EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1261

Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 1261/2005 ta’ l- 20 ta’ Lulju 2005 li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej

ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3–22 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 287M, 18.10.2006, p. 226–245 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2012; Imħassar b' 32012R1268

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1261/oj

18.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

226


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE, EURATOM) Nru 1261/2005

ta’ l-20 ta’ Lulju 2005

li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 183 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, il-Qorti ta’ l-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman u l-Kontrollur Ewropew għall-Ħarsien tat-Tagħrif,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”) jistipula li l-istituzzjonijiet komunitarji għandhom jirrispettaw, għal-kuntratti tagħhom proprji, ir-regoli mniżżla fid-direttivi applikabbli għall-Istati Membri. Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq il-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (2) emendat dawn ir-regoli. Minn hawn ’il quddiem, jeħtieġ li fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (3), li jittrasponi prinċipalment ir-regoli tad-Direttiva 92/50/KEE relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku (4) fir-regolamentar Finanzjarju intern ta’ l-istituzzjonijiet, jiddaħħlu l-emendi miġjuba mid-Direttiva 2004/18/KE, sakemm ikunu rilevanti.

(2)

Dawn l-emendi jikkonċernaw b’mod partikulari l-possibbiltajiet il-ġodda ta’ għotja elettronika tal-kuntratti, kif ukoll is-sistema ġdida ta’ akkwist dinamiku għall-oggetti użati ġeneralment, kif ukoll il-proċedura ta’ djalogu kompetittiv, ir-regoli għal dawk li għandu x’jaqsam mal-kuntratti ddikjarati sigrieti u l-użu tal-ftehim ta’ qafas, li għal raġunijiet prattiċi jeħtieġ li jkompli jiġi identifikat bħala kuntratt ta' qafas fil-kuntest ta' l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-Komunità, li jippermettu minn hawn ’il quddiem il-kompetizzjoni tal-partijiet fil-ftehim ta’ qafas għall-għotja tal-kuntratti speċifiċi, u fl-aħħar it-tisħiħ tad-dimensjonijiet soċjali u ambjentali fl-evalwazzjonijiet ta’ l-offerti. Madankollu, il-limiti applikabbli ġew evalwati mill-ġdid għall-kuntratti ta’ servizzi li mhumiex suġġetti għall-ftehim ta’ l-Orġanizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Barra minn hekk id-Direttiva 2004/18/KE tarmonizza d-dispożizzjonijiet applikabbli għat-tliet kategoriji l-kbar tal-kuntratti, b’mod partikulari għal dak li għandu x’jaqsam mar-riklami, speċifikazzjonijiet tekniċi u kalkolu tal-valur tal-kuntratti.

(3)

Barra minn hekk, irriżulta li d-dispożizzjonijiet marbuta mal-mezzi ta’ identifikazzjoni ta’ l-imgħax fuq prefinanzjament kienu jillimitaw wisq. Jaqbel li tiġi awtorizzata l-possibbiltà ta’ identifikazzjoni ta’ dan l-imgħax b’kull mezz tal-kontabilità.

(4)

L-Artikolu 31 tar-Regolament (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 jistabbilixxi l-lista tal-atti bażiċi skond l-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju iżda ma jinkludix il-firxa kollha ta’ srtumenti ġuridiċi li l-Kunsill jistà juża fil-qasam tal-politika barranija u ta’ sigurtà komuni. Jeħtieġ għalhekk li titkabbar il-lista billi jiżdiedu fiha d-deċiżjonijiet rigward il-konklużjoni ta’ ftehim interernazzjonali kif ukoll id-deċiżjonijet rigward l-azzjoni urġenti u ta’ tul limitat sabiex jiffaċċjaw sitwazzjonijet ta’ kriżi.

(5)

Barra minn hekk, jeħtieġ li tiġi prevista proċedura ta’ informazzjoni għall-kandidati u għal dawk li tefgħu l-offerti li ġew eliminati fl-ambitu tal-kuntratti mogħtija mill-istituzzjonijiet f’isimhom. Tali informazzjoni għandha sseħħ qabel il-firma tal-kuntratt u għandha tippermetti lill-kandidati u lil dawk li tefgħu l-offerti li ġew eliminati li jsiru jafu r-raġunijiet għall-eliminazzjoni tagħhom jew ta’ l-offerta tagħom. L-introduzzjoni ta’ tali proċedura ta’ informazzjoni timmira li tissottometti lill-istituzzjonijiet għal obbligu impost mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej lill-Istati Membri.

(6)

L-esperjenza wriet li l-obbligi stipulati bħalissa għall-proċeduri tal-kuntratti ta’ valur baxx u, dawk li jirrigwardaw il-kuntratti ta’ servizzi legali, aktar limitati minn dak li titlob id-Direttiva 2004/18/KE, kienu fil-prattika wisq ikkumplikati. Għandhom għalhekk isiru aktar flessibbli partikolarment fejn jidħlu l-miżuri ta’ riklamar u d-dokumenti anċillari li għandhom jiġu pprovduti - dawn ta’ l-aħħar suġġetti għall-analiżi tar-riskju mill-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni. L-awtorità kontraenti għandha, f’dan l-aħħar każ, tkun dejjem f'pożizzjoni li tiġġustifika l-għażla tagħha.

(7)

Minħabba l-liberalizzazzjoni tas-settur tal-posta, jeħtieġ li titneħħa d-diskriminazzjoni storika bejn kunsinna rreġistrata u kunsinna bil-kurjer peress li t-tnejn jipprovdu rċevuta tat-twassil li tista' tintuża bħala xhieda tad-data tal-kunsinna ta' l-offerti.

(8)

Jeħtieġ li l-istituzzjonijiet komunitarji jirrispettaw il-vokabularju stipulat fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2195/2002 tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar il-vokabularju komuni għall-kuntratti pubbliċi (CPV) (5).

(9)

Għal dak li għandu x’jaqsam mas-sussidji, id-data tal-31 ta’ Jannar għall-adozzjoni tal-programm tax-xogħol annwali tidher stretta wisq u impossibbli li tiġi rrispettata, b’mod partikulari fil-każijiet ta’ atti ta’ bażi u ta’ proġetti ewlenija adottati tard jew minħabba l-proċeduri tal-kumitati. Minħabba f’hekk, jeħtieġ li dan il-limitu ta’ żmien ikun aktar flessibbli filwaqt li l-programm imsemmi jżomm id-dimensjoni tiegħu ta’ riklami ex ante u jkun ewlieni għat-twettiq tal-baġit.

(10)

Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw in-natura tal-verifiki meħtieġa biex isostnu t-talb ta' ħlas u l-limiti applikabbli f'dan is-suġġett instabu wisq ambigwi u kkumplikati għalxejn. B’hekk, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu ssemplifikati u razzjonalizzati.

(11)

Fil-qasam ta’ għajnuna umanitarja, il-benefiċjarji tas-sussidji huma ġeneralment marbuta mal-Kummissjoni permezz ta’ konvenżjonijiet ta’ sħubija li jistipulaw arranġamenti ta’ verifiki u kontrolli ġenerali u regolari. Skond l-analiżi tiegħu tar-riskju ta’ tmexxija l-uffiċjal li jawtorizza, jista’ jikkunsidra li proċeduri bħal dawn joffru garanziji ekwivalenti għal dawk l-offerti mill-verifiki tal-kontijiet ta’ azzjoni, meħtieġa għall-ħlas tal-bilanċ. F’dawn il-kundizzjonijiet u sabiex tiġi ssemplifikata t-tmexxija, jeħtieġ li l-uffiċjal li jawtorizza jitħalla ma jitlobx verifiki għall-ħlas tal-bilanċ.

(12)

Bil-għan ta’ titjib ta’ l-effiċjenza fl-użu tal-fondi komunitarji, jeħtieġ li jitkabbru l-kundizzjonijiet ta' l-użu tal-finanzjamenti ta' rati fissi, wara tisħiħ tar-responsabbiltà tal-benefiċjarji u l-obbligi tar-riżultati tagħhom, u l-possibbiltà li jingħataw sanzjonijiet f’każ ta’ dikjarazzjoni falza li wasslet għal ħlas żejjed min-naħa tal-baġit komunitarju.

(13)

Jeħtieġ għaldaqstant li r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 jiġi hekk emendat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 hu emendat kif ġej:

1)

Fl-Artikolu 4(2), is-sentenza introduttorja u l-punt a) huma mibdula b’li ġej:

“L-uffiċjali li jawtorizzaw, għandhom jaraw illi, li f’dawn il-konvenzjonijiet konklużi mal-benefiċjarji u l-intermedjarji:

a)

dawn il-prefinanzjamenti jiġu mħallsa fuq kontijiet jew sotto-kontijiet bankarji li jippermettu l-identifikazzjoni tal-fondi u ta’ l-imgħax korrispondenti; fin-nuqqas ta’ dan, il-metodi tal-kontabilità tal-benefiċjarji jew ta’ l-intermedjarji għandhom jippermettu li jiġu identifikati l-fondi mħallsa mill-Komunità u l-imgħax jew vantaġġi oħra maħluqa minn dawn il-fondi jistgħu jkunu identifikati b’kull mezz ieħor ta’ kontabilità.”

2)

L-Artikolu 31, paragrafu 2 hu mibdul b’dan it-test:

“2.   Fil-qasam tal-politika barranija u tas-sigurtà komuni, att ta’ bażi jista’ jieħu waħda mill-għamliet imsemmija fl-Artikolu 13, paragrafu 2, fl-Artikolu 14, fl-Artikolu 23, paragrafu 2, u l-Artikolu 24 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

F’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, kif stipulati fl-Artikolu 168, paragrafu 2 ta’ dan ir-Regolament, u għal azzjonijiet ta’ tul ta’ żmien limitat, att ta’ bażi jista’ wkoll jieħu l-għamla msemmija fil- paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 13, u l-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 23 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.”

3)

L-Artikolu 116 hu emendat kif ġej:

a)

Fil-paragrafu 2, it-tieni sentenza hi sostitwita bit-test li ġej:

“Kuntratt li għandu bħala għan il-kunsinna ta’ prodotti u, bħala attività anċillari, ix-xogħlijiet ta’ bini u ta’ installazzjoni hu kkunsidrat bħala kuntratt ta’ provvista.”

b)

Fil-paragrafu 3, l-ewwel sentenza hi sostitwita bit-test li ġej:

“L-għan tal-kuntratti tax-xogħol hu jew l-esekuzzjoni, jew it-tfassil b’mod konġunt u l-esekuzzjoni tax-xogħol jew proġetti relatati ma’ waħda mill-attivitajiet mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) 2004/18/KE, jiġifieri t-twettiq minn kwalunkwe mezz li jkun ta’ proġett li jissodisfa l-ħtiġijiet speċifikati mill-awtorità kontraenti.

(*)  ĠU L 134 tat-30.4.2004, p. 114.”"

c)

Fil-paragrafu 4, it-tieni sentenza hi sostitwita bit-test li ġej:

“Dawn is-servizzi huma nnumerati fl-Annessi IIA u IIB tad-Direttiva 2004/18/KE.”

d)

Fil-paragrafu 5, dawn l-inċiżi huma miżjuda:

“Meta l-għan ta' kuntratt huma s-servizzi u mhux ix-xogħol inċidentali għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-għan prinċipali tal-kuntratt, dan hu meqjus bħala kuntratt ta' servizzi.

Meta l-għan ta’ kuntratt huma s-servizzi koperti kemm mill-Aness II A kif ukoll mill-Anness II B tad-Direttiva 2004/18/KE, dan jitqies bħala kopert mill-Anness II A jekk il-valur tas-servizzi mniżżla f’dan l-Anness jaqbeż dak tas-servizzi mniżżla fl-Anness II B.”

e)

Il-paragrafu 5a li ġej hu mdaħħal:

“5a.   Il-kwalifika tat-tipi differenti ta’ kuntratti hija msejsa fuq in-nomenklatura ta’ referenza li tistabbilixxi vokabularju komuni tal-kuntratti pubbliċi (CPV) fis-sens tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2195/2002 (**).

Fil-każ ta’ differenzi bejn in-nomenklatura CPV u n-nomenklatura statistikali ta’ l-attivitajiet ekonomiċi fi ħdan il-Komunità Ewropea (NACE) mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 2004/18/KE, jew bejn in-nomenklatura CPV u n-nomenklatura tal-klassifikazzjoni ċentrali tal-prodotti (CPC) (verżjoni proviżorja) mniżżla fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva, in-nomenklatura NACE jew in-nomenklatura CPC japplikaw rispettivament.

(**)  ĠU L 340 tas-16.12.2002, p. 1.”"

f)

Il-paragrafu 6 u 7 huma mibdula bit-test li ġej:

“6.   It-termini ‘intraprenditur’, ‘fornitur’ u ‘persuna li tipprovdi servizzi’ jfissru kull persuna fiżika jew morali jew kull entità pubblika jew grupp ta’ dawn il-persuni u/jew entitajiet li joffru, rispettivament, it-twettiq ta’ xogħlijiet u/jew ta’ biċċiet ta’ xogħol, ta’ prodotti jew ta’ servizzi fuq is-suq. It-terminu operatur ekonomiku jkopri kemm il-kunċetti ta’ itraprenditur, fornitur u presuna li tipprovdi servizzi. L-operatur ekonomiku li ppreżenta offerta hu indikat permezz tal-kelma ‘appaltatur’. Dak li talab biex jieħu sehem f’proċedura ristretta, kif ukoll f’djalogu kompetittiv, jew proċedura negozjata hu msejjaħ bit-terminu ‘kandidat’.

Il-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi huma awtorizzati li jitfgħu offerta jew li jsiru kandidati. Għall-preżentazzjoni ta’ offerta jew talba ta’ parteċipazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti ma jistgħux jeżiġu li l-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi jkollhom l-għamla legali partikulari, iżda l-grupp magħżul jista' jiġi mġiegħel li jieħu għamla legali partikulari meta jkun ingħatalu l-kuntratt, fil-miżura li din it-trasformazzjoni tkun meħtieġa għat-twettiq xieraq tal-kuntratt.”

