EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R1335
Commission Regulation (EC) No 1335/2005 of 12 August 2005 amending Regulation (EC) No 2076/2002 and Decisions 2002/928/EC, 2004/129/EC, 2004/140/EC, 2004/247/EC and 2005/303/EC as regards the time period referred to in Article 8(2) of Council Directive 91/414/EEC and the continued use of certain substances not included in its Annex I (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1335/2005 tat- 12 ta' Awwissu 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2076/2002 u d-Deċiżjonijiet 2002/928/KE, 2004/129/KE, 2004/140/KE u 2004/247/KE u 2005/303/KE dwar il-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 8 (2) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-użu kontinwu ta’ ċerti sustanzi mhux inklużi fl-Anness I tiegħu Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1335/2005 tat- 12 ta' Awwissu 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2076/2002 u d-Deċiżjonijiet 2002/928/KE, 2004/129/KE, 2004/140/KE u 2004/247/KE u 2005/303/KE dwar il-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 8 (2) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-użu kontinwu ta’ ċerti sustanzi mhux inklużi fl-Anness I tiegħu Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 211, 13.8.2005, p. 6–10
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 287M, 18.10.2006, p. 297–301
(MT)
In force
18.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
297 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1335/2005
tat-12 ta' Awwissu 2005
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2076/2002 u d-Deċiżjonijiet 2002/928/KE, 2004/129/KE, 2004/140/KE u 2004/247/KE u 2005/303/KE dwar il-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 8 (2) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-użu kontinwu ta’ ċerti sustanzi mhux inklużi fl-Anness I tiegħu
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 (1) li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jipproteġu l-pjanti, u b’mod partikolari it-tielet u r-raba’ subparagrafi ta’ l-Artikolu 8(2) tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jipprevedi li Stat Membru jista’, matul perjodu ta’ 12-il sena wara n-notifikazzjoni ta’ dik id-Direttiva, jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom sustanzi attivi mhux imniżżla f’Anness I li jkunu diġà fis-suq sentejn wara d-data tan-notifikazzjoni, ħlief fejn tkun ittieħdet deċiżjoni biex ma tiġix inkluża s-sustanza in kwistjoni f’Anness I. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni(KEE) Nru 3600/92 (2) u r-Regolament (KE) Nru 451/2000 (3) jistipulaw ir-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel u t-tieni stadji tal-programm ta’ ħidma imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva ta’ hawn fuq. Dan il-programm jibqa’ għaddej u għadu ma kienx possibbli li tittieħed deċiżjoni fuq numru ta’ sustanzi attivi. |
(3) |
Fir-rigward tad-90 sustanza attiva koperti bl-ewwel stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi hawn fuq, 67 kienu suġġetti ta’ direttiva jew deċiżjoni. Dan iħalli 23 sustanza attiva li fuqhom għadha għaddejja l-ħidma. Fir-rigward tal-53 sustanza attiva koperti bit-tieni stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi hawn fuq, wieħed kien suġġett ta’ deċiżjoni. Dan iħalli 52 sustanza attiva li fuqhom għadha għaddejja l-ħidma. Għall-ewwel stadju tal-programm ta’ ħidma, il-Kummissjoni organizzat il-peer review, wara li l-Istat Membru li kien Rapporteur ippreżenta l-abbozz tar-rapport ta’ evalwazzjoni. Sadanittant, iċ-ċiklu ta’ peer reviews kien finalizzat u d-deċiżjonijiet jew id-direttivi fuq l-aħħar sustanzi qed jitħejjew bħalissa. Għat-tieni stadju, il-peer review jaqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA), li għandha sena mid-data tal-preżentazzjoni ta’ l-abbozz tar-rapport ta’ evalwazzjoni, biex tikkomunika l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni. Minħabba li d-dati tal-preżentazzjoni huma parti mill-arranġamenti miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-EFSA, huwa possibbli li wieħed ibassar meta l-aħħar opinjoni se tkun lesta. Sa issa, tlieta ngħataw lill-Kummissjoni, filwaqt li l-aħħar waħda għandha tkun disponibbli lill-Kummissjoni fl-aħħar tas-sena 2005. Konsegwentement, għandu jiġi allokat aktar żmien għall-evalwazzjoni tas-sustanzi tat-tieni stadju milli għal dawk koperti mill-ewwel stadju li diġà għaddew minn din il-parti tal-proċess. |
