Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R0886

    886/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 886/2005 ta' l- 10 ta' Ġunju 2005 li jissupplimenta l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 fir-rigward l-introduzzjoni ta' isem fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti — Miel de Granada (DPO)

    ĠU L 148, 11.6.2005, p. 32–33 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 187–188 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/886/oj

    9.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    187


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 886/2005

    ta' l-10 ta' Ġunju 2005

    li jissupplimenta l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 fir-rigward l-introduzzjoni ta' isem fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti — Miel de Granada (DPO)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u prodotti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 6(3) u (4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, l-applikazzjoni ta' Spanja għar-reġistrazzjoni ta' “Miel de Granada” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (2).

    (2)

    Tressqet oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. Ġaladarba din l-oġġezzjoni ma ssodisfat l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet ta' ammissibilità stipulati fl-Artikolu 7(4) ta' dak ir-Regolament, għaldaqstant l-isem għandu jiddaħħal fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-denominazzjoni fl-Anness għal dan ir-Regolament għandu jiżdied fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 (3).

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 10 ta' Ġunju 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

    (2)  ĠU C 89, 14.4.2004, p. 3.

    (3)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 737/2005 (ĠU L 122, 14.5.2005, p. 15).


    ANNESS

    PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS I GĦAT-TRATTAT TAL-KE, MAĦSUBA GĦALL-KONSUM TAL-BNIEDEM

    Prodotti tal-annimali oħra (bajd, għasel, diversi prodotti tal-ħalib li ma jikludux butir, eċċ)

    SPANJA

    Miel de Granada (DPO)


    Top