7.   Id-dipartimenti ta’ l-istituzzjonijiet komunitarji huma meqjusa bħala awtoritajiet kontraenti ħlief jekk jikkonkludu bejniethom arranġamenti amministrattivi għal-provvisti ta' servizzi, il-provvista ta' prodotti u t-twettiq ta' xogħolijiet.”

4)

L-Artikoli 117 u 118 huma mibdula bit-test li ġej:

“Artikolu 117

Kuntratti ta’ qafas u kuntratti speċifiċi

(Artikolu 88 tar-Regolament finanzjarju)

1.   Kuntratt ta’ qafas hu ftehim konkluż bejn wieħed jew aktar awtoritajiet kontraenti u wieħed jew aktar operaturi ekonomiċi biex jistabbilixxu t-termini ewlenien relatati ma’ serje ta’ kuntratti li jistgħu jingħataw waqt perijodu ta’ żmien stipulat, b’mod partikolari għal dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet u jekk jeħtieġ, il-kwantitajiet maħsuba. Meta kuntratt ta’ qafas hu konkluż ma’ bosta operaturi ekonomiċi, in-numru ta' operaturi ekonomiċi għandu jkun ta’ lanqas tlieta, sabiex ikun hemm numru biżżejjed ta' operaturi ekonomiċi li jissodisfaw il-kriterji ta' selezzjoni u/jew sejħiet għalll-offerti li jissodisfaw il-kriterji ta' attribuzzjoni ta’ kuntratt.

Kuntratt ta’ qafas ma’ bosta operaturi ekonomiċi jista’ jieħu l-forma ta’ kuntratti separati imma konklużi bl-istess mod.

It-tul tal-kuntratti ta’ qafas ma jistax jaqbeż l-erba’ snin, ħlief f'każijiet eċċezzjonali ġġustifikati kif xieraq, b'mod partikulari, skond is-suġett tal-kuntratt.

L-awtoritajiet kontraenti ma jistgħux jużaw il-kuntratti ta’ qafas b’mod abbużiv jew b’mod li ma jħallix, jillimita jew iwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni.

Il-Kuntratti ta’ qafas jitqiesu bħala kuntratti għal proċedura tagħhom ta' għotja, inkluż ir-riklamar.

2.   Il-kuntratti speċifiċi msejsa fuq kuntratti ta’ qafas huma konklużi biss skond it-termini stipulati fihom, bejn l-awtoritajiet kontraenti u l-operaturi ekonomiċi li kienu oriġinarjament parti mill-kuntratt ta’ qafas.

Meta ssir l-għotja tal-kuntratti speċifiċi msejsa fuq il-kuntratt ta’ qafas, il-partijiet ma jistgħux jagħmlu emendi sostanzjali lit-termini stipulati f'dan il-kuntratt ta' qafas, b'mod partikolari fil-każ imsemmi fil-paragrafu 3.

3.   Meta kuntratt ta’ qafas ikun konkluż ma’ operatur ekonomiku wieħed biss, il-kuntratti speċifiċi msejsa fuq dan il-kuntratt ta’ qafas huma mogħtija fil-limiti tat-termini stipulati fil-kuntratt ta' qafas.

Għall-għoti ta’ dawk il-kuntratti speċifiċi, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkonsultaw bil-miktub l-operatur ekonomiku li hu parti mill-kuntratt ta’ qafas, billi jitolbu jlesti l-offerta tiegħu jekk jeħtieġ.

4.   L-għotja ta’ kuntratti msejsa fuq kuntratti speċifiċi ta’ qafas konklużi ma' bosta operaturi ekonomiċi hi mwettqa skond l-emendi li ġejjin:

a)

b’applikazzjoni tat-termini stipulati fil-kuntratt ta’ qafas, mingħajr ma l-kompetizzjoni tinfetaħ mill-ġdid.

b)

meta mhux it-termini kollha huma stipulati fil-kuntratt ta’ qafas, wara li l-partijiet ikkompetu mill-ġdid fuq il-bażi ta’ l-istess termini, jekk meħtieġ billi jiġu ċċarati u, jekk jeħtieġ, fuq il-bażi ta’ termini oħra mniżżla fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ qafas.

Għal kull kuntratt speċifiku li għandu jingħata skond l-emendi stipulati fl-ewwel inċiż, punt b), l-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkonsultaw, bil-miktub, l-operaturi ekonomiċi kapaċi jwettqu l-għan tal-kuntratt billi jistabbilixxu limitu ta’ żmien biżżejjed sabiex jippermettu l-preżentazzjoni tas-sejħiet għall-offerti. Is-sejħiet għall-offerti huma ppreżentati bil-miktub. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu kull kuntratt speċifiku lill-persuna li tefgħet l-aħjar offerta għall-kuntratt fuq il-bażi tal-kriterji ta’ għotja mniżżla fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ qafas.

5.   Huma biss il-kuntratti speċifiċi msejsa fuq il-kuntratti ta' qafas li għandhom jiġu ppreċeduti minn impenn mill-baġit.

Artikolu 118

Miżuri ta’ riklamar għall-kuntratti mid-Direttiva 2004/18/KE ħlief il-kuntratti fl-Anness II B

(l-Artikolu 90 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Il-pubblikazzjoni għall-kuntratti li għandhom valur daqs jew akbar mil-limiti stipulati fl-Artikoli 157 u 158 għandhom avviż ta' tagħrif minn qabel, avviż ta' kuntratt jew avviż ta' kuntratt issemplifikat u avviż ta' għotja.

2.   L-avviż ta’ tagħrif minn qabel hu l-avviż li permezz tiegħu l-awtoritajiet kontraenti jgħarrfu, bħala gwida, l-ammont totali stipulat tal-kuntratti u kuntratti ta’ qafas skond il-kategorija ta’ servizzi u gruppijiet ta’ prodotti u l-karatteristiċi essenzjali tal-kuntratti tax-xogħol li bi ħsiebhom jagħtu waqt is-sena tal-baġit, minbarra l-kuntratti taħt il-proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta' avviż ta' kuntratt. Dan għandu jsir biss meta l-ammont totali stmat tal-kuntratti hu daqs jew jaqbeż il-limiti stipulati fl-Artikolu 157 u li jekk l-awtorità kontraenti bi ħsiebha tagħmel użu mill-fakultà li tnaqqas id-data ta’ l-għeluq ta' l-ilqugħ ta' l-offerti b’konformità ma’ l-Artikolu 140 (4).

L-avviż ta’ tagħrif minn qabel hu ppubblikat mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (OPOCE) jiġifieri mill-awtoritajiet kontraenti infushom dwar il-‘profil ta’ xerrejja’ tagħhom kif inhu pprovdut fl-Anness VIII, punt 2, b), tad-Direttiva 2004/18/KE.

L-avviż ta’ tagħrif minn qabel hu mibgħut lill-OPOCE jew ippubblikat fuq il-profit tax-xerrej mill-aktar fis u mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull eżerċizzju għall-kuntratti ta’ fornitura u ta’ servizzi u għall-kuntratti tax-xogħol mill-aktar fis wara d-deċiżjoni li tawtorizza l-programm.

L-awtoritajiet kontraenti li jippubblikaw l-avviż ta’ tagħrif minn qabel dwar il-profil ta’ xerrej tagħhom jibgħatu lill-OPOCE, b’mezz elettroniku b’konformità mal-format u r-regoli ta’ trażmissjoni indikati fl-Aneess VIII, punt 3, tad-Direttiva 2004/18/KE, avviż li jgħarraf il-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ tagħrif minn qabel dwar profil ta’ xerrej.

3.   L-avviż tal-kuntratt jippermetti lill-awtoritajiet kontraenti li jgħarrfu l-intenzjoni tagħhom li jniedu proċedura ta’ għotja ta’ kuntratt jew ta’ kuntratt ta’ qafas jew ta’ implimentazzjoni ta’ sistema ta’ akkwist dinamiku, stipulat fl-Artikolu 125 bis. Dan hu obbligatorju għall-kuntratti li l-ammont stmat tagħhom hu daqs jew jaqbez il-limiti stipulati fl-Artikolu 158(1), punti a) u c), mingħajr ħsara għall-kuntratti konklużi wara proċedura negozjata mniżżla fl-Artikolu 126. Dan mhux obbligatorju għall-kuntratti speċifiċi msejsa fuq il-kuntratti ta’ qafas.

L-awtoritajiet kontraenti li jixtiequ jagħtu kuntratt speċifiku msejjes fuq sistema ta’ akkwist dinamiku għandhom jgħarrfu l-intenzjoni taħghom permezz ta’ avviz ta’ kuntratt issemplifikat.

F’każ ta’ proċedura miftuħa, l-avviż tal-kuntratt għandu juri d-data, ħin u, jekk jeħtieġ, il-post tal-laqgħa ta’ tal-kummissjoni tal-ftuħ, li hi miftuħa għal min jitfa’ l-aħjar offerta.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jispeċifikaw jekk jawtorizzaw jew le l-varjanti u l-livelli ta’ kapaċità minimi li jitolbu jekk jużaw il-possibbiltà stipulata fl-Artikolu 135(2), it-tieni inċiż. Huma għandhom jindikaw il-kriterji ta’ selezzjoni mniżżla fl-Artikolu 135 li bi ħsiebhom jużaw, in-numru minimu ta’ kandidati li bi ħsiebhom jistiednu biex jitfgħu offerta u, jekk jeħtieġ, l-akbar numru, kif ukoll il-kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji li bi ħsiebhom jużaw biex jillimitaw in-numru, skond l-Artikolu 123(1), it-tieni inċiż.

Fil-każijiet fejn id-dokumenti ta’ sejħa għall-kompetizzjoni huma ta’ aċċess ħieles, dirett u sħiħ b’mezzi elettroniċi, b’mod partikulari fis-sistemi ta’ akkwist dinamiku stipulat fl-Artikolu 125 bis, l-indirizz tal-websajt fejn id-dokumenti jistgħu jiġu kkonsultati jidher fl-avviż tal-kuntratt.

L-awtoritajiet kontraenti li jixtiequ jorganizzaw kompetizzjoni għandhom jgħarrfu l-intenzjoni tagħhom permezz ta’ avviż.

4.   L-avviż ta’ għotja tippreżenta r-riżultati tal-proċedura ta’ għotja tal-kuntratti, ta’ kuntratti ta’ qafas jew ta’ kuntratti imsejsa fuq sistema ta’ akkwist dinamiku. Dan hu obbligatorju għall-kuntratti ta' ammont li hu daqs jew jaqbeż il-limiti stipulati fl-Artikolu 158. Dan mhux obbligatorju għall-kuntratti msejsa fuq il-kuntratti ta’ qafas.

Dan hu mibgħut lill-OPOCE sa mhux aktar tard minn tmienja u erbgħin ġurnata tal-kalendarju wara l-għeluq tal-proċedura, jiġifieri mid-data tal-firma tal-kuntratt u tal-kuntratt ta' qafas. Madankollu, l-avviżi relatati mal-kuntratti msejsa fuq sistema ta’ akkwist dinamiku jistgħu jingħaqdu f’grupp fuq bażi ta’ kull tliet xhur. Wara, dawn huma mibgħuta lill-OPOCE l-aktar tard sa tmienja u erbgħin ġurnata wara l-aħħar tat-tliet xhur.

L-awtoritajiet kontraenti li organizzaw kompetizzjoni jibagħtu lill-Komunitajiet Ewropej avviż dwar ir-riżultati tiegħu lill-OPOCE.

5.   L-avviżi huma mfassla skond il-formoli standard adottati mill-Kummissjoni b’applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE.”

5)

L-Artikolu 119 hu emendat kif ġej:

a)

It-titolu hu mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 119

Miżuri ta’ riklamar għall-kuntratti li mhumiex koperti mid-Direttiva 2004/18/KE u l-kuntratti ta’ l-Anness II B

(l-Artikolu 90 tar-Regolament Finanzjarju)

b)

Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

i)

l-ewwel sentenza hi mibdula bit-test li ġej:

“Il-Kuntratti li għandhom valur anqas mil-limiti stipulati fl-Artikolu 158 u l-kuntratti ta’ servizzi mniżżla fl-Anness IIB tad-Direttiva 2004/18/KE għandhom jiġu riklamati b’mod xieraq sabiex jiggarantixxu l-ftuħ tal-kuntratt għal kompetizzjoni u l-imparzjalità tal-proċeduri ta’ għotja ta’ kuntratt.”

ii)

Il-punt b) hu mibdul bit-test li ġej:

“b)

il-pubblikazzjoni annwali ta’ lista ta’ kuntratturi, li tispeċifika l-għan u l-ammont tal-kuntratt mogħti, għall-kuntratti ta’ valur daqs jew li jaqbeż 13 800 euro.”

iii)

il-paragrafu li ġej hu miżjud:

“Il-pubblikazzjoni stipulata fl-ewwel inċiż, punt b) mhix obbligatorja għall-kuntratti speċifiċi bbażati fuq kuntratt ta’ qafas.”

c)

Il-Paragrafu 2 hu mibdul bit-test li ġej:

“2.   Il-lista ta kuntratturi li se jingħatawlhom kuntratti ta’ proprjetà u l-kuntratti ddikjarati sigrieti mniżżla fl-Artikolu 126(1), punt j), huma suġġetti biss għal pubblikazzjoni annwali b’indikazzjoni ta’ l-għan u l-ammont tal-kuntratti mogħtija. Din il-lista hi kkomunikata lill-awtorità tal-baġit. Fil-każ tal-Kummissjoni, din hi mehmuża ma' l-Anness fis-sintesi tar-rapporti ta' attività annwali mniżżla fl-Artikolu 60(7) tar-Regolament Finanzjarju.”

