Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R0827

    827/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 827/2005 tat- 30 ta' Mejju 2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar l-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti ġobon fiż-żmien ta' ħażna 2005/2006

    ĠU L 137, 31.5.2005, p. 16–20 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 171–175 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/11/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/827/oj

    9.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    171


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 827/2005

    tat-30 ta' Mejju 2005

    li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar l-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti ġobon fiż-żmien ta' ħażna 2005/2006

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Taħt l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 tista' tingħata għajnuna għall-ħażna privata għal ġobon li jżomm fit-tul u għal ġobon magħmul mill-ħalib tan-nagħġa u/jew tal-mogħża u li jeħtieġ tal-inqas sitt xhur biex jimmatura, jekk għal dak il-ġobon l-iżviluppi fil-prezzijiet u l-qagħda tal-ħażna jindikaw żbilanċ serju fis-suq li jista' jiġi eliminat jew imnaqqas b'ħażna staġonali.

    (2)

    In-natura staġonali tal-produzzjoni ta' ċertuġobon li jżomm fit-tul u tal-ġobon Pecorino Romano, Kefalotyri u Kesseri hi aggravata mill-fatt li l-istaġonalità tal-konsum hi l-oppost tal-istaġonalità tal-produzzjoni. Barra minn hekk, is-sistema ta' produzzjoni mhix konsolidata ta' dan il-ġobon taggrava l-konsegwenzi ta' dik l-istaġonalità. Għalhekk għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex tiġi megħjuna l-ħażna staġonali fir-rigward ta' kwantita' relattiva mad-differenza bejn il-produzzjoni sajfija u dik xitwija.

    (3)

    Għandhom ikunu stabbiliti t-tipi ta' ġobon eliġibbli għall-għajnuna u l-kwantitajiet massimi li jistgħu jikkwalifikaw għaliha, kif ukoll it-tul ta' żmien tal-kuntratti fir-rigward tar-rekwiżiti reali tas-suq u kemm iżomm fit-tul il-ġobon kkonċernat.

    (4)

    Jeħtieġ li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta' ħażna u l-miżuri essenzjali li jippermettu l-ġobon kopert minn kuntratt biex ikun identifikat u suġġett għal verifiki. L-ammont tal-għajnuna jrid ikun stipulat b'referenza għall-ispejjeż tal-ħażna u l-bilanċ li għandu jinżamm bejn ġobon li jikkwalifika għall-għajnuna u ġobon ieħor mibjugħ fis-suq. Minħabba dawn l-elementi, u r-riżorsi disponibbli, l-ammonti għall-ispejjeż fissi u l-ispejjeż ta' ħażna għal kull ġurnata ta' ħażna għandhom jitnaqqsu. L-ammont għall-ispejjeż finanzjarji għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' rata ta' interessi ta' 2 %.

    (5)

    Għandhom jiġu stabbiliti wkoll regoli dettaljati dwar id-dokumentazzjoni, il-kontabbilità u l-frekwenza u n-natura tal-verifiki. F'dan ir-rigward, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-kuntrattur biex iħallas l-ispejjeż tal-verifiki jew parti minnhom.

    (6)

    Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib ma tax opinjoni fiż-żmien stipulat mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għan

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għotja ta' għajnuna tal-Komunità għall-ħażna ta' xi ġobon (minn hawn 'l quddiem “għajnuna”) skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 matul is-sena ta' ħażna 2006/2005.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-għan ta' dan ir-Regolament:

    a)

    “lott tal-ħażna”: tfisser kwantita' ta' ġobon li jiżen mill-inqas żewġ tunnellati, tal-istess tip u jittieħed għall-ħażna f'maħżen wieħed f'ġurnata waħda;

    b)

    “il-jum ta' bidu ta' ħażna b'kuntratt”: tfisser l-għada tal-bidu tal-ħażna;

    c)

    “l-aħħar ġurnata ta' ħażna b'kuntratt”: tfisser il-ġurnata ta' qabel it-tneħħija mill-ħażna;

    d)

    “iż-żmien ta' ħażna”: tfisser iż-żmien li matulu l-ġobon jista' jiġi kopert mill-iskema ta' ħażna privata, kif speċifikat għal kull tip ta' ġobon fl-Anness.

