This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R1200
Commission Regulation (EC) No 1200/2005 of 26 July 2005 concerning the permanent authorisation of certain additives in feedingstuffs and the provisional authorisation of a new use of an additive already authorised in feedingstuffs Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 tas- 26 ta' Lulju 2005 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użu ġdid ta' addittiv li diġà huwa awtorizzat fl-għalf Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 tas- 26 ta' Lulju 2005 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użu ġdid ta' addittiv li diġà huwa awtorizzat fl-għalf Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6–10
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 287M, 18.10.2006, p. 217–221
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2023; Imħassar b' 32023R1170
18.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
217 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1200/2005
tas-26 ta' Lulju 2005
dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użu ġdid ta' addittiv li diġà huwa awtorizzat fl-għalf
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-għalf (1), u partikolarment l-Artikoli 3 u 9d(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar addittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali. |
(2) |
L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-miżuri ta' tranżizzjoni għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' addittivi ta' l-għalf imressqa skond id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' addittivi elenkati fl-Annessi ta' dan ir-Regolament tressqu qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
Kummenti tal-bidu mill-Istati Membri dwar dawk l-applikazzjonijiet li nħarġu skond l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE tressqu lill-Kummissjoni qabel id-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Dawk l-applikazzjonijiet għalhekk ser jibqgħu jitqiesu skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE. |
(5) |
L-użu tas-sustanza li tinkoraġġixxi t-tkabbir Formi LHS (diformat tal-potassju) kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħnienes u ħnieżer għat-tismin mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1334/2001 (3). Il-persuna risponsabbli għat-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni ta' Formi LHS (diformat tal-potassju) ressqet applikazzjoni sabiex tikseb awtorizzazzjoni provviżorja għall-estensjoni ta' l-użu għal erba' snin, bħala sustanza li tinkoraġġixxi t-tkabbir ta' ħnieżer femminili, skond l-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva. L-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel (EFSA) wasslet opinjoni dwar is-sikurezza ta' l-użu ta' din il-preparazzjoni għall-bnedmin, għall-annimali u għall-ambjent, taħt il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(a) 1 tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' din il-preparazzjoni, kif speċifikat fl-Anness I għandu jkun awtorizzat proviżorjament għal erba' snin. |
(6) |
L-użu tal-mikro-organiżmu Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I-1012 kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għat-tiġieġ għat-tismin u għall-fniek għat-tismin mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1411/1999 (4). Data ġdida tressqet b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dak il-mikroorganiżmu. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' mikroorganiżmi kif speċifikat fl-Anness II għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien. |
(7) |
L-użu tal-mikroorganiżmu Enterococcus faecium NCIMB 10415 ġie awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħnieżer femminili mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 866/1999 (5). Data ġdida tressqet b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dak il-mikroorganiżmu. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' mikroorganiżmi kif speċifikat fl-Anness II għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien |
(8) |
L-użu tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu Enterococcus faecium DSM 10663/NCIMB 10415 kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħnienes mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1411/1999. Data ġdida tressqet b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dak il-mikroorganiżmu. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' mikroorganiżmi kif speċifikat fl-Anness II għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien. |
(9) |
L-użu tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu Saccharomyces cerevisiae MUCL 39 885 kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħnienes mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1411/1999. Data ġdida tressqet b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dak il-mikroorganiżmu. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' mikroorganiżmi kif speċifikat fl-Anness II għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien. |
(10) |
L-użu tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għall-baqar u l-barrin għat-tismin u l-baqar tal-ħalib mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1436/98 (6). Data ġdida tressqet b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dak il-mikroorganiżmu. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' mikroorganiżmi kif speċifikat fl-Anness II għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien. |
(11) |
L-użu tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M kien awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għat-tiġieġ għat-tismin mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/1999. Data ġdida tressqet b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dak il-mikroorganiżmu. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni ta' mikroorganiżmi kif speċifikat fl-Anness II għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien. |
(12) |
L-evalwazzjoni ta' dawn l-applikazzjonijiet turi li ċerti proċeduri għandhom ikunu meħtieġa sabiex il-ħaddiema jkunu protetti mill-esponiment għall-addittivi elenkati fl-Annessi. Protezzjoni bħal din għandha tkun assigurata permezz ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri għall-inkoraġġiment tat-titjib tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (7). |
(13) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Sustanzi li jinkoraġġixxu t-tkabbir” kif speċifikat fl-Anness I hija awtorizzata proviżorjament għal erba' snin bħala addittiv fin-nutriment ta' l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f' dak l-Anness.
Artikolu 2
Il-preparazzjonijiet li jagħmlu parti mill-grupp “Mikro-organiżmi” kif speċifikat fl-Anness II huma awtorizzati għall-użu mingħajr limitu ta' żmien bħala addittivi fin-nutriment ta' l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f' dak l-Anness.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar is-26 ta' Lulju 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, ta' l-14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).