6)

Fl-Artikolu 120 (1), it-tieni inċiż hu mibdul bit-test li ġej:

“Il-limitu ta' żmien fl-ewwel paragrafu hu mnaqqas għal ħames ġranet tal-kalendarju fil-proċeduri mħaffa msemmija fl-Artikolu 142.”

7)

Fl-Artikolu 122, il-paragrafu 2 hu mibdul bit-test li ġej:

“2.   Il-Kuntratt għal sejħa għall-offerti hu miftuħ meta kull operatur ekonomiku interessat jista’ jitfa’ offerta. Dan jgħodd ukoll għas-sistemi ta’ akkwist dinamiku mniżżla fl-Artikolu 125a.

Is-sejħa għall-offerti hi limitata meta l-operaturi ekonomiċi jistgħu jitolbu li jieħdu sehem u huma biss il-kandidati li jissodisfaw il-kriterji ta’ selezzjoni mniżżla fl-Artikolu 135 u li huma mistiedna flimkien u bil-miktub mill-awtoritajiet kontraenti li jistgħu jitfgħu offerta jew tweġiba fil-qafas tal-proċedura ta’ djalogu kompettitiv imniżżel fl-Artikolu 125b.

Il-fażi ta’ selezzjoni tista’ tiġi ripetuta għal kull kuntratt individwali, kif ukoll fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, jew fuq tfassil ta’ lista ta’ kandidati potenzjali fil-qafas tal-proċedura limitata fl-Artikolu 128.”

8)

L-Artikolu 123 hu emendat kif ġej:

a)

Il-Paragrafu 2 hu mibdul bit-test li ġej:

“2.   Fil-proċedura negozjata u fil-proċedura limitata wara djalogu kompetittiv, in-numru ta’ kandidati mistiedna jinnegozjaw jew jitfgħu offerta ma jistax ikun anqas minn tlieta, bil-kundizzjonijiet li jkun hemm numru biżżejjed ta' kandidati li jissodisfaw il-kriterji ta' selezzjoni.

In-numru ta’ kandidati mistiedna sabiex jitfgħu offerta għandu jkun biżżejjed biex jiżguraw kompetizzjoni vera.

Id-dispożizzjonijiet ta’ l-ewwel u t-tieni inċiż ma japplikawx:

a)

għall-kuntratti ta’ ammont baxx imniżżla fl-Artikolu 129(3);

b)

għall-kuntratti ta’ servizzi legali fis-sens ta’ l-Anness IIB tad-Direttiva 2004/18/KE;

c)

għall-kuntratti ddikjarati sigrieti mniżżla fl-Artikolu 126(1), punt j).”

b)

Il-paragrafu 3 li ġej hu miżjud:

“3.   Meta n-numru ta’ kandidati li jissodisfaw il-kriterji ta’ selezzjoni u l-livell minimu ta’ kapaċitàjiet hu inferjuri min-numru minimu stipulat fil-paragrafi 1 u 2, l-awtorità kontraenti tista’ tkompli l-proċedura billi tistieden il-kandidat jew kandidati li għandhom il-kapaċitàjiet meħtieġa. Min-naħa l-oħra, ma jistax jiġu inklużi operaturi ekonomiċi oħra li ma talbux sabiex jieħdu sehem jew kandidati li m’għandhomx il-kapaċitajiet meħtieġa.”

9)

Fl-Artikolu 124, l-inċiż li ġej hu miżjud:

“Meta l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jgħaddu l-kuntratti tagħhom billi jirrikorru għal proċedura negozjata wara li jkunu ppubblikaw avviż tal-kuntratt, b’konformità ma’ l-Artikolu 127, huma jistgħu jipprevedu li l-proċedura negozjata sseħħ f’fażijiet suċċessivi b'mod li tnaqqas in-numru ta' offerti li għandhom jiġu nnegozjati billi jiġu applikati kriterji ta' attribuzzjoni indikati fl-avviż tal-kuntratt jew fl-ispeċifikazzjoni. L-użu ta’ din il-fakultà hi indikata fl-avviż tal-kuntratt jew fl-ispeċifikazzjoni.”

10)

Fl-Artikolu 125(3), l-inċiż li ġej hu miżjud:

“Il-kandidati jistgħu jiġu mistiedna minn ġurija biex iwieġbu għall-mistoqsijiet irraportati fil-proċess verbali sabiex jiċċaraw proġett. Rapport sħiħ tad-djalogu li rriżulta hu stabbilit.”

11)

L-Artikoli 125a u 125b li ġej huma miżjuda:

“Artikolu 125a

Sistema ta’ akkwist dinamiku

(l-Artikolu 91 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Is-sistema ta’ akkwist dinamiku skond l-Artikolu 1(6) u l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2004/18/KE, hu proċess ta’ akkwist kompletament elettroniku għal xiri ta’ użu frekwenti, miftuħ waqt it-tul tiegħu kollu għal kull operatur ekonomiku li jissodisfa l-kriterji ta’ selezzjoni u li ressaq offerta indikattiva skond it-termini u l-kundizzjonijiet u d-dokumenti komplimentari eventwali. L-offerti indikattivi jistgħu jittejbu f'kull mument, b'kundizzjoni li jibqgħu konformi mat-termini u l-kundizzjonijiet.

2.   Sabiex tiġi implimentata sistema ta’ akkwist dinamiku, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jippubblikaw avviż tal-kuntratt li jispeċifika li din hi sistema ta’ akkwist dinamiku u li jkollu referenza għall-indirizz tal-websajt li fih jistgħu jiġu kkonsultati t-termini u l-kundizzjonijiet u kull dokument anċillari, b’mod ħieles, dirett u sħiħ, mill-pubblikazzjoni ta’ l-avviż sa’ l-għeluq tas-sistema.

Huma jiċċaraw it-termini u l-kundizzjonijiet, fost oħrajn, in-natura tax-xiri maħsub li jkun suġġett għall-għan ta’ din is-sistema, kif ukoll kull tagħrif meħtieġ dwar is-sistema ta’ akkwist, it-tagħmir elettronniku użat u l-arranġamenti u speċifikazzjonijiet tekniċi ta’ konnessjoni.

3.   L-awtoritajiet kontraenti jagħtu, tul is-sistema ta' akkwist dinamiku, il-possibbiltà lil kull operatur ekonomiku li jitfa’ offerta indikattiva sabiex jitħalla jidħol fis-sistema bil-kundizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu 1. Huma jiksbu l-evalwazzjoni fi żmien massimu ta’ ħmistax-il ġurnata mid-data tal-preżentazzjoni ta’ l-offerta indikattiva. Madankollu, huma jistgħu jestendu l-perijodu ta’ evalwazzjoni sakemm l-ebda sejħa għall-offerta ma tintervjeni waqt dan l-istess perijodu.

L-awtoritajiet kontraenti jgħarrfu b’kollox lil min qiegħed jagħmel l-offerta ta’ l-inklużjoni tiegħu fis-sistema ta’ akkwist dinamiku jew ta’ eleminazzjoni ta’ l-offerta tiegħu.

4.   Kull kuntratt speċifiku hu suġġett għal sejħa għall-offerti. Qabel ma toħroġ din is-sejħa, l-awtoritajiet kontraenti jippubblikaw avviż ta' kuntratt semplifikat li jistieden l-operaturi ekonomiċi interessati kollha biex jitfgħu offerta indikattiva, fi żmien li ma jistax ikun anqas minn ħmistax-il ġurnata mid-data tal-kunsinna ta' l-avviż semplifikat. L-awtoritajiet kontraenti jagħmlu sejħa għall-offerti biss wara li jkunu kisbu evalwazzjoni ta’ l-offerti indikattivi kollha li ġew imressqa waqt dan iż-żmien.

L-awtoritajiet kontraenti jistiednu kull min jifta’ offerta li ġie mdaħħal fis-sistema sabiex jitfa’ offerta fi żmien adegwat. Huma joffru l-kuntratt lill persuna li tefgħet l-aktar offerta li hi ekonomikament vantaġġuża fuq il-bażi tal-kriterji ta’ għotja mniżżla fl-avviż tal-kuntratt għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ akkwist dinamiku. Jekk jeħtieġ, dawn il-kriterji jistgħu jiġu speċifikati fis-sejħa għall-offerti.

5.   It-tul tas-sistema ta’ akkwist dinamiku ma jistax jaqbeż l-erba’ snin, ħlief f'każijiet eċċezzjonali ġġustifikati kif xierqa.

L-awtoritajiet kontraenti ma jistgħux jużaw din is-sistema biex iwaqqfu, jillimitaw, jew iwasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni.

L-ebda spejjez amministrattivi ma ġew imposti lill-operaturi ekonomiċi interessati jew lill-partijiet tas-sistema.

Artikolu 125b

Djalogu kompetittiv

(Artikolu 91 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Meta kuntratt ikun partikularment ikkumplikat, l-awtorità kontraenti, jekk tqies li l-użu dirett tal-proċedura miftuħa jew ta’ l-emendi preżenti li jmexxu l-proċedura limitata ma jħallux l-għotja tal-kuntratt għall-offerta li ekonomikament tkun l-aħjar waħda, din tista’ tuża d-djalogu kompetittiv mniżżel fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2004/18/KE.

Kuntratt hu meqjus bħala partikularment ikkumplikat meta l-awtorità kontraenti mhux kapaċi b’mod oġġettiv li tiddefinixxi l-mezzi tekniċi li jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet jew għanjiet tagħha jew li jistabbilixxu l-karattru legali jew finanzjarju tal-proġett.

2.   L-awtoritajiet kontraenti jippubblikaw avviż tal-kuntratt li fih huma jgħarrfu l-ħtiġijiet u l-eżigenzi tagħhom, li jiddefinixxu f’dan l-istess avviż u/jew f’dokument deskrittiv.

3.   L-awtoritajiet kontraenti jiftħu, mal-kandidati li jissodisfaw il-kriterji ta’ selezzjoni mniżżla fl-Artikolu 135, djalogu sabiex jidentifikaw u jiddefinixxu l-mezzi xierqa sabiex jissodisfaw mill-aħjar il-ħtiġijiet tagħhom.

Waqt id-djalogu, l-awtoritajiet kontraenti jiggarantixxu l-ugwaljanza tat-trattament ta’ kull min jitfa’ offerta u l-kunfidenzjalità tat-tweġibiet proposti jew tagħrif ieħor ikkomunikat minn kandidati li jieħdu sehem fid-djalogu, ħlief jekk kien hemm ftehim ma’ dan dwar il-preżentazzjoni tagħhom.

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jistipulaw proċedura li titwettaq f’bosta fażijiet suċċessivi b’mod li tnaqqas in-numru ta’ tweġibiet li għandhom jiġu diskussi waqt il-fażi ta’ djalogu billi japplikaw il-kriterji ta’ għotja mniżżla fl-avviż tal-kuntratt jew fid-dokument deskrittiv, jekk din il-possibbiltà hi mniżżla fl-avviż tal-kuntratt jew fid-dokument deskrittiv.

4.   Wara li jkunu għarrfu lill-parteċipanti bil-konklużjoni tad-djalogu, l-awtoritajiet kontraenti jistednuhom jerġgħu jitgħu offerta finali msejsa fuq it-tweġiba jew tweġibiet imressqa u speċifikati waqt id-djalogu. Dawn l-offerti jinkludu l-elementi kollha meħtieġa għat-twettiq tal-proġett.

Fuq talba ta’ l-awtorità kontraenti, dawn l-offerti jistgħu jiġi spjegati, iċċarati u mtejba mingħajr ma’ jinbidlu l-elementi fundamentali ta' l-offerta jew tas-sejħa għall-offerti, li l-bidla fihom tista’ twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni jew li jkollha effett diskriminatorju.

Fuq talba ta’ l-awtorità kontraenti, dak li ġie identifikat bħala li tefa’ l-aħjar offerta jista’ jiġi mitlub jiċċara l-aspetti ta’ l-offerta tiegħu u jikkonferma l-impenji mniżżla fiha, bil-patt u kundizzjoni li dan ma jwassalx għal bidla ta' l-elementi importanti ta' l-offerta jew tas-sejħa għall-offerti, jew għal distorsjoni tal-kompetizzjoni jew joħloq diskriminazzjonijiet.

5.   L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jistipulaw il-prezzijiet jew il-pagamenti għal-parteċipanti waqt id-djalogu.”

