Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1458

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1458/2005 tat- 8 ta’ Settembru 2005 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u provviżorji ta' ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użi ġodda ta' ċerti addittivi li diġà huma awtorizzati għall-għalf Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 233, 9.9.2005, p. 3–7 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 287M, 18.10.2006, p. 319–323 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 19/07/2017

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1458/oj

    18.10.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    319


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1458/2005

    tat-8 ta’ Settembru 2005

    dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u provviżorji ta' ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użi ġodda ta' ċerti addittivi li diġà huma awtorizzati għall-għalf

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-għalf (1), u partikolarment l-Artikoli 3, 9d (1)u 9e(1) tagħha,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar addittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali.

    (2)

    L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-miżuri ta' tranżizzjoni għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' addittivi ta' l-għalf imressqa skond id-Direttiva 70/524 qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1831/2003.

    (3)

    L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' l-addittivi elenkati fl-Annessi għal dan ir-Regolament tressqu qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (4)

    Kummenti tal-bidu dwar dawk l-applikazzjonijiet, kif previst fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE, tressqu lill-Kummissjoni qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Applikazzjonijiet bħal dawn għalhekk ser jibqgħu jitqiesu skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE.

    (5)

    L-użu tal-preparazzjoni ta' enżimi ta' endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta mill-Aspergillus niger (MUCL 39199) kien awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għat-tiġieġ għat-tismin, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/98 (3). Data ġdida ġiet imressqa b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dik il-preparazzjoni ta' enżimi. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' enżimi, kif speċifikat fl-Anness I, għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien.

    (6)

    L-użu tal-preparazzjoni ta' enżimi ta' endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), endo-1,4-beta-glucanase prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 592.94), alpha-amylase prodotta mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553), u endo-1,4-beta-xylanase prodotta mit-Trichoderma viride (NIBH FERM BP 4842) hu awtorizzat provviżorjament, għat-tiġieġ għat-tismin, mingħajr limitu ta' żmien, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 358/2005 (4), u provviżorjament għad-dundjani għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2013/2001 (5). Data ġdida ġiet imressqa b'appoġġ għal applikazzjoni sabiex l-awtorizzazzjoni ta' l-użu ta' din il-preparazzjoni ta' enżimi tiġi estiża għat-tiġieġ li jbidu. L-Awtoritá Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Ikel (EFSA) tat opinjoni dwar l-użu ta’ din il-preparazzjoni li tikkonkludi li din mhijiex ta’ riskju għal din il-kategorija addizzjonali ta’ l-annimali. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni ta' dik il-preparazzjoni għal dak l-użu huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' enżimi, kif speċifikat fl-Anness II, għandu jkun awtorizzat provviżorjament għal erba' snin.

    (7)

    L-użu tal-preparazzjoni ta’ enżimi ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2105), endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta mit- Trichoderma longibrachiatum (ATCC 2106) huwa awtorizzat għat-tiġieġ għat-tismin mingħajr limitu ta’ żmien mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 833/2005 (6). Data ġdida ġiet imressqa b'appoġġ għal applikazzjoni sabiex l-awtorizzazzjoni ta' l-użu ta' din il-preparazzjoni ta' enżimi tiġi estiża għat-tiġieġ li jbidu. L-EFSA tat opinjoni dwar l-użu ta’ din il-preparazzjoni li tikkonkludi li din mhijiex ta’ riskju għal din il-kategorija addizzjonali ta’ l-annimali. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE għall-awtorizzazzjoni ta' dik il-preparazzjoni għal dak l-użu huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' enżimi, kif speċifikat fl-Anness II, għandu jkun awtorizzat provviżorjament għal erba' snin.

    (8)

    Tressqet dejta b’appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu tal-preparazzjoni ta’ enżimi ta’ endo-1,4-beta-xylanase, prodott Aspergillus niger (CBS 109.713) għat-tiġieġ għat-tismin. L-EFSA tat opinjoni dwar l-użu ta’ din il-preparazzjoni li tikkonkludi li din mhijiex ta’ riskju għall-kunsumatur, l-utent, il-kategorija ta’ l-annimali jew l-ambjent. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE għall-awtorizzazzjoni ta' dik il-preparazzjoni għal dak l-użu huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' enżimi, kif speċifikat fl-Anness II, għandu jkun awtorizzat provviżorjament għal erba' snin.

    (9)

    L-evalwazzjoni ta' dawk l-applikazzjonijiet turi li ċerti proċeduri għandhom ikunu meħtieġa sabiex il-ħaddiema jkunu protetti mill-esponiment għall-addittivi elenkati fl-Annessi. Protezzjoni bħal din għandha tkun assigurata permezz ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri għall-inkoraġġiment tat-titjib tas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (7).

    (10)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Enżimi”, kif elenkati fl-Anness I, huma awtorizzati għall-użu mingħajr limitu ta' żmien bħala addittiv fin-nutriment ta' l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f' dak l-Anness I

    Artikolu 2

    Il-preparazzjonijiet li huma parti mill-grupp “Enżimi”, kif speċifikat fl-Anness I, huma awtorizzati għall-użu għal erba' snin bħala addittiv fin-nutriment ta' l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, nhar it-8 ta’ Settembru 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).

    (2)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.9.2005, p. 8).

    (3)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 15.

    (4)  ĠU L 57, 3.3.2005, p. 3.

    (5)  ĠU L 272, 13.10.2001, p. 24.

    (6)  ĠU L 138, 1.6.2005, p. 5.

