000

     

    7216409000

     

    7216501000

     

    7216509100

     

    7216509900

     

    7216990010

     

    7218992000

     

    7222111100

     

    7222111900

     

    7222118110

     

    7222118190

     

    7222118910

     

    7222118990

     

    7222191000

     

    7222199000

     

    7222309710

     

    7222401000

     

    7222409010

     

    7224900289

     

    7224903100

     

    7224903800

     

    7228102000

     

    7228201010

     

    7228201091

     

    7228209110

     

    7228209190

     

    7228302000

     

    7228304100

     

    7228304900

     

    7228306100

     

    7228306900

     

    7228307000

     

    7228308900

     

    7228602010

     

    7228608010

     

    7228701000

     

    7228709010

     

    7228800010

     

    7228800090

     

    7301100000


    ANNESS II

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS III

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS IV

    LISTA DE LAS AUTORIDADES NACIONALES COMPETENTES

    SEZNAM PŘÍSLUŠNÝCH VNITROSTÁTNÍCH ORGÁNŮ

    LISTE OVER KOMPETENTE NATIONALE MYNDIGHEDER

    LISTE DER ZUSTÄNDIGEN BEHÖRDEN DER MITGLIEDSTAATEN

    PÄDEVATE RIIKLIKE ASUTUSTE NIMEKIRI

    ΔΙΕΥΘΥΝΣΕΙΣ ΤΩΝ ΑΡΧΩΝ ΕΚΔΟΣΗΣ ΑΔΕΙΩΝ ΤΩΝ ΚΡΑΤΩΝ ΜΕΛΩΝ

    LIST OF THE COMPETENT NATIONAL AUTHORITIES

    LISTE DES AUTORITÉS NATIONALES COMPÉTENTES

    ELENCO DELLE COMPETENTI AUTORITA NAZIONALI

    VALSTU KOMPETENTO IESTAŽU SARAKSTS

    ATSAKINGŲ NACIONALINIŲ INSTITUCIJŲ SĄRAŠAS

    AZ ILLETÉKES NEMZETI HATÓSÁGOK LISTÁJA

    LISTA TA' L-AWTORITAJIET KOMPETENTI NAZZJONALI

    LIJST VAN BEVOEGDE NATIONALE INSTANTIES

    LISTA WLAŒCIWYCH ORGANÓW KRAJOWYCH

    LISTA DAS AUTORIDADES NACIONAIS COMPETENTES

    ZOZNAM PRÍSLUŠNÝCH ŠTÁTNYCH ORGÁNOV

    SEZNAM PRISTOJNIH NACIONALNIH ORGANOV

    LUETTELO TOIMIVALTAISISTA KANSALLISISTA VIRANOMAISISTA

    FÖRTECKNING ÖVER BEHÖRIGA NATIONELLA MYNDIGHETER

    BELGIQUE/BELGIË

    Service public fédéral, économie, PME, classes moyennes et énergie

    Administration du potentiel économique

    Direction “Industries”(Textile, diamant et autres secteurs)

    Rue du Progrès 50

    B-1210 Bruxelles

    Fax (32-2) 277 53 09

    Federale Overheidsdienst Economie, K.M.O.,

    Middenstand & Energie

    Bestuur Economisch Potentieel

    Directie Nijverheid (Textiel—Diamant en andere sectoren)

    Vooruitgangsstraat 50

    B-1210 Brussel

    Fax (32-2) 277 53 09

    ČESKÁ REPUBLIKA

    Ministerstvo průmyslu a obchodu

    Licenční správa

    Na Františku 32

    110 15 Praha 1

    Česká republika

    Fax: (420) 224 212 133

    DANMARK

    Erhvervs- og Boligstyrelsen

    Økonomi- og Erhvervsministeriet

    Vejlsøvej 29

    DK-8600 Silkeborg

    Fax (45) 35 46 64 01

    EESTI

    Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium

    Harju 11

    EE-15072 Tallinn

    Faks: (372 6) 31 36 60

    ΕΛΛΑΔΑ

    Υπουργείο Οικονομίας και Οικονομικών

    Διεύθυνση Διεθνών Οικονομικών Ροών

    Κορνάρου 1

    GR-105 63 Αθήνα

    Φαξ (30-210) 328 60 94

    ESPAÑA

    Ministerio de Industria, Turismo y Comercio

    Secretaría General de Comercio Exterior

    Subdirección General de Comercio Exterior de Productos Industriales

    Paseo de la Castellana, 162

    E-28046 Madrid

    Fax (34) 913 49 38 31

    FRANCE

    Ministère de l'économie, des finances et de l'industrie

    Direction générale des entreprises

    Sous-direction des biens de consommation

    Bureau textile-importations

    Le Bervil, 12, rue Villiot

    F-75572 Paris Cedex 12

    Fax (33-1) 53 44 91 81

    DEUTSCHLAND

    Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle

    (BAFA)