12)

L-Artikolu 126, hu emendat kif ġej:

a)

Il-paragrafu 1 hu emendat kif ġej:

i)

il-sentenza ta’ introduzzjoni u l-punt a) huma mibdula b’dan it-test li ġej:

“L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż tal-kuntratt, ikun x’ikun l-ammont stmat tal-kuntratt, fil-każijiet li ġejjin:

a)

meta l-ebda offerta jew l-ebda offerta xierqa jew l-ebda applikazzjoni ma ġiet imressqa bħala tweġiba ta’ proċedura miftuħa jew limitata, wara l-għeluq tal-proċedura inizjali, sakemm il-kundizzjonijiet inizjali tal-kuntratt kif speċifikati fid-dokumenti ta' sejħa għall-offerti mniżżla fl-Artikolu 130 ma jkunux konsiderevolment mibdula;”

ii)

il-punt c) hu mibdul bit-test li ġej:

“c)

fejn hu verament meħtieġ, għal raġunijiet ta' urġenza estrema, inwassla minn ġrajjiet imprevedibbli li ma sarux mill-awtorità kontraenti, hu impossibbli li jkunu kompatibbli mad-dati ta’ għeluq mituba mill-proċedura l-oħra u stipulati fl-Artikoli 140, 141 u 142;”

iii)

il-punti e) u f) huma mibduli bit-test li ġej:

“e)

għas-servizzi u xogħol kumplimentari li mhumiex imniżżla la fil-proġett inizjali maħsub la fl-ewwel kuntratt konkluż imma li, wara ċirkostanzi mhux mistennija, saru meħtieġa għat-twettiq tas-servizzi u tax-xogħol, bil-kundizzjonijiet imniżżla fil-pargarafu 2;

f)

għal servizzi jew xogħlijiet ġodda magħmula minn repetizzjoni ta’ servizzi u ta’ xogħolijiet simili fdati lill-operatur ekonomiku li ngħata l-ewwel kuntratt mill-istess awtorità kontraenti, bil-kundizzjoni li dawn is-servizzi jew xogħlijiet jkunu konformi ma’ proġett ta’ bażi u li dan il-proġett kien is-suġġett ta’ proċedura inizzjali magħmula skond il-proċedura miftuħa jew limitata, fil-kundizzjonijiet imniżżla fil-pargarafu 3;”

iv)

Fil-punt g) il-punti li ġej huma miżjuda:

“iii)

fil-każ ta’ provvisti kkwotati u mixtrija f’suq tal-merkanzija;

iv)

fil-każ ta’ xiri b’kundizzjonijiet partikularment tajbin, jew minn furnitur li waqaf b’mod definittiv l-attivitajiet kummerċjali tiegħu, jew minn kuratur jew likwidatur ta’ falliment, arranġament mal-kredituri jew proċedura ta’ l-istess tip skond il-liġi nazzjonali;”

v)

Il-punt i) hu mibdul bit-test li ġej:

“i)

għall-kuntratti ta’ servizzi legali fis-sens ta’ l-Anness II B tad-Direttiva 2004/18/KE;, li huma madankollu suġġetti għal riklamar xieraq;”

vi)

Il-punt j) li ġej hu miżjud:

“j)

għall-kuntratti ddikjarati sigrieti mill-istituzzjoni jew awtoritajiet delegati minn din, jew għall-kuntratti li t-twettiq tagħhom għandu jkun imsaħħaħ b’miżuri ta’ sigurtà speċjali skond id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ, jew meta l-ħarsien ta’ l-imgħax essenzjali tal-Komunitajiet jew ta’ l-Unjoni jeħtieġu dan.”

vii)

It-tieni inċiż li ġej hu miżjud:

“L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw il-proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż tal-kuntratt għal kull kuntratt ta’ valur anqas minn 13 800 euro.”

b)

Fil-paragrafu 3, l-ewwel sentenza hi sostitwita bit-test li ġej:

“Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel inċiż, punt f), il-possibbiltà li tintuża proċedura nnegozjata hi indikata mill-proċedura ta' kompetizzjoni ta' l-ewwel operazzjoni u l-ammont totali maħsub għall-bqija tas-servizzi jew xogħlijiet hu meħud f’kunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-limiti msemmija fl-Artikolu 158.”

13)

L-Artikolu 127 hu emendat kif ġej:

a)

Il-paragrafu 1 hu emendat kif ġej:

i)

Is-sentenza ta’ introduzzjoni u l-punti a) u b) huma mibdula bit-test li ġej:

“L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw il-proċedura negozjata wara li ppubblikaw avviż tal-kuntratt, ikun x’ikun l-ammont stmat tal-kuntratt, fil-każijiet li ġejjin:

a)

quddiem offerti irregolari jew li ma jistgħux jiġu aċċetati, b’mod partikulari għal dak li għandu x’jaqsam mal-kriterji ta’ selezzjoni jew ta’ għotja, mogħtija bħala tweġiba għall-użu ta’ proċedura miftuħa jew limitata jew għal djalogu kompetittiv, li ngħalaq qabel, sakemm il-kundizzjonijiet inizjali tal-kuntratt kif speċifikati fid-dokumenti ta' sejħa għall-offerta mniżżla fl-Artikolu 130 ma jkunux konsiderevolment imbiddla, bla preġudizzju għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2;

b)

f’każijiet eċċezzjonali, meta dan jirrigwarda xogħlijiet, provvisti jew servizzi fejn in-natura jew ir-riskji tagħhom ma jippermettux li jiġi ffissat minn qabel u b’mod globali il-prezzijiet minn dawk li jagħtu l-offerti;”

ii)

il-punt e) hu mibdul bit-test li ġej:

“e)

għall-kuntratti ta’ servizzi legali mniżżla fl-Anness IIB tad-Direttiva 2004/18/KE bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 126(1), l-ewwel inċiż, il-punti i) u j) u t-tieni inċiż.”

b)

Il-paragrafu 2 hu mibdul bit-test li ġej:

“2.   Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, punt a), l-awtoritajiet kontraenti jistgħu ma jippubblikawx avviż ta’ kuntratt jekk huma jinkludu fil-proċedura nnegozjata dawk kollha li tefgħu l-offerti li jissodisfaw il-kriterji ta' selezzjoni li, matul il-proċedura ta' qabel, issottomettew offerti konformi għall-eżiġenzi tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt.”

14)

Fl-Artikolu 129, il-paragrafi 3 u 4 huma mibduli bit-test li ġej:

“3.   Il-kuntratti ta’ valur anqas minn 3 500 euro jistgħu jkunu suġġetti għal offerta waħda biss.

4.   Il-pagamenti mwettqa għal ammont ta’ anqas minn 200 euro jista’ jikkonsisti minn sempliċi rifużjoni ta’ kont, mingħajr approvazzjoni minn qabel ta’ offerta.”

15)

L-Artikolu 130 hu emendat kif ġej:

a)

Fil-paragrafu 1, il-punti a) u b) huma mibduli bit-test li ġej:

“a)

l-istedina għal sejħa għall-offerti, jew għal negozjar jew għal parteċipazzjoni f’djalogu fil-qafas tal-proċedura mniżżla fl-Artikolu 125b;

b)

it-termini u l-kundizzjonijiet li huma mehmuża miegħu jew, dokument deskrittiv tat-talbiet u ħtiġijiet tal-awtorità kontraenti fil-każ ta’ djalogu kompetittiv imniżżel fl-Artikolu 125b, jew l-isem ta’ l-indirizz Internet fejn jistgħu jiġu kkonsultati.;”

b)

Il-paragrafu 2 hu emendat kif ġej:

i)

Il-sentenza introduttorja u l-punti a) u b) huma mibdula bit-test li ġej:

“Is-sejħa għall-offerti jew għal negozjar jew għal parteċipazzjoni fid-djalogu tispeċifika għallinqas:

a)

l-emendi tat-tfigħ u l-preżentazzjoni ta’ offerti, b’mod partikulari d-data ta’ l-għeluq u ħin għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti, l-eżigenza eventwali biex timtela l-formula standard ta’ tweġiba, id-dokumenti li għandhom jiġu mehmuża, kif ukoll id-dokumenti anċillari tal-kapaċità ekonomika, finanzjarja, professjonali u teknika mniżżla fl-Artikolu 135 jekk mhix speċifikata fl-avviż tal-kuntratt, flimkien ma’ l-indirizz fejn għandhom jiġu mibgħuta;

b)

li offerta mitfugħa timplika li min tefa’ l-offerta aċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu 1 li l-offerta tirreferi għalih u li din l-offerta torbot lil min tefa’ l-offerta waqt it-twettiq, mal-kuntratt, jekk dan jingħata l-kuntratt;”

ii)

Il-punt e) li ġej hu miżjud:

“e)

fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, id-data stipulata u l-indirizz għall-bidu tal-fażi ta’ konsultazzjoni.”

c)

Il-paragrafu 3 hu emendat kif ġej:

i)

il-punti a) u b) huma mibdula bit-test li ġej:

“a)

l-kriterji ta’ esklużjoni u ta’ selezzjoni applikabbli għall-kuntratt, ħlief għall-proċedura limitata, kif ukoll wara djalogu kompetittiv, u fil-proċeduri negozjati b’pubblikazzjoni minn qabel ta' avviż imniżżel fl-Artikolu 127; f'dawn il-każijiet, dawn il-kriterji jidhru biss fl-avviż ta' kuntratt jew sejħa għal espressjoni ta’ interess;

b)

speċifika l-kriterji ta’ għotja ta’ kuntratt u l-piż relatat tagħhom jew, jekk ikun il-każ, l-ordni dejjem tonqos ta’ l-importanza ta’ dawn il-kriterji jekk ma jidhrux fl-avviż tal-kuntratt;”

ii)

Il-punt d) hu mibdul bit-test li ġej:

“d)

l-eżiġenzi minimi li għandhom jirrispettaw il-varjanti, fil-proċedura ta’ għoti lill-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament imsemmija fl-Artikolu 138(2), meta l-awtorità kontraenti tkun indikat fl-avviż tal-kuntratt li l-varjanti huma awtorizzati.”

iii)

Il-punt g) li ġej hu miżjud:

“g)

speċifika fis-sistemi ta’ akkwist dinamiku mniżżla fl-Artikolu 125a, it-tip ta’ xiri maħsub kif ukoll kull tagħrif li jikkonċerna s-sistema ta’ xiri, it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u speċifikazzjonijiet tekniċi ta’ konnessjoni.”

16)

L-Artikolu 131 hu emendat kif ġej:

a)

Fil-paragrafu 2, il-punt c) hu mibdul bit-test li ġej:

“c)

kull meta hu possibbli, il-kriterju ta’ aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità jew tfassil għal kull utent;”

b)

Fil-paragrafu 3, il-punt b) hu mibdul bit-test li ġej:

“b)

jew f’termini ta’ esekuzzjoni jew ta’ ħtieġa tat-tħaddim li jistgħu jinkludu karatteristiċi ambjentali u għandhom ikunu preċiżi biżżejjed sabiex jippermettu lil min jitfa’ l-offerta biex jiddetermina l-għan tal-kuntratt u lill-awtoritajiet kontraenti li jagħtu l-kuntratt; jew”

c)

Fil-paragrafu 4, l-inċiż li ġej hu miżjud:

“Jista’ jkun mezz xieraq, fajl tekniku tal-manifattur jew rapport ta’ prova ta’ korp magħruf.”

d)

Fil-paragrafu 5, l-inċiż li ġej hu miżjud:

“Dak li jitfa’ l-offerta hu meħtieġ jipprova, għas-sodisfazzjoni ta’ l-awtorità kontraent u b’kull mezz xieraq, li l-offerta tiegħu tissodisfa l-ħtiġijiet u eżigenzi tat-tħaddim stipulati mill-awtorità kontraenti. Fajl tekniku tal-manifattur jew rapport ta’ prova ta’ korp magħruf jista’ jitqies bħala mezz xieraq.”

e)

Il-paragrafi 5a u 5b li ġej huma miżjuda:

“5a.   Meta l-awtoritajiet kontraenti jistipulaw karatteristiċi ambjentali f’termini ta’ esekuzzjoni jew ta’ eżigenzi ta’ tħaddim, huma jistgħu jużaw l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati jew, jekk jeħtieġ, partijiet minn dawn, bħal ma ġew definiti bit-tikketti ekoloġiċi Ewropej, multinazzjonali, nazzjonali jew b’kull tikketta ekoloġika oħra, l-aqwa li l-kundizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti:

a)

l-ispeċifikazzjonijiet użati għandhom ikunu xierqa biex jiddefinixxu l-karatteristiċi tal-fornituri jew tas-servizzi li jkunu suġetti għall-kuntratt,

b)

l-eżigenzi tat-tikketta għandhom jiġu żviluppati fuq il-bażi ta’ tagħrif xjentifiku,

c)

it-tikketti ekoloġiċi għandhom jiġu adottati permezz ta’ proċess li kull parti kkonċernata bħall-korpi tal-gvern, il-konsumaturi, il-manufatturi, id-distributuri u l-korpi ambjentali jistgħu jieħdu sehem fih,

d)

it-tikketti ekoloġiċi għandhom ikunu aċċessibbli minn kull parti interessata.

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jindikaw li l-prodotti jew servizzi li għandhom l- tikketta ekoloġika huma meqjusa li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ddefiniti fit-termini u l-kundizzjonijiet. Huma jaċċettaw kull mezz ieħor ta’ prova xierqa, bħal fajl tekniku tal-manifattur jew rapport ta’ prova ta’ korp magħruf.

5b.   Korp magħruf għall-għanjiet tal-paragrafi 4, 5 u 5a u laboratorju ta’ testijiet jew ta’ kalibrar jew korp ta’ verifika u ta’ ċertifikazzjoni skond in-normi ewropej applikabbli.”

17)

L-Artikolu 134 hu mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 134

Evidenza

(l-Artikoli 93 sa 96 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   L-awtorità kontraenti taċċetta bħala prova sodisfaċenti li l-kandidat jew min jitfa’ l-offerta ma jsibx ruħhu f’wieħed mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 93(1), punti a), b) jew e), tar-Regolament Finanzjarju, il-preżentazzjoni ta’ estratt riċenti ta’ rekord legali jew, f’nuqqas ta’ dan, ta’ dokument ekwivalenti riċenti mogħti minn awtorità legali jew amministrattiva mill-pajjiż ta’ oriġini jew minn fejn ġej/ja, fejn jirriżulta li dawn l-eżigenzi huma ssodisfatti. L-awtorità kontraenti taċċetta bħala prova sodisfaċenti li l-kandidat jew min jifta’ l-offerta ma jinsabx f'wieħed mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 93(1), punt d), tar-Regolament Finanzjarju, ċertifikat riċenti maħruġ mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ikkonċernat.

2.   Meta dokument jew ċertifikat imniżżel fil-paragrafu 1, mhux maħruġ mill-pajjiż ikkonċernat u għall-każijiet l-oħra ta’ esklużjoni mniżżla fl-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju, dan jista’ jiġi mibdul b’dikjarazzjoni maħlufa jew, f’nuqqas ta’ dan, b’dikjarazzjoni solenni magħmula mill-parti kkonċernata quddiem awtorità legali jew amministrattiva, nutar jew korp professjonali kwalifikat tal-pajjiż ta’ oriġini jew minn fejn ġej.