    (7)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


    ANNESS I

    Nru KE

    Addittiv

    Formula kimika, deskrizzjoni

    Speċi jew kategorija ta' annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni

    Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf sħiħ

    Enżimi

    E 1634

    Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6

    Preparazzjoni ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta minn Aspergillus niger (MUCL 39199) li fiha attività minima ta':

     

    Fil-forma solida

    1 500  AGL (1)/g

     

    Fil-forma likwida:

    200 AGL/ml

    Tiġieġ għat-tismin

    25  AGL

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura għall-ħażna, il-perjodu ta’ ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

    2.

    Doża rakkomandata għal kull kg ta' għalf sħiħ

     

    25-100 AGL.

    3.

    Għall-użu f'għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u arabinoxylans).eż. li fihom aktar minn 50 % xgħir.

    Mingħajr limitu ta' żmien


    (1)  1 AGL huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 5.55 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' maltożju) minn beta-glucan tax-xgħir fil-minuta f' pH ta' 4.6 u 30 °C.


    ANNESS II

    Nru (jew Nru KE)

    Addittiv

    Formula kimika, deskrizzjoni

    Speċi jew kategorija ta' annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni

    Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf sħiħ

    Enżimi

    54

    Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6

    Endo-1,4-beta-glucanase EC 3.2.1.4

    Alpha-amylase EC 3.2.1.1

    Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8

    Il-preparazzjoni ta' endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), endo-1,4-beta-glucanase prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 592.94), alpha-amylase prodotta mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553), u endo-1,4-beta-xylanase prodotta mit-Trichoderma viride (NIBH FERM BP 4842) li għandha attività minima ta':

     

    Endo-1,3(4)-beta-glucanase: 10 000  U (1)/g

     

    Endo-1,4- beta-glucanase: 120 000  U (2)/g

     

    Alpha-amylase: 400 U (3)/g

     

    Endo-1,4- beta-glucanase: 210 000  U (4)/g

    Tiġieġ li jbidu

    Endo-1,3(4)-beta-glucanase: 500 U

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura għall-ħażna, il-perjodu ta’ ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

    2.

    Doża rakkomandata għal kull kg ta' għalf sħiħ

     

    endo-1,3(4)-beta-glucanase: 500–1 500 U

     

    endo-1,4-beta-glucanase: 6 000 -18 000 U

     

    alpha-amylase: 20-60 U

     

    endo-1,4-beta-xylanase: 10 500 –31 500 U.

    3.

    Għall-użu f'għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u arabinoxylans).eż. li fihom aktar minn 30 % qamħ.

    Data [din għandha timtela mis-servizz li jippubblika l-att fil-ĠU: 4 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament]

    endo-1,4-beta-glucanase: 6 000  U

    alpha-amylase: 20 U

    endo-1,4-beta-xylanase: 10 500  U

    60

    Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8

    Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6

    Preparazzjoni ta' li għandha attività minima ta':

    Fil-forma likwida:

     

    Endo-1,4-beta-xylanase: 5 000  U (5)/ml

     

    endo-1,3(4)-beta-glucanase: 50 U (6)/ml

    Dundjani għat-tismin

    Endo-1,4-beta-xylanase1 250 U

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura għall-ħażna, il-perjodu ta’ ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

    2.

    Doża rakkomandata għal kull kg ta' għalf sħiħ

     

    endo-1,4-beta-xylanase: 1 250 -2 500  U

     

    endo-1,3(4)-beta-glucanase: 12-25 U.

    3.

    Għall-użu f'għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u arabinoxylans).eż. li fihom aktar minn 40 % xgħir.

    Data [din għandha timtela mis-servizz li jippubblika l-att fil-ĠU: 4 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament]

    endo-1,3(4)-beta-glucanase: 12 U

    62

    Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8

    Preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-xylanase prodotta mill li għandha attività minima ta':

     

    Fil-forma solida

    5 600  AGL (7)/g

     

    Fil-forma likwida:

    5 600 TXU/ml

    Tiġieġ għat-tismin

    200 TXU

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-premixture, indika t-temperatura għall-ħażna, il-perjodu ta’ ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting

    2.

    Doża rakkomandata għall kull kg ta' għalf sħiħ: 400-800 TXU.

    3.

    Għall-użu f' għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u arabinoxylans).eż. li fihom aktar minn 40 % qamħ.

    Data [din għandha timtela mis-servizz li jippubblika l-att fil-ĠU: 4 snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament]


    (1)  1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 0.0056 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' glukożju) minn beta-glucan tax-xgħir fil-minuta f' pH ta' 7.5 u 30 °C.

    (2)  1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 0.0056 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' glukożju) minn carboxymethylcellulose fil-minuta f' pH ta' 4.8 u 50 °C.

    (3)  1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 1 mikromole ta' glucosidic linkages minn polimeri tal-lamtu “cross-linked” li ma jinħallux fl-ilma fil-minuta f' pH ta' 7.5 u 37 °C.

    (4)  1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 0.0067 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' ksilożju) minn xylan ta' l-injam tal-betula fil-minuta f' pH ta' 5.3 u 50 °C.

    (5)  1 U huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 1 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' ksilożju) minn xylan ta' l-oat spelt fil-minuta f' pH ta' 5.3 u 50 °C.

    (6)  1 U is the amount of enzyme which liberates 1 micromole of reducing sugars (glucose equivalents) from barley beta-glucan per minute at pH 5,0 and 30 °C.

    (7)  1 TXU huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 5 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' ksilożju) mill-arabinoksilan tal-qamħ fil-minuta f' pH ta' 3.5 u 55 °C.


    Top