This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R1177
Commission Regulation (EC) No 1177/2005 of 20 July 2005 amending Regulation (EC) No 1238/95 establishing implementing rules for the application of Council Regulation (EC) No 2100/94 as regards the fees payable to the Community Plant Variety Office
Regolament Tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177/2005 ta' l- 20 ta' Lulju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1238/95 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 fir-rigward ta' ħlasijiet li għandhom isiru lill-Uffiċċju Komunitarju għall-Varjetajiet ta’ Pjanti
Regolament Tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177/2005 ta' l- 20 ta' Lulju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1238/95 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 fir-rigward ta' ħlasijiet li għandhom isiru lill-Uffiċċju Komunitarju għall-Varjetajiet ta’ Pjanti
ĠU L 189, 21.7.2005, p. 26–27
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 287M, 18.10.2006, p. 209–210
(MT)
In force
18.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
209 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1177/2005
ta' l-20 ta' Lulju 2005
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1238/95 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 fir-rigward ta' ħlasijiet li għandhom isiru lill-Uffiċċju Komunitarju għall-Varjetajiet ta’ Pjanti
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta' Lulju 1994 dwar id-drittijiet Komunitarji għall-varjetajiet ta’ pjanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kunsill Amministrattiv,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1238/95 tal-31 ta' Mejju 1995 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 fir-rigward ta' ħlasijiet li għandhom isiru lill-Uffiċċju Komunitarju għall-Varjetajiet ta’ Pjanti jiffissa l-ħlasijiet mitluba mill-Uffiċċju Komunitarju għall-Varjetajiet ta’ Pjanti (2) (“l-Uffiċċju”), u l-livelli ta' dawk il-ħlasijiet. |
(2) |
Huwa mistenni li, għall-inqas sa l-aħħar ta' l-2005, ir-riżerva finanzjarja ta' l-Uffiċċju ser taqbeż l-ammont meħtieġ sabiex titħares il-kontinwità ta' l-operat tiegħu. Il-miżata annwali li għandha titħallas lill-Uffiċċju minn detenturi ta' drittijiet Komunitarji għall- varjetajiet ta’ pjanti għas-snin 2006 u 2007 u l-ħlasijiet marbuta ma' l-eżamijiet tekniċi fis-sena 2006 għalhekk m'għandhomx jiżdiedu kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1238/95. |
(3) |
Id-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1238/95 dwar ħlasijiet għall-ħruġ ta' kopji għandha tkun emendata sabiex tiġi meqjusa l-emenda tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1239/95 tal-31 ta' Mejju 1995 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 fir-rigward tal-proċeduri quddiem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet ta’ Pjanti (3) bir-Regolament (KE) Nru 1002/2005. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1238/95 għandu għalhekk ikun emendat kif jixraq. |
(5) |
Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar id-Drittijiet Komunitarji għall-Varjetajiet tal-Pjanti. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1238/95 huwa emendat kif ġej:
1) |
Fl-Artikolu 9, l-paragrafu 1 jinbidel b'li ġej: “1. L-Uffiċċju ser jitlob lil detentur ta' dritt Komunitarju għall-varjetajiet ta’ pjanti (minn hawn 'il quddiem ‘id-detentur’) miżata għal kull sena li fiha jkun validu dritt Komunitarju għall-varjetajiet ta’ pjanti (miżata annwali ta' EUR 300 għas-snin 2003 sa l-2007 u ta' EUR 435 għas-sena 2008 u s-snin ta' wara.” |
2) |
Fl-Artikolu 12(1), il-punt (b) jinbidel b'li ġej:
|
3) |
Fl-Anness I, it-tabella hija emendata kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament ser jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar il-20 ta' Lulju 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 227, tal-1.9.1994, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 873/2004 (ĠU L 162, tat-30.4.2004, p. 38).
(2) ĠU L 121, tal-1.6.1995, p. 31. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 569/2003 (ĠU L 82, tad-29.3.2003, p. 13).
(3) ĠU L 121, tal-1.6.1995, p. 37. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1002/2005 (GU L 170, tal 1.7.2005, p. 7).