(4) |
Ir-rapport ta’ progress tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2001 (4) jispjega ’l għaliex il-progress ma kienx daqshekk tajjeb kif kien oriġinarjament mistenni. Ir-raġunijiet ewlenin għad-dewmien kienu li l-bidu seħħ bil-mod, minħabba l-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-prijorità tas-sustanzi, il-bżonn li jinġiebu flimkien ir-riżorsi neċessarji, u biex ikunu pprovduti skemi proċedurali aktar elaborati għall-evalwazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet. Abbażi tal-konklużjonijiet ta’ dan ir-rapport id-data ta’ l-għeluq ġiet estiża bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2002 (5) għal dawk is-sustanzi li għadhom taħt reviżjoni. Sadanittant, il-Kummissjoni u l-Istati Membri ħadmu b’mod attiv biex itejbu l-proċeduri biex jiġu evalwati s-sustanzi attivi, u ż-żieda konsiderevoli fir-rata tad-deċiżjonijiet f’dawn l-aħħar snin turi li ċ-ċiklu ta’ tagħlim jista’ jiġi kkunsidrat bħala magħluq. L-EFSA, li għandha r-responsabbiltà fit-tieni stadju tal-programm ta’ evalwazzjoni, qed tidħol ukoll f’fażi ta’ ħidma, u l-ewwel opinjonijiet tagħha issa ngħataw. Però, xi wħud mir-raġunijiet identifikati fir-rapport ta’ l-2001 għadhom japplikaw. Dawn jinkludu bżonn aktar biex wieħed jagħmel l-aħjar użu tar-riżorsi limitati b’metodi xierqa ta’ qsim ix-xogħol u biex jiġi żgurat li jinżamm l-għadd ta' deċiżjonijiet annwali milħuq bħalissa. Il-pass bil-mod tal-bidu, il-kumplessità teknika ta’ ċerti dossiers, il-bżonn li tinkiseb l-opinjoni ta’ ċrieki xjentifiċi indipendenti u fatturi oħra mhux previsti, tellfu, f’numru ta’ każijiet, il-ħin bżonnjuż għat-teħid tad-deċiżjoni u l-miżuri ta’ implimentazzjoni. |
(5) |
Huwa maħsub li s-sustanzi kollha koperti bl-ewwel u t-tieni stadju tal-programm ta’ reviżjoni msemmi hawn fuq għandhom ikunu s-suġġett ta’ att speċifiku adottat qabel il-31 ta’ Diċembru 2005 (għall-ewwel stadju) jew it-30 ta’ Settembru 2006 (għat-tieni stadju). Però, irid jingħata żmien sabiex dawn l-atti biex jidħlu fis-seħħ, ħalli l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jippreparaw ruħhom biex ikunu konformi mal-ħtiġijiet il-ġodda. |
(6) |
Għal dawn ir-raġunijiet huwa xieraq li jkun estiż b’sena l-perjodu ta’ tranżizzjoni għall-ewwel fażi u b’wieħed u għoxrin xahar għat-tieni stadju. |
(7) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2002 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2002/928/KE tas-26 ta’ Novembru 2002 dwar in-non-inklużjoni tal-benomyl fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom din is-sustanza attiva (6), 2004/129/KE tat-30 ta’ Jannar 2004 dwar in-non-inklużjoni ta’ ċertu sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (7), 2004/140/KE tal-11 ta’ Frar 2004 dwar in-non-inklużjoni tal-fenthion fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom din is-sustanza attiva (8), 2004/247/KE ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 dwar in-non-inklużjoni tas-simazine fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għal ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva (9) u 2005/303/KE tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar in-non-inklużjoni ta’ l-aċidu kresiliku (cresylic acid), id-dichlorophen, l-imazamethabenz, il-kasugamycin u l-polyoxin fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u għall-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet tal prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (10) li għandhom dispożizzjonijiet għan-non-inklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE u għall-irtirar mill-Istati Membri ta’ l-awtorizzazzjonijiet kollha għall-prodotti li jipproteġu l-pjanti li jkun fihom dawk is-sustanzi. Dawk l-atti jipprevedu derogi li jippermettu t-tkomplija fl-użu ta’ xi wħud minn dawk is-sustanzi għal perjodu limitat ta’ żmien sakemm qedin jiġu żviluppati alternattivi oħrajn. |
(8) |
L-Istati Membri ppreżentaw evidenza ġdida li turi l-bżonn ta’ aktar użi essenzjali. Informazzjoni bħal din kienet evalwata mill-Kummissjoni ma’ esperti mill-Istati Membri. |
(9) |
Id-derogi għandhom jingħataw biss għal każijiet li jidhru ġustifikati u li ma jagħtux lok għal tħassib u għandhom ikunu ristretti għall-kontroll ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara li għalihom ma jeżistux alternattivi effiċjenti. |