    Frankfurter Straße 29–35

    D-65760 Eschborn 1

    Fax: (+ 49) 6196 942 26

    ITALIA

    Ministero delle Attività produttive

    Direzione generale per la Politica commerciale e per la gestione del regime degli scambi

    Viale America, 341

    I-00144 Roma

    Fax (39) 06 59 93 22 35/06 59 93 26 36

    ΚΥΠΡΟΣ

    Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού

    Υπηρεσία Εμπορίου

    Μονάδα Έκδοσης Αδειών Εισαγωγής/Εξαγωγής

    Οδός Ανδρέα Αραούζου Αρ. 6

    CY-1421 Λευκωσία

    Φαξ (357-22) 37 51 20

    LATVIJA

    Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija

    Brīvības iela 55

    LV-1519 Rīga

    Fakss: + 371 728 08 82

    LIETUVA

    Lietuvos Respublikos ūkio ministerija

    Prekybos departamentas

    Gedimino pr. 38/2

    LT-01104 Vilnius

    Faksas + 370 5 26 23 974

    LUXEMBOURG

    Ministère des affaires étrangères

    Office des licences

    BP 113

    L-2011 Luxembourg

    Fax (352) 46 61 38

    MAGYARORSZÁG

    Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal

    Margit krt. 85.

    H-1024 Budapest

    Fax: + 36-1-336 73 02

    MALTA

    Diviżjoni għall-Kummerċ

    Servizzi Kummerċjali

    Lascaris

    MT-Valletta CMR02

    Fax: + 356 25 69 02 99

    NEDERLAND

    Belastingdienst/Douane centrale dienst voor in- en uitvoer

    Postbus 30003, Engelse Kamp 2

    9700 RD Groningen

    Nederland

    Fax (31-50) 523 23 41

    IRELAND

    Department of Enterprise, Trade and Employment

    Import/Export Licensing, Block C

    Earlsfort Centre

    Hatch Street

    Dublin 2

    Ireland

    Fax (353-1) 631 25 62

    ÖSTERREICH

    Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

    Außenwirtschaftsadministration

    Abteilung C2/2

    Stubenring 1

    A-1011 Wien

    Fax: (+ 43) 1 7 11 00/83 86

    POLSKA

    Ministerstwo Gospodarki, Pracy i Polityki

    Społecznej

    Plac Trzech Krzyży 3/5

    PL-00-507 Warszawa

    Faks: + 48 22 693 40 21/693 40 22

    PORTUGAL

    Ministério das Finanças

    Direcção-Geral das alfândegas e dos impostos especiais sobre o consumo

    Rua Terreiro do Trigo, edifício da Alfândega de Lisboa

    P-1140-060 Lisboa

    Fax: (351) 218 814 261

    SLOVENIJA

    Ministrstvo za gospodarstvo

    Področje ekonomskih odnosov s tujino

    Kotnikova 5

    SI-1000 Ljubljana

    Faks (386-1) 478 36 11

    SLOVENSKÁ REPUBLIKA

    Ministerstvo hospodárstva SR

    Odbor licencií

    Mierová 19

    SK-827 15 Bratislava 212

    Fax: (421-2) 43 42 39 19

    SUOMI

    Tullihallitus

    PL 512

    FIN-00101 Helsinki

    Faksi (358-20) 492 28 52

    SVERIGE

    Kommerskollegium

    Box 6803

    S-113 86 Stockholm

    Fax (46-8) 30 67 59

    UNITED KINGDOM

    Department of Trade and Industry

    Import Licensing Branch

    Queensway House — West Precinct

    Billingham

    TS23 2NF

    United Kingdom

    Fax (44-1642) 36 42 69


    ANNESS V

    LIMITI KWANTITATTIVI

    (tunnellati metriċi)

    Prodotti

    Sena 2005

    Sena 2006

    SA. Prodotti ċatti rrumblati

    SA1. Kojl

    908 268

    930 975

    SA2. Pjanċi tqal

    190 593

    195 358

    SA3. Prodotti ċatti rrumblati oħra

    389 741

    399 485

    SA4. Prodotti lligati

    97 080

    99 507

    SA 5. Pjanċi kwarto lligati

    21 509

    22 047

    SA 6. Pjanċi lligati rrumblati kiesħa u miksija

    100 095

    102 597

    SB. Prodotti twal

    SB1. Travi

    44 948

    46 072

    SB2. Vireg

    172 676

    176 993

    SB3. Prodotti oħra twal

    292 376

    299 685

    Nota: SA u SB huma kategoriji ta’ prodotti.

    SA1 sa SA6 u SB1 sa SB3 huma gruppi ta' prodotti.


    Top