Għall-kuntratti ta’ valur anqas minn 50 000 euro, l-awtorità kontraenti tista’, skond l-analiżi tar-riskju tagħha, titlob lill-kandidati jew min jitfa’ l-offerta biex ma jipprovdux ħlief dikjarazzjoni fuq l-unur tiegħu li tiċċertifika li huma ma jinsabux f’waħda mis-sitwazzjonijiet imniżżla fl-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju.

3.   Skond il-leġislazzjoni nazzjonali tal-pajjiż fejn min jitfa’ l-offerta jew il-kandidat huma stabbiliti, id-dokumenti mniżżla fil-paragrafi 1 u 2, dwar il-persuni ġuridiċi u persuni fiżiċi, kif ukoll, jekk jeħtieġ, fil-każijiet fejn l-awtorità kontraenti tqisu meħtieġ, il-kapijiet ta’ l-impriżi jew kull persuna oħra li għandha setgħa ta’ rappreżentazzjoni, ta' tfassil ta’ deċiżjoni jew ta' kontroll tal-kandidat jew ta' min jitfa’ l-offerta.

4.   Meta jkollhom dubji fuq is-sitwazzjoni personali tal-kandidati jew ta’ min jitfa’ l-offerta, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jindirizzaw ruħhom lill-awtoritajiet kompetenti mniżżla fil-paragrafu 1 biex jiksbu tagħrif meħtieġ għal din is-sitwazzjoni.”

18)

L-Artikolu 135 hu emendat kif ġej:

a)

Il-paragrafu 5 hu mibdul bit-test li ġej:

“5.   L-informazzjoni mitluba mill-awtorità kontraenti bħala prova tal-kapaċità finanzjarja, ekonomika, teknika u professjonali tal-kandidat jew ta’ min jitfa’ l-offerta u l-livelli minimi ta’ kapaċità meħtieġa skond il-paragrafu 2, ma jistgħux imorru ’lil hinn mill-għan tal-kuntratt u jqisu l-imgħax leġittimi ta’ l-operaturi eknomiċi, għal dak li għandu x’jaqsam b’mod paritkulari mal-ħarsien tas-sigrieti tekniċi u kummerċjali ta’ l-impriża.”

b)

Il-paragrafu 6 li ġej hu miżjud:

“6.   Għall-kuntratti ta’ valur anqas minn 50 000 euro, l-awtorità kontraenti tista’, skond l-analiżi tar-riskju tagħha, tagħżel li ma titlobx id-dokumenti li jiġġustifikaw il-kapaċità ekonomika u finanzjarja, teknika u professjonali tat-tħaddim tal-kandidat jew ta’ min jitfa’ l-offerta. F’dan il-każ, l-ebda prefinanzjament jew ħlas temporanju ma jista' jitwettaq.”

19)

L-Artikolu 136, hi emendata kif ġej:

a)

Fil-paragrafu 1, il-sentenza introduttorja hi mibdula bit-test li ġej:

“Il-ġustifikazzjoni tal-kapaċità finanzjarja u ekonomika tista’ b’mod partikulari tiġi ppruvata permezz ta’ wieħed jew bosta mid-dokumenti li ġejjin:”

b)

Fil-paragrafu 3, hu inkluż l-inċiż li ġej:

“Skond l-istess kondizzjonijiet, grupp ta’ operaturi ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 116 (6), jistgħu jiddefendu l-kapaċitajiet tal-parteċipanti fil-grupp jew ta’ entitajiet oħra.”

20)

L-Artikolu 137 hu emendat kif ġej:

a)

Il-paragrafu 2 hu emendat kif ġej:

i)

Il-sentenza introduttorja hi mibdula bit-test li ġej:

“Il-kapaċità teknika u professjonali ta’ l-operaturi ekonomiċi tista’ tiġi ġġustifikata, skond in-natura, kwantità jew importanza u l-użu tal-provvisti, servizzi jew xogħol li għandu jiġi pprovdut, fuq il-bażi ta' wieħed jew aktar mid-dokumenti li ġej:”

ii)

Il-punt d) hu mibdul bit-test li ġej:

“d)

deskrizzjoni tat-tagħmir tekniku u tal-miżuri meħudha sabiex jiggarantixxu ruħhom mill-kwalità tal-provvisti u tas-servizzi, kif ukoll tal-mezzi ta’ studju u ta’ riċerka ta’ l-impriża;”

iii)

Il-punt i) li ġej hu miżjud:

“i)

Għall-kuntratti pubbliċi ta’ xogħol u ta’ servizzi u biss fil-każijiet xierqa, l-indikazzjoni tal-miżuri ta’ tmexxija ambjentali li l-operatur ekonomiku jista’ japplika waqt it-twettiq tal-kuntratt.”

b)

Il-paragrafi 3a u 3b li ġej huma miżjuda:

“3a.   Meta l-awtoritajiet kontraenti jitolbu l-preżentazzjoni ta’ ċertifikati stabbiliti minn korpi indipendenti li jiddikjaraw li l-operatur ekonomiku hu konformi għal ċertu normi ta’ garanzija tal-kwalità, huma jirreferu għas-sistemi ta' sigurtà tal-kwalità msejsa fuq serje ta’ normi Ewropej fis-suġġett u ċċertifikati minn korpi konformi mas-serje ta’ normi Ewropej dwar iċ-ċertifikazzjoni.

3b.   Meta l-awtoritajiet kontraenti jitolbu l-preżentazzjoni ta’ ċertifikati stabbiliti minn korpi indipendenti, li jiddikjaraw li l-operatur ekonomiku hu konformi ma’ ċertu normi ta’ garanzija ambjentali, huma jirreferu għas-Skema Komunitarja ta’ Tmexxija Ambjentali u ta’ Verifika (EMAS) stipulata fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 761/2001 (***) jew fin-normi ta’ tmexxija ambjentali msejsa fuq in-normi Ewropej jew internazzjonali fis-suġġett u ċċertifikati minn korpi konformi mal-leġislazzjoni komunitarja jew man-normi Ewropej jew internazzjonali dwar iċ-ċertifikazzjoni. Huma jqisu bħala validi, iċ-ċertifikati ekwivalenti stabbiliti fi Stati Membri oħra. Huma jaċċetaw ukoll provi oħra ta’ miżuri ekwivalenti ta’ tmexxija ambjentali prodotti mill-operaturi ekonomiċi.

(***)  ĠU L 114, ta’ l-24.4.2001, p. 1.”"

c)

Fil-paragrafu 4, hu miżjud l-inċiż li ġej:

“Skond l-istess kundizzjonijiet, grupp ta’ operaturi ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 116(6), jista’ jiddefendi l-kapaċitajiet tal-parteċipanti fil-grupp jew ta’ entitajiet oħra.”

21)

Fl-Artikolu 138(3), l-ewwel u t-tieni inċiż huma mibdula bit-test li ġej:

“L-awtorità kontraenti tispeċifika fl-avviż tal-kuntratt jew fit-termini u l-kundizzjonijiet jew fid-dokument deskrittiv il-piż relattiv li tagħti lill kull waħda mill-kriterji magħżula biex jiddeterminaw l-aħjar offerta ekonomikament. Dan il-piż jista’ jintwera permezz ta’ parametru b’differenza massima xierqa.

Il-piż applikat mal-prezz meta mqabbel ma’ kriterji oħra m’għandux iwassal għall-fatt li l-prezz ma jibqax jingħata importanza fl-għażla ta’ min jingħata l-kuntratt, bla preġudizzju għall-iskala tal-prezzijiet stipulata mill-istituzzjonijet għall-ħlas ta' ċertu servizzi, bħal dawk mogħtija minn esperti evalwaturi.”

22)

L-Artikolu 138a li ġej hu miżjud:

“Artikolu 138a

Użu ta' rkant elettroniku

(l-Artikolu 97(2) tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Fil-proċeduri miftuħa, limitati jew negozjati fil-każ imniżżel fl-Artikolu 127(1), punt a), l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li l-għotja ta’ kuntratt pubbliku jkun preċedut minn irkant elettroniku skond l-Artikolu 54 tad-Direttiva 2004/18/KE, meta l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt jistgħu jiġu stabbiliti b’mod preċiż.

Fl-istess kundizzjonijiet, l-irkant elettroniku jista’ jintuża waqt il-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni tal-partijiet għall-kuntratt ta’ qafas imniżżel fl-Artikolu 117(4), punt b), u l-ftuħ tal-kompetizzjoni tal-kuntratti li għandhom jingħataw fil-qafas ta’ sistema ta’ akkwist dinamiku mniżżel fl-Artikolu 125a.

L-irkant elettroniku għandu jkun imsejjes sew fuq prezzijiet biss meta l-kuntratt hu mogħti lill-prezz l-aktar baxx, sew fuq prezzijiet u/jew fuq il-valuri ta’ elementi ta’ offerti indikati fit-termini u l-kundizzjonijiet meta kuntratt hu mogħti lil dik li ekonomikament hi l-aħjar offerta.

2.   L-awtoritajiet kontraenti li jiddeċiedu li jużaw irkant elettroniku għandhom jiddikjaraw dak il-fatt fl-avviż tal-kuntratt.

It-termini u l-kundizzjonijiet għandhom jinkludu fost oħrajn, it-tagħrif li ġej:

a)

l-elementi li l-valur tagħhom ħa jkun suġġett għall-irkant elettroniku, sakemm dawn l-elementi jistgħu jingħaddu b'mod li jintwerew f'ċifri jew f'persentaġġi;

b)

il-limiti eventwali fuq il-valuri li jistgħu jiġu ppreżentati, kif jirriżultaw mill-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-għan tal-kuntratt;

c)

it-tagħrif li se jkun disponibbli għal min jitfa’ l-offerta waqt l-irkant elettroniku u jekk ikun il-każ, meta tkun disponibbli għalihom;

d)

it-tagħrif ikkonċernat dwar il-proċess ta’ l-irkant elettroniku;

e)

il-kundizzjonijiet fejn dawk li jitfgħu l-offerta jkunu jistgħu jagħmlu offerta u b’mod partikulari, id-differenzi minimi li, jekk jeħtieġ, ikunu mitluba sabiex ikunu jistgħu jagħmlu offerta;

f)

it-tagħrif ikkonċernat dwar it-tagħmir elettroniku użat u dwar l-emendi u speċifikazzjonijiet tekniċi ta’ konnessjoni.

3.   Qabel ma jseħħ l-irkant elettroniku, l-awtoritajiet kontraenti jwettqu l-ewwel evalwazzjoni sħiħa ta’ l-offerti skond il-kriterju(i) ta' għotja u l-piż stipulat għalihom.

Kull min tefa’ offerta valida hu mistieden fl-istess waqt b’mezzi elettroniċi biex jippreżenta prezzijiet u/jew valuri ġodda. L-istedina irid ikun fiha kull tagħrif siewi għall-konnessjoni individwali mat-tagħmir elettroniku użat u tispeċifika d-data u l-ħin tal-bidu ta’ l-irkant elettroniku. L-irkant elettroniku jista’ jitwettaq f’bosta fażijiet wieħed wara l-ieħor. L-irkant elettroniku ma jistax jibda qabel jumejn xogħol mid-data tal-kunsinna tas-sejħa.

4.   Meta l-għotja hi magħmula għal dik li ekonomikament hi l-aħjar offerta, is-sejħa hi mehmuża bir-riżultat ta’ l-evalwazzjoni sħiħa ta’ l-offerta kkonċernata, imwettqa skond il-piż stipulat fl-Artikolu 138(3), l-ewwel inċiż.

Is-sejħa tiddikjara wkoll il-formola matematika li tiddetermina waqt l-irkant elettroniku l-klassifikazzjoni mill-ġdid awtomatika tal-prezzijiet l-ġodda u/jew valuri ġodda ppreżentati. Din il-formula tinkorpora l-piż tal-kriterji kollha stipulati biex jiddeterminaw liema hu ekonomikament l-aħjar offerta, bħal ma hi indikata fl-avviż tal-kuntratt jew fit-termini u l-kundizzjonijiet; għal dan l-iskop, il-parametri eventwali għandhom jiġu indikati minn qabel b’valur iddeterminat.

Fil-każ fejn varjanti huma awtorizzati, għandhom jiġu pprovduti formoli separatament għal kull varjant.

5.   Waqt kull fażi ta’ l-irkant elettroniku, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jgħarrfu mill-ewwel lil kull min jitfa’ offerta għall-anqas it-tagħrif li jippermettilhom ikunu jafu l-klassifikazzjoni tagħhom rispettiva f’kull ħin. Huma jistgħu wkoll ixandru tagħrif ieħor dwar prezzijiet jew valuri oħra ppreżentati bil-kundizzjoni li dawn ikunu mniżżla fit-termini u l-kundizzjonijiet. Huma jistgħu wkoll, f’kull ħin, jgħarrfu n-numru ta’ parteċipanti fil-fażi ta’ l-irkant. Madankollu, fl-ebda sitwazzjoni, ma jistgħu jxandru l-identità ta’ min jitfa’ offerta waqt it-twettiq tal-fażijiet ta’ l-irkant elettroniku.

6.   L-awtoritajiet kontraenti jagħlqu l-irkant elettroniku skond waħda jew aktar mill-modi li ġejjin:

a)

Huma jindikaw, fl-istedina biex tipparteċipa fl-irkant, id-data u l-ħin stipulati minn qabel;

b)

meta ma jirċievu l-ebda prezz jew valuri ġodda oħra li jissodisfaw l-ħtiġijiet relatati mad-differenzi minimi. F’dan il-każ, l-awtoritajiet kontraenti jispeċifikaw fl-istedina l-parteċipazzjoni ta’ l-irkant, il-limitu ta’ żmien li għandhom jirrispettaw mid-data tal-kunsinna ta’ l-aħħar preżentazzjoni qabel l-għeluq ta’ l-irkant elettroniku.

c)

meta n-numru ta’ fażijiet ta’ l-irkant, stipulati fl-istedina għal parteċipazzjoni fl-irkant, ġie mwettaq.