    Artikolu 3

    Ġobon eliġibbli għall-għajnuna

    1.   L-għajnuna għandha tingħata lil ċertu ġobon li jżomm fit-tul, il-ġobon Pecorino Romano, Kefalotyri u Kasseri skont it-termini stabbiliti fl-Anness.

    2.   Il-ġobon irid kun ġie mmanifatturat fil-Komunità u jissodisfa dawn l-kundizzjonijiet:

    a)

    ikun immarkat b'linka li ma titħassarx b'indikazzjoni tal-impriża fejn ġie mmanifatturat u l-jum u x-xahar tal-manifattura; dawn id-dettalji jistgħu jkunu fil-forma ta' kodiċi;

    b)

    ikun għadda minn testijiet ta' kwalità li juru li joffri garanziji xierqa li jagħmluha possibbli li titbassar il-klassifikazzjoni tagħhom skont kemm il-prodott ikun immatura fil-kategoriji definiti fl-Anness.

    Artikolu 4

    Kuntratt ta' ħażna

    1.   Il-kuntratti relatati mal-ħażna privata tal-ġobon għandhom ikunu konklużi bejn aġenzija ta' intervent tal-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu jinħażen il-ġobon u l-persuni naturali jew ġuridiċi, minn issa 'l quddiem imsejħin “il-kuntratturi”.

    2.   Il-kuntratti ta' ħażna għandhom ikunu mfassla bil-miktub fuq il-bażi ta' applikazzjoni biex jitfassal kuntratt.

    L-applikazzjonijiet għandhom jaslu għand l-aġenzija ta' intervent mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data tad-dħul fil-ħażna u jistgħu jinvolvu biss lottijiet ta' ġobon li diġa' bdew jinħażnu sħaħ. L-aġenziji ta' intervent għandhom jirreġistraw id-data ta' meta rċevew kull applikazzjoni.

    Jekk l-applikazzjoni tasal għand l-aġenzija ta' intervent fi żmien 10 ijiem wara d-data tal-iskadenza, il-kuntratt ta' ħażna jista' jiġi konkluż xorta iżda l-għajnuna tkun imnaqqsa bi 30 %.

    3.   Il-kuntratti ta' ħażna għandhom jiġu konklużi bil-miktub għal lott wieħed jew aktar ta' ħażna u għandhom jinkludu, b'mod partikolari, id-disposizzjonijiet dwar:

    a)

    il-kwantità ta' ġobon li għaliha japplika l-kuntratt;

    b)

    id-dati rigward it-twettiq tal-kuntratt;

    c)

    l-ammont tal-għajnuna;

    d)

    il-maħżen.

    4.   Il-kuntratti ta' ħażna għandhom ikunu konklużi mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data ta' reġistrazzjoni tal-applikazzjoni biex jitfassal kuntratt.

    5.   Il-miżuri ta' verifika, b'mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 7, għandhom ikunu soġġetti għall-ispeċifikazzjonijiet mfasslin mill-aġenzija ta' intervent. Il-kuntratt ta’ ħażna għandu jirreferi għal dawk l-ispeċifikazzjonijiet.

    Artikolu 5

    Dħul u tneħħija mill-ħażna

    1.   Iż-żminijiet tad-dħul u tat-tneħħija mill-ħażna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness.

    2.   It-tneħħija mill-ħażna għandu jkun f'lottijiet sħaħ ta' ħażna.

    3.   Jekk, fi tmiem l-ewwel 60 jum ta' ħażna b'kuntratt id-deterjorament fil-kwalità tal-ġobon hi akbar minn dik li hi normali fil-maħżen, il-kuntratturi jistgħu jkunu awtorizzati, darba għal kull lott ta' ħażna, li jibdlu il-kwantità difettuża, bi spejjeż tagħhom.