(10) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2076/2002 u d-Deċiżjonijiet 2002/928/KE, 2004/129/KE, 2004/140/KE u 2004/247/KE u 2005/303/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2076/2002 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej: “Il-perjodu ta’ żmien ta’ 12-il sena msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE huwa estiż sal-31 ta’ Diċembru 2006 għas-sustanzi attivi li huma evalwati fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92, sat-30 ta’ Settembru 2007 għas-sustanzi attivi li huma evalwati fil-qafas tat-tieni stadju taħt ir-Regolament (KE) Nru 451/2000, u sal-31 ta’ Diċembru 2008 għas-sustanzi attivi li huma evalwati fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002, sakemm ma ttieħdetx jew ma titteħidx deċiżjoni qabel id-data relevanti dwar jekk is-sustanzi attivi kkonċernati jiġux inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jew le. Matul dawk il-perjodi l-Istati Membri jistgħu jkomplu jawtorizzaw jew jawtorizzaw mill-ġdid it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom dawk is-sustanzi attivi, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE.” |
(2) |
L-Anness II huwa emendat skond il-Parti I ta' l-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
L-Anness għad-Deċiżjoni 2002/928/KE huwa emendat skond il-Parti II għall-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 3
L-Anness għad-Deċiżjoni 2004/129/KE huwa emendat skond il-Parti III għall-Anness għal dan ir-Regolament
Artikolu 4
L-Anness għad-Deċiżjoni 2004/140/KE huwa emendat skond il-Parti IV għall-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 5
L-Anness għad-Deċiżjoni 2004/247/KE huwa emendat skond il-Parti V għall-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 6
L-Anness għad-Deċiżjoni 2005/303/KE huwa emendat skond il-Parti VI ta’ l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament se jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar it-12 ta' Awwissu 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.)
(2) ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2266/2000 (ĠU L 259, 13.10.2000, p. 27).
(3) ĠU L 55, tat-29.2.2000, p. 25. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1044/2003 (ĠU L 151, 19.6.2003, p. 32).
(4) COM (2001) 444 finali.
(5) ĠU L 319, 23.11.2002, p. 3. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1765/2004 (ĠU L 315, 14.10.2004, p. 26).
(6) ĠU L 322, tas-27.11.2002, p. 53. Deċiżjoni kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 835/2004 (ĠU L 127, tad-29.4.2004, p. 43).
(7) ĠU L 37, ta’ l-10.2.2004, p. 27. Deċiżjoni kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 835/2004.
(8) ĠU L 46, tas-17.2.2004, p. 32.
(9) ĠU L 78, tas-16.3.2004, p. 50. Deċiżjoni kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 835/2004.
(10) ĠU L 97, tal-15.4.2005, p. 38.
ANNESS
Parti I
Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2076/2002 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-linja dwar il-metobromuron hija mibdula b’dan li ġej:
|
(2) |
Il-linja dwar it-terbufos hija mibdula b’dan li ġej:
|
(3) |
Il-linji li ġejjin huma miżjuda:
|
(4) |
Il-linja dwar il-fenuron hija mħassra. |
Part II
L-Anness għad-Deċiżjoni 2002/928/KE huwa mibdul b’dan li ġej:
“Kolonna A |
Kolonna B |
Kolonna C |
Sustanza Attiva |
Stat Membru |
Użu |
Benomyl |
Slovakkja |
Għads, tabakk, pitravi, segala, imxietel tal-foresta” |
Parti III
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2004/129/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-linja dwar l-alkyldimethylbenzyl ammonium chloride hija mibdula b’dan li ġej:
|
(2) |
Il-linja dwar il-pretilachlor hija mibdula b’dan li ġej:
|
Part IV
Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2004/140/KE il-linja li ġejja hija miżjuda:
“Cipru |
Bait application fiċ-ċitru u ż-żebbuġ” |
Part V
Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2004/247/KE il-linja dwar ir-Renju Unit tinbidel b’dan li ġej:
“Ir-Renju Unit |
Fażola, sfraġ, rabarbru, hardy ornamental nursery stock, frawli, hops” |
Part VI
L-Anness għad-Deċiżjoni 2005/303/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-linja dwar id-dichlorophen hija mibdula b’dan li ġej:
|
(2) |
Il-linja dwar l-imazamethabenz hija mibdula b’dan li ġej:
|