Meta l-awtoritajiet kontraenti ddeċidew li jagħlqu irkant elettroniku skond il-punt c), jekk jeħtieġ b’rabta ma' l-emendi stipulati fil-punt b), l-istedina għal parteċipazzjoni għall-irkant elettroniku tindika l-ġranet ta' kull fażi ta' l-irkant.

7.   Wara l-għeluq ta’ l-irkant elettroniku, l-awtoritajiet kontraenti jagħtu l-kuntratt skond l-Artikolu 138 skond ir-riżultati ta’ l-irkant elettroniku.

L-awtoritajiet kontraenti ma jistgħux jużaw irkant elettroniku b’mod mhux xieraq jew b’mod li ma jħallux, jillimitaw jew iwasslu għal distorsjoni tall-kompetizzjoni jew b’mod li jbiddlu l-għan tal-kuntratt, bħal ma kien imniżżel fis-sejħa għall-offerti fil-pubblikazzjoni ta’ l-avviż tal-kuntratt u definit fit-termini u l-kundizzjonijiet.”

23)

Fl-Artikolu 139(1), l-ewwel inċiż, is-sentenza li ġejja hi miżjuda:

“Dawn l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jikkonċernaw b’mod partikolari r-rispett tad-dispożizzjonijiet għal dak li għandu x'jaqsam mal-ħarsien u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-seħħ fil-post fejn is-servizz, ix-xogħol jew il-provvisti għandhom jitwettqu.”

24)

L-Artikolu 140 hu emendat kif ġej:

a)

Il-paragrafi 2, 3 u 4 huma mibdula bit-test li ġej:

“2.   Fil-proċeduri miftuħa għall-kuntratti ta’ valur daqs jew aktar mil-limiti stipulati fl-Artikolu 158, il-limitu ta’ żmien minimu għall-kunsinna ta' l-offerti hi ta' tnejn u ħamsin ġurnata mid-data ta’ meta ntbagħat l-avviż tal-kuntratt.

3.   Fil-proċeduri limitati, kif ukoll fil-każijiet ta’ l-użu ta’ djalogu kompetittiv stipulati fl-Artikolu 125b u fil-proċeduri negozjati mal-pubblikazzjoni ta’ l-avviż tal-kuntratti għall-kuntratti ta’ valur daqs jew aktar mil-limiti mniżżla fl-Artikolu 158, il-limitu ta’ żmien minimu għall-kunsinna tat-talb għal parteċipazzjoni hi ta' sebgħa u tletin ġurnata mid-data minn meta ntbagħat l-avviż tal-kuntratt.

Fil-proċeduri limitati għall-kuntratti li jaqbżu l-limiti stipulati fl-Artikolu 158, il-limitu ta’ żmien minimu għall-kunsinna ta' l-offerti hi ta' erbgħin ġurnata mid-data minn meta ntbagħtet l-istedina għal sejħa għall-offerti.

Madankollu, fil-proċeduri limitati wara sejħa għal espressjoni ta’ interess imniżżla fl-Artikolu 128, il-limitu ta’ żmien minimu għall-kunsinna ta' l-offerti hu ta' wieħed u għoxrin ġurnata mid-data minn meta ntbagħtet l-istedina għal sejħa għall-offerti.

4.   Fil-każ fejn, skond l-Artikolu 118(2), l-awtoritajiet kontraenti bagħtu għall-pubblikazzjoni, avviż ta’ tagħrif minn qabel jew ippubblikaw huma nfushom avviż ta’ tagħrif minn qabel dwar il-profil ta’ xerrej tagħhom, il-limitu ta’ żmien minimu għall-kunsinna ta’ sejħa għall-offerti jista’ ġeneralment jitqassar għal sitta u tletin ġurnata u fl-ebda każ m'għandu jkun anqas minn tnejn u għoxrin ġurnata mid-data ta' meta ntbagħat l-avviż għall-kuntratt jew l-istedina għal sejħa għall-offerti.

It-tqassir tal-limitu ta’ żmien imniżżel fl-ewwel inċiż hu possibbli biss jekk l-avviż ta’ tagħrif minn qabel jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

a)

jkollu it-tagħrif kollu meħtieġ fl-avviż tal-kuntratt, sakemm it-tagħrif ikun disponibbli fil-ħin tal-pubblikazzjoni ta’ l-avviż.

b)

ġie mibgħut għall-pubblikazzjoni tiegħu bejn tnejn u ħamsin ġurnata u tnax-il xahar qabel id-data ta' meta ntbagħat l-avviż tal-kuntratt.”

b)

Il-paragrafu 5 li ġej hu miżjud:

“5.   Id-dati ta’ l-għeluq għall-kunsinni ta’ sejħa għall-offerti jistgħu jitnaqqsu għal ħamest ijiem jekk id-dokumenti kollha għas-sejħa għall-offerti għandhom aċċess ħieles u dirett b’mod elettroniku mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ l-avviż tal-kuntratt jew ta’ sejħa għal espressjoni ta’ interess.”

25)

L-Artikolu 141 hu emendat kif ġej:

a)

Il-paragrafi 1 u 2 huma mibdula bit-test li ġej:

“1.   Sakemm it-talba saret fil-ħin qabel id-data ta’ l-għeluq tal-preżentazzjoni ta’ l-offerti, it-termini u l-kundizzjonijiet jew dokumenti deskrittivi fil-proċedura stipulata fl-Artikolu 125b u d-dokument kumplimentari huma mibgħuta lil kull operatur ekonomiku li talab it-termini u l-kundizzjonijiet jew wera interess li jieħu sehem f’djalogu jew li jitfa’ offerta fis-sitt ijiem kalendarji wara l-kunsinna tat-talba, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 4. L-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jirrispondu l-mistoqsijiet tat-trażmissjoni ppreżentati anqas minn ħamest ijiet ta’ ftuħ qabel id-data ta’ limitu għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti.

2.   Sakemm it-talba saret fil-ħin qabel id-data ta’ limitu għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti, it-tagħrif kumplimentari dwar it-termini u l-kundizzjonijiet jew dokumenti deskrittivi jew dokumenti kumplimentari huma pprovduti fl-istess ħin lil kull operatur ekonomiku li talab it-termini u l-kundizzjonijiet jew wera interess li jieħu sehem f’djalogu jew li jitfa’ offerta l-aktar tard sa sitt jiem wara d-data ta’ l-għeluq stipulata għall-kunsinna ta’ l-offerti jew, fil-każ ta’ talb ta’ tagħrif irċevut anqas minn tmient ijiem kalendarji qabel id-data ta’ l-għeluq stipulata għall-kunsinna ta’ l-offerti mill-aktar fis wara l-kunsinna tat-talba. L-awtoritajiet kontraenti ma humiex obbligati li jwieġbu għat-talbiet għal informazzjoni kumplimentari ppreżentati anqas minn ħamest ijiem qabel id-data ta’ l-għeluq għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti.”

b)

Il-paragrafu 4 hu mibdul bit-test li ġej:

“4.   Fil-proċedura miftuħa, kif ukoll fis-sistemi ta’ akkwist dinamiku mniżżla fl-Artikolu 125a, jekk id-dokumenti kollha ta’ sejħa għall-offerti u d-dokumenti kumplimentari għandhom aċċess ħieles, sħiħ u dirett b’mezz elettroniku, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma japplikawx. L-avviż tal-kuntratt imniżżel fl-Artikolu 118(3), isemmi għalhekk l-indirizz tal-websajt fejn id-dokumenti jistgħu jiġu kkonsultati.”

26)

L-Artikolu 142 hu mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 142

Limiti ta’ żmien f’każ ta' urġenza

(L-Artikolu 98, paragrafu 1 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Fil-każ li l-urġenza, motivata kif imiss, trendi imprattikabbli l-limiti ta' żmien minimi previsti fl-Artikolu 140(3), għall-proċeduri ristretti u l-proċeduri negozjati bil-publikazzjoni ta’ avviż tal-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiffissaw f’ġranet kalendarji, il-limit ta’ żmien li ġejjin:

a)

għal kunsinna tat-talb għal parteċipazzjoni, limitu ta’ żmien li ma jistax ikun anqas minn ħmistax-il ġurnata mid-data minn meta ntbagħat l-avviż tal-kuntratt jew minn għaxart ijiem jekk l-avviż hu mibgħut lill-OPOCE b’mezz elettroniku;

b)

għall-ilqugħ ta’ l-offerti, limitu ta’ żmien ta' mhux anqas minn għaxart ijim li jibdew jgħoddu mid-data li tkun intbagħatet is-sejħa għall-offerti.

2.   Fl-ambitu tal-proċeduri ristretti u l-proċeduri nnegozjati aċċellerati, l-informazzjoni kumplimentari fuq it-termini u kundizzjonijiet huma mgħarrfa lill-kandidati jew dawk li jitfgħu l-offerti kollha l-aktar tard sa erbat ijiem qabel id-data ta’ l-għeluq iffissata għall-ilqugħ ta’ l-offerti, jekk dan ikun intalab fi żmien xieraq.”

27)

L-Artikolu 143 hu emendat kif ġej:

a)

Il-paragrafu 1 hu mibdul bit-test li ġej:

“1.   L-emendi għal sejħa mill-ġdid għall-offerti u t-talba għal parteċipazzjoni huma ddeterminati mill-awtorità kontraenti, li tista’ tagħżel mod esklużiv ta’ komunikazzjoni. L-offerti u t-talb għal parteċipazzjoni jistgħu jiġu ppreżentati bil-posta jew b'mezz elettroniku. Minbarra dan, it-talb għal parteċipazzjoni jistgħu jiġu mibgħuta permezz ta’ fax.

Il-mezzi ta’ komunikazzjoni magħżula mhumiex ta' tip diskriminatorju u ma' jwasslux għal limitazzjoni ta' l-aċċess ta' l-operaturi ekonomiċi għal proċedura ta' għotja.

Il-mezzi ta’ komunikazzjoni magħżula jippermettu li jiżguraw li l-kundizzjonijet li ġejja jiġu rispettati:

a)

li kull preżentazzjoni jkollha kull tagħrif meħtieġ għall-evalwazzjoni tagħha;

b)

li t-tagħrif sħiħ ikun miżmum;

c)

li l-kunfidenzjalità ta’ l-offerti tkun miżmuma u li l-awtorità kontraenti ssir taf dwar dawn l-offerti biss fl-għeluq tal-limitu taż-żmien stipulat għall-preżentazzjoni ta’ dawn.

Jekk ikun meħtieġ, għal raġunijiet ta’ prova legali, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jitolbu li it-talbiet għal parteċipazzjoni magħmula bil-fax jiġu kkonfermati permezz ta’ ittra jew b’mezz elettroniku fl-aqsar żmien u f’kull każ qabel id-data ta’ l-għeluq stipulata fl-Artikoli 140 u 251.

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jitolbu li l-offerti b’mezz elettroniku jkollhom firma elettronika avvanzata għas-sens tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/93/KE (****).

(****)  ĠU L 13, tad-19.1.2000, p. 12.”"

b)

Il-paragrafu 1a li ġej hu miżjud:

“1a.   Meta l-awtorità kontraenti tawtorizza l-preżentazzjoni ta’ l-offerti u t-talb għal parteċipazzjoni b'mezz elettroniku, l-għodda użati, kif ukoll il-karatteristiċi tekniċi tagħhom, m'għandhomx ikunu ta' tip diskriminatorju, ġeneralment disponibbli għal pubbliku u kompatibbli mat-teknoloġiji ta’ tagħrif u ta’ komunikazzjoni użata ġeneralment. It-tagħrif li għandu x’jaqsam ma’ l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għal preżentazzjoni ta’ l-offerti u t-talb għal parteċipazzjoni, kif ukoll il-kodifikazzjoni, huma disponibbli għal min jitfa’ l-offerti jew kandidati.

Barra minn hekk, ir-regoli ta’ l-ilqugħ ta’ l-offerti u tat-talb għal parteċipazzjoni għandhom ikunu konformi ma’ l-eżiġenzi ta’ l-Anness X tad-Direttiva 2004/18/KE.”

c)

Il-paragrafu 2, hu mibdul bit-test li ġej:

“2.   Meta l-għotja ta’ l-offerti issir bil-posta, dan isir, fuq għażla ta’ min jitfa’ l-offerti:

a)

bil-posta, jew bil-kurjer, f’liema każ id-dokumenti ta’ sejħa għall-offerti jispeċifikaw li tittieħed id-data ta’ meta ntbagħtet l-offerta, it-timbru tal-posta jew id-data fuq l-irċevuta tal-kunsinna jitqies bħala konferma tad-data; jew

b)

permezz ta’ depożitu dirett fis-servizzi ta’ l-istituzzjoni jew permezz ta’ kull persuna mandatarja ta’ dak li għamel it-talba, f’liema każ id-dokument tas-sejħa għall-offerti jippreċiżaw li minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 130(2)(a), is-servizz li jirċievi l-offerti u li jagħti lura irċevuta bid-data u ffirmata.”

28)

L-Artikolu 145 hu emendat kif ġej:

a)

Il-paragrafu 1 hu mibdul bit-test li ġej:

“1.   Kull talba għal parteċipazzjoni u offerti li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 143 huma miftuħa.”

b)

Fil-paragrafu 2, it-tieni u t-tielet inċiż hu mibdul bit-test li ġej:

“Il-kummissjoni tal-ftuħ hi magħmula minn ta’ l-anqas tliet persuni li jirrapreżentaw mill-anqas żewġ entitajiet ta’ tmexxija ta’ l-istituzzjoni kkonċernata mingħajr rabta ġerarkika bejniethom, fejn mill-anqas wieħed minnhom ma’ jiddependix mill-uffiċjal responsabbli li jawtorizza. Bil-għan li tiġi evitata kull sitwazzjoni ta' kunflitt ta' interess, dawn il-persuni huma suġġetti għall-obbligi mniżżla fl-Artikoli 52 tar-Regolament Finanzjarju. Fir-rappreżentazzjonijiet u l-unitajiet lokali, imniżżla fl-Artikolu 254 jew iżolati fi Stat Membru, fin-nuqqas ta’ entitajiet distinti, l-obbligu ta’ l-entitajiet tat-tmexxija mingħajr rabta ġerarkika bejniethom ma tapplikax.”

c)

Fil-paragrafu 3, l-ewwel inċiż hu mibdul bit-test li ġej:

“3.   Fil-każ ta’ kunsinna ta' offerti bil-posta, wieħed jew aktar membri tal-kummisjoni tal-ftuħ għandha tiffirma d-dokumenti u b'hekk tixhed id-data u l-ħin ta’ meta nbagħtet kull offerta.”

