EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1608

1608/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1608/2005 tat- 30 ta' Settembru 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/92 li jippreskrivi regoli dettaljati għar-riforniment ta’ ikel mill-ħażna ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità

ĠU L 256, 1.10.2005, p. 13–14 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 234–235 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/10/2010; Impliċitament imħassar minn 32010R0807

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1608/oj

9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

234


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1608/2005

tat-30 ta' Settembru 2005

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/92 li jippreskrivi regoli dettaljati għar-riforniment ta’ ikel mill-ħażna ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3730/87 tal-10 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi regoli ġenerali għar-rifornimenti tal-ikel minn stokkijiet tal-intervent lil organizzazzjonijiet indikati għad-distribuzzjoni lil persuni li huma l-iżjed fil-bżonn fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

billi:

(1)

L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/92 (2) jiddetermina r-regoli dettaljati għas-sejħiet għall-offerti rigward l-organizzazzjoni tal-provvisti fl-Istati Membri li jipparteċipaw fil-miżura tal-Komunità għad-distribuzzjoni tal-ikel minn ħażniet ta' intervent għall-benefiċċju ta' persuni l-aktar fil-bżonn.

(2)

Il-prodotti li għandhom jiġu rtirati mill-ħażniet tal-intervent fil-kuntest tal-pjan annwali jistgħu jiġu pprovduti fl-istat li jkunu fih jew jiġu ttrasformati għall-manifattura ta' oġġetti tal-ikel, jew jistgħu jiġu rtirati bħala ħlas tar-riforniment jew il-manifattura ta' oġġetti tal-ikel użati fis-suq tal-Komunità. Għal dan it-tip ta' riforniment, għandhom jiġu ppreċiżati l-prodotti disponibbli fil-ħażniet tal-intervent li jistgħu jiġu rtirati bi ħlas għall-manifattura ta' prodotti taċ-ċereali u ta' prodotti tal-ħalib.

(3)

Biex iwieġbu aħjar għall-bżonnijiet ta' organizzazzjonijiet tal-karità u biex jespandu l-firxa ta' prodotti tal-ikel fornuti, ikun xieraq li jiġi speċifikat li l-prodotti minn ħażniet ta' intervent jistgħu jiġu inkorporati fi prodotti oħra għall-għanijiet tal-fabbrikazzjoni tal-ikel.

(4)

Skont l-Artikolu 47(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (3), l-intervent pubbliku fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella bħala strument permanenti ta' appoġġ għas-suq ma' baqax jeżisti mill-1 ta' Lulju 2002. B'hekk huwa meħtieġ li r-Regolament (KEE) Nru 3149/92 jiġi adattat għal din is-sitwazzjoni ġdida.

(5)

Konsegwentement jeħtieġ li r-Regolament (KEE) Nru 3149/92 jiġi emendat.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitati ta' Ġestjoni kkonċernati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 3149/92 hu emendat kif ġej:

1)

L-Artikolu 4 hu emendat kif ġej:

a)

Fil-paragrafu 1, punt b), it-tielet supbaragrafu għandu jinbidel bit-test li ġej:

“Madankollu, f'każ li fil-ħażniet ta' intervent ma jkunx disponibbli r-ross, il-Kummissjoni tista' tawtorizza t-tneħħija ta' ċereali mill-ħażniet ta' intervent bi ħlas għar-riforniment ta' ross u prodotti derivati mir-ross mobilizzati fuq is-suq.”

b)

fil-paragrafu 2, punt a), il-paragrafu li ġej għandu jiżdied wara t-tielet paragrafu:

“Fil-każ imsemmi fit-tieni paragrafu, it-tielet inċiż, u meta l-provvista tkun tinvolvi r-ross jew il-prodotti tar-ross bi skambju għal ċereali meħuda mill-ħażniet tal-intervent, is-sejħa għall-offerti għandha tispeċifika li l-prodott li għandu jittieħed huwa ċereali li qed jinżamm minn aġenzija ta' intervent.”

c)

il-paragrafu 2a hu mibdul bit-test li ġej:

“2a   Il-prodotti mill-intervent jistgħu jiġu inkorporati jew miżjuda ma' prodotti oħra mobilizzati fis-suq għall-fabbrikazzjoni tal-ikel li jrid jiġi pprovdut għall-għanijiet ta' implimentazzjoni tal-pjan. F'dawn il-każijiet, prodotti minn ħażniet ta' intervent iridu jirrappreżentaw tal-anqas 40 % tal-piż nett tal-prodott tal-ikel li jrid jiġi provvdut.

Fil-każ imsemmi fl-ewwel paragrafu, is-sejħa għall-offerti għandha tindika espressament l-obbligu li l-prodotti minn ħażniet ta' intervent iridu jirrappreżentaw tal-anqas 40 % tal-piż nett tal-prodott tal-ikel li jrid jiġi provvdut.”

2)

Fl-Artikolu 5(1), it-tieni paragrafu għandu jitħassar.

3)

L-anness għandu jitħasser.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2005.

Dan ir-Regolament huwa mandatorju fl-elementi kollha tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta' Settembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 352, 15.12.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2535/95 (ĠU L 260, 31.10.1995, p. 3).

(2)  ĠU L 313, 30.10.1992, p. 50. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1903/2004 (ĠU L 328, 30.10.2004, p. 77).

(3)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1).


Top