This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R1318
Commission Regulation (EC) No 1318/2005 of 11 August 2005 amending Annex II of Council Regulation (EEC) No 2092/91 on organic production of agricultural products and indications referring thereto on agricultural products and foodstuffs
1318/2005/KE: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1318/2005 tal- 11 ta' Awwissu 2005 li jemenda l-Annexx II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel
1318/2005/KE: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1318/2005 tal- 11 ta' Awwissu 2005 li jemenda l-Annexx II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel
ĠU L 210, 12.8.2005, p. 11–12
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 223–224
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008
9.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
223 |
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1318/2005
tal-11 ta' Awwissu 2005
li jemenda l-Annexx II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 tal-24 ta' Ġunju 1991 dwar produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel (1) u b'mod partikulari t-tieni inċiż tal-Artikolu 13,
Billi:
(1) |
Skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, ċerti Stati Membri mill-2002 ippreżentaw informazzjoni bil-ħsieb li jinkludu ċerti prodotti fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
Ġir industrijali, prodott sekondarju mill-produzzjoni ta' melħ raffinat mill-ilma mielaħ li jinsab fil-muntanji, huwa meqjus essenzjali għal rekwiżiti speċifiċi għall-ikkundizzjonar u n-nutrizzjoni tal-ħamrija f'uħud mill-Istati Membri u nstab li ma kellu ebda impatt ta' ħsara fuq l-ambjent. |
(3) |
L-idrossidu tal-kalċju nstab li huwa essenzjali biex tkun ikkontrollata marda tal-fungus f'siġar tal-frott f'ċerti klimi. Il-kontroll ta' din il-marda fi produzzjoni organika huwa diffiċli u jirrikjedi l-użu tar-ram, liema użu jista' jitnaqqas billi jkun applikat l-idrossidu tal-kalċju. |
(4) |
L-etilene huwa diġà inkluż fil-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 bħala sustanza ta' użu tradizzjoni fil-biedja organika. Deher xieraq li jkunu kompluti l-kundizzjonijiet għall-użu ta' dik is-sustanza sabiex ikunu koperti, barra l-banana, ċertu frott ieħor li għalih l-etilene huwa meħtieġ fil-produzzjoni. |
(5) |
L-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandu għalhekk ikun emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artiklu 1
L-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artiklu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 11 ta' Awwissu 2005.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2254/2004 (ĠU L 385, 29.12.2004, p. 20)
ANNESS
L-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandu għalhekk ikun emendat kif ġej:
(1) |
Fit-tabella għall-Part A “Fertilizzanti u kundizzjonarji tal-ħamrija” l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata “ġir industrijali mill-produzzjoni taz-zokkor”:
|
(2) |
Fil-Parti B “Pestiċidi”, punt 1. “Prodotti għall-protezzjoni ta’ pjanti” huwa emendat kif ġej:
|