(2) ĠU L 268, 18. 10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, tal-5.3.2005, p. 8).
(3) ĠU L 180, tat-3.7.2001, p. 18 kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 676/2003 (ĠU L 97, tal-15.04.2003, p. 29).
(4) ĠU L 164, tat-30.6.1999, p. 56.
(5) OJ L 108, 27.4.1999, p. 21.
(6) ĠU L 191, tas-7.7.1998, p. 15.
(7) ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p.1).
ANNESS I
Numru tar-reġistrazzjoni ta' l-addittiv |
Isem u numru tar-reġistrazzjoni tal-persuna responsabbli għat-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' l-addittiv |
Addittiv (isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta' annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||||||
mg ta' sustanza attivaà/kg ta' għalf sħiħ |
|||||||||||||||||||||
Sustanzi li jinkoraġġixxu t-tkabbir |
|||||||||||||||||||||
1 |
BASF Aktiengesellschaft |
Diformat tal-potassju (Formi LHS) |
Kompożizzjoni ta' l-addittiv
Sustanza attiva:
|
Ħnieżer femminili |
— |
8 000 |
12 000 |
— |
Data [à compléter par le service publiant l’acte au J.O: 4 ans à partir de l’entrée en vigueur du ce règlement] |
ANNESS II
Nru KE |
Addittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta' annimal |
Etàmassima |
Kontenutminimu |
Kontenutmassimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perijodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||||||
CFU/kg ta' għalf sħiħ |
||||||||||||||||||||
Mikroorganiżmi |
||||||||||||||||||||
E 1701 |
Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I -1012 |
Preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi li fiha minimu ta': 1 × 1010 CFU/g addittiv |
Fniek għat-tismin |
— |
0,1 × 109 |
5 × 109 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting. Jista' jintuża f' għalf kompost li fih il-koċċidiostati permessi: robenidine, salinomycin sodium. |
Mingħajr limitu ta' żmien |
||||||||||||
Tiġieġ għat-tismin |
— |
0.2 × 109 |
1 × 109 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting. Jista' jintuża f' għalf kompost li fih il-koċċidiostati permessi: monensin sodium, lasalocid sodium, salinomycin sodium, decoquinate, robenidine, narasin, halofuginone. |
Mingħajr limitu ta' żmien |
|||||||||||||||
E 1705 |
Enterococcus faecium NCIMB 10415 |
Preparazzjoni ta' Enterococcus faecium li fiha ammont minimu ta':
|
Ħnieżer femminili |
— |
0.7 × 109 |
1.25 × 109 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting. Ħnieżer femminili ġimgħatejn qabel ma jferrgħu u matul il-perjodu li fih ireddgħu |
Mingħajr limitu ta' żmien |
||||||||||||
E 1707 |
Enterococcus faecium DSM 10 663/NCIMB 10 415 |
Preparazzjoni ta' Enterococcus faecium li fiha minimu ta':
|
Ħnienes |
— |
1 × 109 |
1 × 1010 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting. Għall-użu fil-ħnienes sa ma jilħqu madwar 35 kg. |
Mingħajr limitu ta' żmien |
||||||||||||
E 1710 |
Saccharomyces cerevisiae MUCL 39 885 |
Preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae li fiha minimu ta':
|
Ħnienes (miftuma) |
— |
3 × 109 |
3 × 109 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting. Għall-użu fil-ħnienes miftuma sa ma jilħqu madwar 35 kg. |
Mingħajr limitu ta' żmien |
||||||||||||
E 1711 |
Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 |
Preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae li fiha minimu ta':
|
Baqar tal-ħalib, |
— |
4 × 108 |
2 × 109 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting. Il-kwantita ta' Saccharomyces cerevisiae fir-razzjon ta' kuljum m'għandiex tkun aktar minn 8,4 × 109 CFU għal 100 kg ta' piż tal-ġisem. Żid 1,8 × 109 CFU għal kull 100 kg piż tal-ġisem addizzjonali. |
Mingħajr limitu ta' żmien |
||||||||||||
Baqar u barrin għat-tismin |
— |
5 × 108 |
1.6 × 109 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting. Il-kwantita ta' Saccharomyces cerevisiae fir-razzjon ta' kuljum m'għandiex tkun aktar minn 4.6 × 109 CFU għal 100 kg ta' piż tal-ġisem. id 2 × 109 CFU għal kull 100 kg piż tal-ġisem addizzjonali. |
Mingħajr limitu ta' żmien |
|||||||||||||||
E 1712 |
Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M |
Preparazzjoni ta' Pediococcus acidilactici li fiha minimu ta': 1 × 1010 CFU/g addittiv |
Tiġieġ għat-tismin |
— |
1 × 109 |
1 × 1010 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista' jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting. Jista' jintuża f'għalf kompost li fih il-koċċidiostati permessi: decoquinate, halofuginone, narasin, salinomycin sodium, maduramicin ammonium, diclazuril |
Mingħajr limitu ta' żmien |