EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1283

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1283/2005 tat- 3 ta' Awissu 2005 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 dwar reġim li jaqa’ taħt l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 10 għall-Att ta’ l-Adeżjoni

ĠU L 203, 4.8.2005, p. 8–8 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 287M, 18.10.2006, p. 276–276 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1283/oj

18.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

276


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1283/2005

tat-3 ta' Awissu 2005

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 dwar reġim li jaqa’ taħt l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 10 għall-Att ta’ l-Adeżjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat il-Protokoll 10 dwar Ċipru għall-Att rigward il-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar reġim li jaqa’ taħt l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 10 għall-Att ta’ Adeżjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 jistipula lista ta’ postijiet li minnhom jaqsmu persuni u prodotti jistgħu jaqsmu l-fruntiera bejn iż-żoni li huma taħt kontroll effettiv tal-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru u dawk iż-żoni li fihom il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jerċitax kontroll effettiv.

(2)

Wara ftehim dwar il-ftugħ ta’ postijiet ġodda li minnhom taqsam il-fruntiera f’Kata Pyrgos u f’Kokkina jinħtieġ li jiġi adottat l-Anness I.

(3)

Il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru aċċetta dan l-adattament.

(4)

Il-Kamra tal-Kummerċ Turko-Ċiprijotta ġiet ikkonsultata dwar dan is-suġġett,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 866/2004 jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS I

Lista ta’ postijiet li minnhom taqsam il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(4)

Agios Dhometios

Astromeritis — Zodhia

Kata Pyrgos – Karavostasi

Kata Pyrgos – Kokkina

Kokkina - Pachyammos

Ledra Palace

Ledra Street”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-jum l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar it-3 ta' Awissu 2005.

Għall-Kummissjoni

Olli REHN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 236, 23.9.2003, p. 955

(2)  ĠU L 161, 30.4.2004, p. 128. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 601/2005 (ĠU L 99, 19.4.2005, p. 10).


Top