29)

L-Artikolu 146 hu emendat kif ġej:

a)

Fil-paragrafu 1, l-ewwel inċiż hu mibdul bit-test li ġej:

“It-talb kollha għal parteċipazzjoni u offerti ddikjarati konformi huma evalwati u kklassifikati minn kumitat ta’ evalwazzjoni mwaqqaf għall kull waħda miż-żewġ fażijiet fuq il-bażi, rispettivament, tal-kriterji ta’ esklużjoni u ta’ selezzjoni min-naħa, u ta’ għotja min-naħa l-oħra, mgħarrfa minn qabel.”

b)

Il-paragrafu 2 hu emendat kif ġej:

i)

L-ewwel u t-tieni inċiż huma mibdula bit-test li ġej:

“Il-Kumitat ta’ evalwazzjoni hu magħmul minn mill-anqas tliet persuni li jirrapreżentaw mill-anqas żewġ entitajiet ta’ tmexxija ta’ l-istituzzjoni kkonċernata mingħajr rabta ġerarkika bejniethom, fejn mill-anqas wieħed minnhom ma’ jiddependix mill-uffiċjal responsabbli li jawtorizza. Bil-għan li tiġi evitata kull sitwazzjoni ta' kunflitt ta' imgħax, dawn il-persuni huma suġġetti għall-obbligi mniżżla fl-Artikoli 52 tar-Regolament Finanzjarju.

Fir-rappreżentazzjonijiet u l-unitajiet lokali, imniżżla fl-Artikolu 254 jew iżolati fi Stat Membru, fin-nuqqas ta’ entitajiet distinti, l-obbligu ta’ l-entitajiet tat-tmexxija mingħajr rabta ġerakika bejniethom ma tapplikax.”

ii)

Ir-raba’ inċiż li ġej hu miżjud:

“Esperti esterni jistgħu jgħinu dan il-kumitat permezz ta’ deċiżjoni ta’ l-uffiċjal kompetenti li jawtorizza. L-uffiċjal kompetenti li jawtorizza għandu jassigura li dawn l-esperti jirrispettaw l-obbligi msemmija fl-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju.”

c)

Il-paragrafu 3 hu emendat kif ġej:

i)

It-tieni inċiż hu mibdul bit-test li ġej:

“Madankollu, il-kumitat ta’ evalwazzjoni jew l-awtorità kontraenti tista’ tistieden lill-kandidati jew lil min tefa’ l-offerta sabiex jimla jew jispjega d-dokumenti anċillari ppreżentati relatati mal-kriterji ta’ esklużjoni u ta’ selezzjoni, fiż-żmien ta’ limitu li tkun stipulat.”

ii)

It-tieni inċiż li ġej hu miżjud:

“L-offerti meqjusa aċċetabbli huma dawk l-offerti ta’ kandidati u min tefa’ l-offerta li mhumiex esklużi u li jissodisfaw il-kriterji ta’ selezzjoni.”

30)

L-Artikolu 147 hu emendat kif ġej:

a)

It-titolu hu mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 147 Riżultati ta’ l-evalwazzjoni

(l-Artikolu 99 tar-Regolament Finanzjarju)”

b)

Fil-paragrafu 2, is-sentenza introduttorja u l-punt a) huma mibdula bit-test li ġej:

“Il-procès-verbal imniżżel fil-paragrafu 1 għandu jinkludi minn ta’ l-anqas:

a)

l-isem u l-indirizz ta’ l-awtorità kontraenti, l-għan u l-valur tal-kuntratt, tal-kuntratt ta’ qafas jew tas-sistema ta’ akkwist dinamiku;”

c)

Il-paragrafu 3 hu emendat kif ġej:

i)

Il-punt a) hu mibdul bit-test li ġej:

“a)

l-isem u l-indirizz ta’ l-awtorità kontraenti kif ukoll l-għan u l-valur tal-kuntratt, tal-kuntratt ta’ qafas jew tas-sistema ta’ akkwist dinamiku;”

ii)

Il-punt f) hu mibdul bit-test li ġej:

“f)

għal dak li għandu x’jaqsam mal-proċeduri negozjati u d-djalogu kompetitiv, iċ-ċirkostanzi mniżżla fl-Artikoli 125b, 126, 127, 242, 244, 246 u 247 li jiġġustifikawhom;”

31)

Fl-Artikolu 148, il-paragrafu 5 li ġej hu miżjud:

“5.   Fil-każ ta’ kuntratti għal servizzi legali fis-sens ta’ l-Anness IIB tad-Direttiva 2004/18/KE; l-awtorità kontraenti jista’ jkollha kuntatti meħtieġa ma' min jitfa’ l-offerti għal verifika tal-kriterji ta’ selezzjoni u/jew għotja.”

32)

Fl-Artikolu 149, il-paragrafu 1 hu emendat kif ġej:

a)

Il-paragrafu 1 hu mibdul mit-test li ġej:

“1.   L-awtoritajiet kontraenti għandhom jgħarrfu mill-aktar fis lill-kandidati u min jifta’ l-offerti bid-deċiżjonijiet meħuda dwar l-għotja tal-kuntratt jew kuntratt ta’ qafas jew id-dħul f’sistema ta’ akkwist dinamiku, inklużi l-għanjiet għala ddeċidew li ma jagħtux kuntratt jew kuntratt ta’ qafas jew li jimplimentaw sistema ta’ akkwist dinamiku li għalih kien hemm sejħa għall-offerti jew li tinbeda mill-ġdid il-proċedura.”

b)

Il-paragrafu 3 li ġej hu miżjud:

“3.   Għall-kuntratti li ngħataw mill-istituzzjonijiet komunitarji f’isimhom stess, skond l-Artikolu 105 tar-Regolament Finanzjarju, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jinnotifikaw l-aktar kmieni possibbli wara d-deċiżjoni ta’ għoti u l-aktar tard matul il-ġimgħa ta’ wara, b’mod simultanju u individwali lil kull min telfa' offerta jew lil kull kandidat eliminat, permezz ta' ittra u fax jew posta elettronika, li l-offerta jew il-kandidatura tagħhom ma ġietx aċċettata u billi jiġi ppreċiżat f’kull każ ir-raġunijiet għal din l-eliminazzjoni ta’ l-offerta jew tal-kandidatura.

L- awtoritajiet kontraenti fl-istess ħin għandhom jinnotifikaw in-notifiki ta’ l-eliminazzjoni indirizzati lill-kandidati jew lil dawk li tefgħu l-offerti eliminati, id-deċiżjoni dwar l-għotja lil dak li ntgħażel billi jiġi ppreċiżati d-deċiżjoni nnotifikata ma tikkostitwixxix impenn min-naħa ta’ l-awtorità kontraenti kkonċernata:

Dawk li tefgħu l-offerti jew il-kandidati eliminati jistgħu jakkwistaw informazzjoni kumplimentari dwar ir-ragunijiet għall-eliminazzjoni tagħhom, permezz ta’ talba bil-miktub, permezz ta’ ittra, fax jew posta elettronika u għal dawk kollha li tefgħu offerta aċċettabbli, fuq il-karatteristiċi u l-vantaġġi ta’ l-offerta li ntgħażlet kif ukoll l-isem ta’ min ta din l-offerta, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 100(2), it-tieni inċiż, tar-Regolament Finanzjarju. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jirrispondu f’tul ta’ żmien ta’ ħmistax-il ġurnata li għandhom jibdew jgħoddu mid-data ta’ l-ilqugħ tat-talba.

L-awtoritajiet kontraenti ma jistgħux jipproċedu għall-firma tal-kuntratt ma’ dak li ngħata l-kuntratt jew tal-kuntratt ta' qafas ħlief skond perijodu ta' ġimgħatejn kalendarji, li għandhom jibdeq jgħoddu mill-ġurnata ta' wara d-data ta' notifika simultanja tad-deċiżjonijiet ta’ l-eliminazzjoni ta’ l-attribuzzjoni. Jekk ikun il-każ, dawn jistgħu jissospendu l-firma tal-kuntratt biex isir eżami kumplimentari dwar jekk it-talbiet jew il-kummenti magħmula minn dawk li tefgħu offerta jew minn kandidati eliminati matul il-perijodu ta’ ġimgħatejn kalendarji, skond in-notifika tad-deċiżjonijiet ta’ eliminazzjoni jew ta’ attribuzzjoni, jew kull informazzjoni oħra pertinenti milqugħa matul dan il-perijodu jiġġustifkaw dan. F’dan il-każ, il-kandidati kollha jew dawk kollha li tefgħu offerta huma informati fi żmien tliet ijiem ta’ xogħol wara d-deċiżjoni tas-sospensjoni.”

33)

It-titolu ta’ l-Artikolu 154 hu mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 154

Identifikazzjoni tal-livell xieraq għall-kalkolu tal-limiti

(l-Artikoli 104 u 105 tar-Regolament Finanzjarju)

34)

Fl-Artikolu 155, il-paragrafu 2, hu mibdul bit-test li ġej:

“2.   Meta l-għan ta’ kuntratt ta’ provvisti, ta’ servizzi jew ta’ xogħolijiet jkun mifrux fuq bosta lottijiet, kull wieħed l-għan ta' kuntratt individwali, il-valur ta' kull lott għandu jitqies għall-istima globali tal-limitu applikabbli.

Meta l-valur globali tal-lottijiet ikun daqs jew jaqbeż il-limiti mniżżla fl-Artikolu 158, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 90(1), u l-Artikolu 91(1) u (2), tar-Regolament Finanzjarju japplikaw għal kull wieħed minn dawn il-lottijiet, ħlief għal-lottijiet li l-valur stmat tagħhom ikun anqas minn 80 000 euro għall-kuntratti ta’ servizzi jew ta' provvisti jew anqas minn miljun euro għall-kuntratti ta’ xogħol, sakemm l-ammont miġbur ta' dawn il-lottijiet ma jaqbiżx 20 % tal-valur miġbur tal-lottijiet kollha li jiffurmaw il-kuntratt ikkonċernat.”

35)

L-Artikolu 156 hu emendat kif ġej:

a)

Il-paragrafu 1 hu mibdul bit-test li ġej:

“1.   L-awtorità kontraenti tinkludi l-ħlas kollu stmat ta’ min jitfa’ l-offerti mal-kalkoli ta' l-ammont stmat ta' kuntratt.

Meta kuntratt ifassal għażliet jew it-tiġdid possibbli tiegħu, il-bażi tal-kalkolu jkun l-akbar ammont awtorizzat, kif ukoll l-użu ta’ l-għażliet u tat-tiġdid.

Din l-istima hi magħmula waqt il-kunsinna ta’ l-avviż ta’ kuntratt, jew meta riklam bħal dan ma jkunx stipulat, meta l-awtorità kontraenti tibda proċedura ta’ għotja.”

b)

Il-paragrafu 1a li ġej hu miżjud:

“1a.   Għal kuntratti ta’ qafas u sistemi ta’ akkwist dinamiku, il-valur massimu tal-kuntratti kollha maħsuba waqt il-medda ta’ żmien totali tal-kuntratt ta’ qafas jew tas-sistema ta’ akkwist dinamiku għandu jitqies.”

c)

Il-paragrafu 2 hu mibdul bit-test li ġej:

i)

Il-punt a) hu mibdul bit-test li ġej:

“a)

għall-assigurazzjonijiet, il-premium li għandu jitħallas u metodi oħra ta’ ħlas;”

ii)

il-punt c hu mibdul bit-test li ġej:

“c)

għall-kuntratti li jirrigwardaw it-tifsila, il-ħlas, il-kummissjoni li għandha titħallas u metodi oħra ta’ remunerazzjoni.”

36)

L-Artikolu 157 hu mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 157

Limiti għall-avviżi ta’ tagħrif minn qabel

(l-Artikolu 105 tar-Regolament Finanzjarju)

Il-limiti mniżżla fl-Artikolu 118 għall-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ tagħrif minn qabel huma stipulati għal:

a)

750 000 euro għall-kuntratti ta’ provvisti u ta’ servizzi mniżżla fl-Anness IIA tad-Direttiva 2004/18/KE;

b)

5 923 000 euro għall-kuntratti tax-xogħol.”

37)

Fl-Artikolu 158, it-titolu u l-paragrafu 1 huma mibdula bit-test li ġej:

“Artikolu 158

Limiti għall-applikazzjoni tal-proċeduri tad-Direttiva 2004/18/KE

(l-Artikolu 105 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Il-limiti mniżżla fl-Artikolu 105 tar-Regolament Finanzjarju huma stipulati għal:

a)

154 000 euro għall-kuntratti ta’ provvisti u ta’ servizzi mniżżla fl-Anness IIA tad-Direttiva 2004/18/KE, ħlief għall-kuntratti ta’ riċerka u ta’ żvilupp imniżżla fil-kategorija 8 ta’ l-Anness imsemmi;

b)

236 000 euro għall-kuntratti ta’ servizzi mniżżla fl-Anness IIB tad-Direttiva 2004/18/KE u għall-kuntratti ta’ riċerka u ta’ żvilupp mniżżla fil-kategorija 8 ta’ l-Anness IIA tad-Direttiva 2004/18/KE;

c)

5 923 000 euro għall-kuntratti tax-xogħol.”

