Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1624

    1624/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1624/2005 ta' l- 4 ta' Ottubru 2005 li jidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 dwar il-frott taċ-ċitru li jaqsam il-linja ta’ demarkazzjoni f'Ċipru

    ĠU L 259, 5.10.2005, p. 17–18 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 236–237 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1624/oj

    9.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    236


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1624/2005

    ta' l-4 ta' Ottubru 2005

    li jidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 dwar il-frott taċ-ċitru li jaqsam il-linja ta’ demarkazzjoni f'Ċipru

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat t-rattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar reġim skond l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 10 mal-Att tal-Adeżjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 866/2004 jipprovdi li l-oġġetti kompletament miġjuba miż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru li mhumiex taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru jew li sarilhom l-aħħar proċessar sostanzjali u ekononomikament ġustifikat, jew li jaħdmu f'impriża mgħammra għal dak l-iskop fl-oqsma li mhumiex suġġetti għad-dazji jew imposti doganali li jkollhom effett ekwivalenti meta jiġu introdotti fiż-żoni taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru, sakemm ikunu ta' tip eliġibbli għal rifużjoni fuq l-esportazzjoni jew miżuri ta' intervent.

    (2)

    L-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 866/2004 ġie emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 293/2005 (2) biex jestendi l-aċċess għar-reġim bla dazju msemmi hawn fuq, każ b'każ, għal ċertu prodotti tat-tip eliġibbli għal rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni jew miżuri ta' intervent, sakemm il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għal dak l-aċċess jiżgura li l-interessi finanzjarji tal-Komunità jistgħu jkunu mħarsa b'mod effettiv.

    (3)

    Il-faċilitazzjoni tal-moviment tal-frott taċ-ċitru tikkontribwixxi għall-proċess tal-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni li ma jaqgħux taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru, minħabba l-interess fost l-operaturi ekonomiċi f'Ċipru fis-suq taċ-ċitru prodott f'dawk iż-żoni fis-suq Komunitarju.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex (3), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 li introduċa skema ta' għajnuna Komunitarja għall-produtturi ta' ċertu frott taċ-ċitru (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2111/2003 tal-1 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 li jintroduċi skema ta' għajnuna Komunitarja għal produtturi ta' ċerti frott taċ-ċitru (5) jipprovdu għal verifiki biex jiżguraw il-konformità mar-regoli Komunitarji fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex. B’segwitu għar-Regolamenti, il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru għandu jiżgura permezz ta' sorveljanza tajba li l-prodotti koperti b'dan ir-Regolament ma jkunux suġġett għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni jew miżuri ta' intervent.

    (5)

    Peress li l-livell ta' rifużjonijiet imħallsin għall-esportazzjoni taċ-ċitru mill-Komunità huma baxxi, ir-riskju ta' frodi bil-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huwa limitat. Madankollu, il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru għandu jiżgura li tinżamm il-konformità mar-regola tal-oriġini tal-Komunità kif stipulata fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 35(9) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta' April 1999 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni ta’ sistema tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (6).

    (6)

    Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1480/2004 tal-10 ta' Awwissu 2004 li jistipola regoli speċifiċi dwar oġġetti li jaslu miż-żoni mhux taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern ta’ Ċipru lejn iż-żoni fejn il-Gvern jeżerċita kontroll effettiv (7), il-kamra tal-kummerċ Ċiprijotta Torka u l-awtoritajiet tar-Repubblika ta' Ċipru għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-tagħrif li jippermetti lill-Kummissjoni tissorvelja l-andament tan-negozju minn naħa għall-oħra tal-“linja l-ħadra”.

    (7)

    Minħabba f'hekk, ma jidhirx neċessarju li jiġu stabbiliti aktar kondizzjonijiet għall-aċċess mingħajr dazju għall-frott taċ-ċitru miksub fiż-żoni li ma jaqgħux taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern ta' Ċipru.

    (8)

    Il-miżuri pprovduti għal dan fir-Regolament jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija għall-Frott u l-Ħaxix Frisk,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Bħala deroga mill-ewwel subparagrafu fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 866/2004, iċ-ċitru li jaqsam il-linja fit-tifsira ta' dak ir-Regolament li jaqa' fil-kodiċi NM 0805 ma jkunx suġġett għad-dazju jew l-imposti li jkollhom l-istess effett.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fi Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 4 ta' Ottubru 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 161, 30.4.2004, p. 128. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1283/2005 (ĠU L 203, 4.8.2005, p. 8).

    (2)  ĠU L 50, 23.2.2005, p. 1)

    (3)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

    (4)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att tal-Adeżjoni 2003.

    (5)  ĠU L 317, 2.12.2003, p. 5.

    (6)  ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 671/2004 (ĠU L 105, 14.4.2004, p. 5).

    (7)  ĠU L 272, 20.8.2004, p. 3.


    Top