This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R0832
Commission Regulation (EC) No 832/2005 of 31 May 2005 on the determination of surplus quantities of sugar, isoglucose and fructose for the Czech Republic, Estonia, Cyprus, Latvia, Lithuania, Hungary, Malta, Poland, Slovenia and Slovakia
832/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 832/2005 tal- 31 ta' Mejju 2005 dwar id-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta' zokkor, isoglukożju u fruttożju għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja
832/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 832/2005 tal- 31 ta' Mejju 2005 dwar id-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta' zokkor, isoglukożju u fruttożju għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja
ĠU L 138, 1.6.2005, pp. 3–4
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 330M, 9.12.2008, pp. 176–177
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014
|
9.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
176 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 832/2005
tal-31 ta' Mejju 2005
dwar id-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta' zokkor, isoglukożju u fruttożju għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja,
Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004 tal-14 ta' Jannar 2004 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Arikolu 6(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex jiġi evitat li jkun hemm disturb fis-swieq tas-settur taz-zokkor wara l-adeżjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea nhar l-1 ta’ Mejju 2004 tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (“l-Istati Membri l-ġodda”), l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 60/2004 jistipula li l-kwantitajiet taz-zokkor innifsu jew fi prodotti pproċessati, tal-isoglukożju u tal-fruttożju li fl-1 ta’ Mejju 2004 jaqbżu l-kwantità meqjusa bħala ħażna normali li tingħadda għall-perjodu ta’ wara, għandhom jitneħħew mis-suq fil-forma ta' zokkor innifsu jew ta' isoglukożju bi spejjeż tal-Istati Membri l-ġodda kkonċernati. |
|
(2) |
Sabiex jiġu ddeterminati dawk il-kwantitajiet żejda, l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 60/2004 jistipula li l-Istati Membri l-ġodda għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-tagħrif relevanti dwar il-kwantitajiet tal-produzzjoni, il-konsum, il-ħażniet, l-esportazzjoni u l-importazzjoni, kif ukoll tagħrif dwar is-sistema stabbilita sabiex jiġu identifikati l-kwantitajiet żejda. |
|
(3) |
Ġeneralment, kwantitajiet żejda ta' zokkor huma meqjusa li jirriżultaw mill-iżvilupp fil-produzzjoni li miegħu tinżied l-importazzjoni u titnaqqas l-esportazzjoni għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2003 sat-30 ta' April 2004, imqabbel mal-medja tal-istess kwantitajiet għall-istess perjodu tul it-tliet snin ta’ qabel. Kif stipulat fl-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 60/2004, tqiesu wkoll ċirkustanzi speċifiċi rigward il-kumulazzjoni ta’ ħażniet, speċjament it-tnaqqis fil-livell tal-ħażniet matul dak il-perjodu. |
|
(4) |
Abbażi tal-komunikazzjonijiet tal-Istati Membri l-ġodda, il-kwantitajiet żejda taz-zokkor għandhom jiġu ddeterminati biss għall-Estonja, Ċipru, il-Latvja, Malta u s-Slovakkja, b'konformità ma' dak il-metodu. |
|
(5) |
Għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta’ isoglukożju u fruttożju, ġie applikat l-istess metodu. B’riżultat ta’ dan, ma jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-ebda kwantitajiet żejda ta' fruttożju u ta' isoglukożju. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont il-fehma tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaz-Zokkor, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet ta’ zokkor, fl-għamla ta' zokkor innifsu jew fi prodotti proċessati, li fl-1 ta’ Mejju 2004 jaqbżu l-kwantità meqjusa bħala ħażna normali li tingħadda għall-perjodu ta’ wara, u li għandhom jitneħħew mis-suq Komunitarju skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 60/2004, huma kif ġej:
|
— |
L-Estonja: 91 464 t. |
|
— |
Ċipru: 40 213-il t. |
|
— |
Il-Latvja: 10 589 t. |
|
— |
Malta: 2 452 t. |
|
— |
Is-Slovakkja: 10 225 t. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppublikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 31 ta' mejju 2005.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 9, 15.1.2004, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 651/2005 (ĠU L 108, 29.4.2005, p. 3).