38)

L-Artikolu 164(1) hu emendat kif ġej:

a)

il-punt d) ii) hu mibdul bit-test li ġej:

“ii)

tar-rata massima ta’ finanzjament ta’ l-ispejjeż ta’ l-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma approvat, ħlief fil-każ ta’ kontribuzzjonijiet ta’ ammont fiss u ta’ skali ta’ spejjeż unitarji msemmija fl-Artikolu 181(1);”

b)

il-punt (g) hu mibdul mit-test li ġej:

“g)

il-baġit provviżorju u d-dettall ta’ l-ispejjeż eliġibbli ta’ l-azzjoni jew tal-programm ta’ ħiddma approvat, ħlief fil-każ ta’ kontribuzzjonijiet ta’ ammont fiss u ta’ skali ta’ spejjeż unitarji msemmija fl-Artikolu 181(1);”

39)

Fl-Artikolu 165, il-paragrafu 2 hu mibdul bit-test li ġej:

“2.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 m’humiex applikabbli għall-boroż ta’ studju, ta’ riċerka jew ta’ taħriġ professjonali mogħtija lil persuni naturali, la fil-każ ta' prezzijiet li telgħu wara competizzjonijiet, u lanqas fil-każ ta’ kontribuzzjonijiet ta’ ammont fiss u ta’ skali tsa’ spejjez unitarji msemmija fl-Artikolu 181(1);”

40)

L-Artikolu 166 hu mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 166

Programmazzjoni annwali

(l-Artikolu 110(1) tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Programm ta’ xogħol annwali dwar is-sussidji hu mħejji minn kull uffiċjal li jawtorizza kompetenti u adottat mill-Kummissjoni. Dan hu ppubblikat fuq il-websajt tal-Kummissjoni dwar is-sussidji mill-aktar fiss fil-bidu ta l-eżerċizzju u mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull eżerċizzju.

Il-programm ta’ xogħol jispeċifika l-att ta’ bażi, l-għanjiet, id-dati tas-sejħa ta’ l-offerti bl-ammont indikattiv tagħhom u r-riżultati mistennija.

2.   Kull emenda sostanzjali fil-programm ta’ xogħol li qiegħed jitwettaq ikun suġġett għall-adozzjoi u pubblikazzjoni kumplimentari skond l-emendi mniżżla fil-paragrafu 1.”

41)

Fl-Artikolu 168(1), il-punt d) hu hu mibdul bit-test li ġej:

“d)

għal benefiċċju tal-korpi identifikati b’att ta’ bażi, fis-sens ta’ l-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju, kif inhu speċifikat fl-Artikolu 31 ta’ dan ir-regolament biex jirċievu sussidju.”

42)

Fl-Artikolu 169(2), il-punt c) hu mibdul bit-test li ġej:

“c)

l-ammont miftiehem u, ħlief fil-każ ta’ kontribuzzjonijiet ta’ ammont fiss u ta’ skali ta’ spejjeż unitarji msemmija fl-Artikolu 181(1), l-ammont ta’ finanzjament ta’ l-ispejjeż ta’ l-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma approvat.”

43)

Fl-Artikolu 172, il-paragrafu 1 hu mibdul bit-test li ġej:

“1.   Il-benefiċjarju jiġġustifika l-ammont ta’ kofinanzjament li sar, kemm f’riżorsi proprji, kemm fil-forma ta’ trasferimenti finanzjarji li ġejjin minn terzi, kif ukoll f’oġġetti, ħlief fil-każ ta’ kontribuzzjonijiet ta’ ammont fiss u ta’ skali ta’ spejjeż unitarji msemmija fl-Artikolu 181(1).”

44)

L-Artikolu 180 hu emendat kif ġej:

a)

Il-paragrafu 1a li ġej hu miżjud:

“1a   Il-benefiċjarju għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 104, jiċċertifika fuq l-unur tiegħu li l-informazzjoni mniżżla fit-talb tiegħu ta’ ħlas hi sħiħa, ta’ min jafdaha u sinċiera. Dan għandu jiċċertifika wkoll li l-ispejjeż li saru jkunu jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli, b’konformità mad-dipsożizzjonijiet tal-konvenzjoni dwar is-sussidju, u li t-talbiet għall-ħlas ikunu ssostanzjati b’dokumenti ta’ appoġġ xierqa li jistgħu jiġu kkontrollati”

b)

Il-paragrafu 2 hu emendat kif ġej:

i)

L-ewwel u t-tieni inċiż huma mibdula bit-test li ġej:

“Verifika esterna ta’ l-istat finanzjarju u tal-kontijiet tal-qiegħ, prodotti minn kontrollur tal-kontijiet approvat, tista’ tintalab għall-pagamenti kollha magħmula mill-uffiċjal awtorizzat kompetenti, fuq il-bażi ta’ l-analiżi tiegħu tar-riskji. Ir-rapport tal-verifika hu mehmuż mat-talba għall-pagament, fl-ambitu ta’ sussidju għat-tħaddim jew għall-azzjoni, u li jfittex li jiċċertifika li l-ispejjeż iddikjarati mill-benefiċjarju fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji li fuqhom hi bbażata t-talba għall-pagament huma reali, eżatti u eliġibbli b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-konvenzjoni dwar is-sussidju.

Verifika esterna hi obbligatorja għall-pagamenti intermedjarji permezz għal kull sena finanzjarja u għall-pagamenti tal-bilanċ fil-każijiet li ġejjin:

a)

f’każ ta’ sussidji ta’ azzjoni ta’ 750 000 euro jew aktar;

b)

f’każ ta’ sussidji ta’ tħaddim ta’ 100 000 euro jew aktar.”

ii)

It-tielet inċiż hu mħassar:

iii)

Ir-raba inċiż hu mibdul bit-test li ġej:

“Skond l-analiżi tar-riskju ta’ tmexxija, l-uffiċjal li jawtorizza kompetenti jista' jneħħi l-obbligu li ssir verifika esterna:

a)

il-korpi pubbliċi u l-korpi internazzjonali mniżżla fl-Artikolu 43;

b)

il-benefiċjarji ta’ sussidji għal dak li għandu x’jaqsam ma’ għajnuna umanitarja u t-tmexxija ta’ sitwazzjonijet ta’ kriżi, minbarra għal ħlasijiet ta’ bilanċ;

c)

Għall-ħlasijiet ta’ bilanċ, il-benefiċjarji ta’ sussidji għal dak li għandu x’jaqsam ma’ għajnuna umanitarja li ffirmaw konvenzjoni ta’ qafas ta’ sħubija, imniżżla fl-Artikolu 163, u li għandhom sistema ta’ kontroll li toffri garanziji ekwivalenti għal dawn il-ħlasijiet.”

45)

L-Artikolu 181 hu mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 181

Finanzjament b’rata fissa

(l-Artikolu 117 tar-Regolament Finanzjarju)

1.   Minbarra l-każ ta’ boroż ta’ studju u premji, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza l-użu ta’ kontribuzzjonijiet b’rati fissi ta' 10 000 euro jew anqas u skali ta’ spejjeż. Barra minn hekk, tistà tawtorizza fuq il-bażi ta’ l-iskala mehmuża ma’ l-istatut jew dak li l-Kummissjoni tapprova annwalment, ir-rimborż għall-ispejjeż ta’ kuljum tal-missjonijiet.

2.   Bosta tipi ta’ finanzjamenti mniżżla fil-paragrafu 1 jistgħu jinġabru flimkien għall-istess benefiċjarju biex ikopru kategoriji differenti ta’ spejjeż eliġibbli.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni mniżżla fil-paragrafu 1, tiddetermina l-akbar ammont għat-total tal-finanzjament bħal dan awtorizzat skond is-sussidju u t-tip ta' sussidju.

3.   Il-konvenżjoni ta’ sussidju tista’ tawtorizza l-finanzjament b’rata fissa ta’ l-ispejjeż indiretti tal-benefiċjarju, sa 7 % massimu tat-total ta’ l-ispejjeż diretti eliġibbli ta’ l-azzjoni, ħlief jekk il-benefiċjarji jirċievu sussidju ta’ tħaddim finanzjarju fuq il-baġit komunitarju. Il-limitu ta’ 7 % jista’ jintqabeż bid-deċiżjoni motivata tal-Kummissjoni.

4.   Sabiex jiġi assigurat ir-rispett tal-prinċipji ta’ kofinanzjament, ta’ bla profitt u ta’ tmexxija finanzjarja tajba, it-tipi ta’ finanzjament imsemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll il-kondizzjonijiet ta’ l-għaqda eventwali tagħhom, huma evalwati u ddeterminati mill-Kummissjoni. Dawn huma eżaminati mill-ġdid mill-anqas kull sentejn mill-uffiċjal li jawtorizza kompetenti. Minħabba dan, il-Kummissjoni tikkonferma jew temenda d-deċiżjoni inizjali tagħha mniżżla fil-paragrafu 1.”

46)

L-Artikolu 182 hu emendat kif ġej:

a)

Fil-paragrafu 1, l-inċiż li ġej hu miżjud:

“Garanzija bħal din tista’ ukoll tintalab mill-uffiċjal li jawtorizza kompetenti, skond l-analiżi tiegħu tar-riskju ta' tmexxija, fid-dawl tal-metodu ta’ finanzjament stipulat fil-konvenzjoni ta’ sussidju.”

b)

Fil-paragrafu 3, l-ewwel u t-tieni inċiż huma ssostiwiti bit-test li ġej:

“Il-garanzija hi mogħtija minn korp bankarju jew istituzzjoni finanzjarja stabbiliti f’wieħed mill-Istati Membri. Meta l-benefiċjarji hu stabbilit f’pajjiż terz, l-uffiċjal li jawtorizza kompetenti jista’ jaċċetta li korp bankarju jew istituzzjoni finanzjarja stabbiliti f'dan il-pajjiż terz jista’ jipprovdi garazija bħal din jekk jestima li din ta' l-aħħar tippreżenta assigurazzjonijiet u karatteristiċi ekwivalenti għal dawk ipprovduti minn korp bankarju jew istituzzjoni finanzjarja stabbiliti fi Stat Membru.

Fuq talba tal-benefiċjarju, din il-garanzja tista’ tiġi mibdula minn garanzija in solidum minn terz jew mill-garanzija konġunta irrevokabbli u inkondizzjonata tal-benefiċjarji ta’ azzjoni li huma partijiet ta’ l-istess konvenzjoni ta’ sussidju wara approvazzjoni mill-uffiċjal li jawtorizza kompetenti.”

c)

Fil-paragrafu 4 l-inċiż li ġej hu miżjud:

“Fil-każijiet imniżżla fil-paragrafu1, it-tieni inċiż, hi meħlusa biss meta jsir il-ħlas tal-bilanċ.”

47)

L-Artikolu 183 hu mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 183

Sospensjoni u tnaqqis ta’ sussidji

(l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju)

L-uffiċjal kompetenti jissospendi l-ħlasijiet fil-każijiet li ġejjin:

a)

f’każ ta’ nuqqas ta’ esekuzzjoni, ta’ esekuzzjoni ħażina, jew ta’ esekuzzjoni parzjali jew tard ta’ l-azzjoni jew programm ta’ xogħol awtorizzat;

b)

meta l-ammonti li jaqbżu l-limiti ta' finanzjament stipulati mill-konvenżjoni ġew imħallsa, b'mod partikolari jekk l-azzjoni jew il-programm ta' xogħol awtorizzat ġew esegwiti bi spejjeż anqas minn dak li ġie maħsub fil-bidu;

c)

meta l-ammonti mħallsa b’konformità mal-konvenzjoni ta’ sussidju jkunu aktar mill-ispejjeż reali li saru mill-benefiċjarju għall-azzjoni jew meta l-baġit ta’ l-azzjoni jew ta’ tħaddim ikollu bilanċ favurih a posteriori.

Skond il-fażi ta’ fejn waslet il-proċedura, wara li jkun ta lill-benefiċjarju(i), l-opportunità li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tiegħu jew tagħhom, l-uffiċjal, jew inaqqas is-sussidju, jew jitlob rifużjoni pro rata mill-benefiċjarju jew benefiċjarji”

48)

Fl-Artikolu 234(1), l-ewwel sentenza hi mibdula bit-test li ġej:

“Għat-twettiq tal-ħlasijiet fil-munita ta’ l-Istat benefiċjarju, kontijiet denominati f’euro huma miftuħa ma' istituzzjoni finanzjarja fl-Istat benefiċjarju jew f’wieħed mill-Istati Membri, f'isem il-Kummissjoni, jew bi ftehim komuni, f'isem il-benefiċjarju.”

49)

Fl-Artikolu 241(3), it-tielet inċiż hu mibdul bit-test li ġej:

“Jekk l-awtorità kontraenti ma tirċevix mill-anqas tliet offerti validi, il-proċedura għandha tiġi annullata u mibdija mill-ġdid. Jekk it-tieni proċedura ma tippermettix li tirċievi tliet offerti validi, l-awtorità kontraenti tista’ tagħti l-kuntratt fuq bażi ta’ offerta waħda valida.”

Artikolu 2

Il-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi u ta’ żieda ta’ sussidji magħmula li tniedu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament jibqgħu suġġetti għar-regoli applikabbli fil-mument fejn dawk il-proċeduri ġew imnedija.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ it-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar il-20 ta’ Lulju 2005.

Għall-Kummissjoni

Dalia GRYBAUSKAITĖ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114. Direttiva emendata mir-Regolament (KE) Nru 1874/2004 tal-Kummissjoni (ĠU L 326 tad-29.10.2004, p. 17).

(3)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 209, 24.7.1992, p. 1. Direttiva mħassra mid-Direttiva 2004/18/KE.

(5)  ĠU L 340 tal-16.12.2002, p. 1. Regolament emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2151/2003 (ĠU L 329 tal-17.12.2003, p. 1).


Top