    Jekk il-verifiki matul il-ħażna jew fi tneħħija mill-ħażna jikxfu kwantitajiet difettużi, l-ebda għajnuna ma titħallas għal dwak il-kwantitajiet. Barra minn hekk, il-parti tal-lott li tkun għada eliġibbli għall-għajnuna m'għandhiex tiżen inqas minn żewġ tunnellati.

    It-tieni sottoparagrafu għandu japplika fejn parti tal-lott hi mneħħija qabel il-bidu taż-żmien ta' tneħħija mill-ħażna, indikat fil-paragrafu 1, jew qabel l-iskadenza taż-żmien ta' ħażna minimu indikat fl-Artikolu 8(2).

    4.   Għall-għan tal-kalkolu tal-għajnuna fil-każ indikat fl-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 3, l-ewwel jum ta' ħażna b'kuntratt għandu jkun il-jum ta' bidu ta' ħażna b'kuntratt.

    Artikolu 6

    Kundizzjonijiet ta' ħażna

    1.   L-Istat Membru għandu jassigura li jitwettqu l-kundizzjonijiet li jikkonċedu l-intitolment għall-ħlas tal-għajnuna.

    2.   Il-kuntrattur jew, fuq talba tal-Istat Membru jew bl-awtorizzazzjoni tiegħu, il-persuna responsabbli għall-maħżen, għandu jagħmel disponibbli lill-awtorità kompetenti responsabbli għall-iverifiki kull dokumentazzjoni li tippermetti l-verifika ta' dawn il-partikolaritajiet tal-prodotti mqiegħda f'ħażna privata:

    a)

    il-pussess fiż-żmien tat-tpoġġija fil-ħażna;

    b)

    l-oriġini u d-data tal-manifattura tal-ġobon;

    c)

    id-data tat-tpoġġija fil-ħażna;

    d)

    Il-preżenza fil-maħżen u l-indirizż tiegħu;

    e)

    id-data tat-tneħħija mill-ħażna.

    3.   Il-kuntrattur jew, fejn applikabbli, il-persuna responsabbli għall-maħżen, għal kull kuntratt għandu jżomm disponibbli fil-maħżen reġistri tal-ħażna, li jkopru:

    a)

    l-identifikazzjoni, bin-numru tal-lott tal-ħażna tal-prodotti mqiegħda f'ħażna privata;

    b)

    dati tad-dħul u t-tneħħija mill-ħażna;

    c)

    in-numru ta' ġobon u l-piż tagħhom f'kull lott maħżun;

    d)

    il-post fejn tqiegħdu l-ġobon fil-maħżen.

    4.   Il-prodotti fil-maħzen għandhom jintagħrfu faċilment, ikunu aċċessibli faċilment u identifikati individwalment bil-kuntratt. Għandu jitwaħħal timbru speċifiku mal-ġobon maħżun.

    Artikolu 7

    Verifiki

    1.   Mad-dħul fil-ħażna l-aġenzija kompetenti għandha tagħmel verifiki, b'mod partikolari, sabiex tassigura li l-ġobon maħżun hu eliġibbli għall-għajnuna u sabiex tipprevjeni kull possibilita' ta' sostituzzjoni matul il-ħażna taħt kuntratt.

    2.   L-aġenzija għandha tagħmel verifiki ta' kampjuni għall-għarrieda biex tivverifika li l-ġobon jinsab fil-maħżen. Il-kampjun ikkonċernat għandu jkun rappreżentattiv u jirrapreżenta mill-anqas 10 % tal-kwantita' totali mqiegħda taħt kuntratt għall-miżuri ta' għajnuna għall-ħażna privata.

    Dawn il-verifiki għandhom jinkludu, minbarra eżaminazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 6(3), kontroll fiżiku tal-piż u tat-tip ta' prodotti u l-identifikazzjoni tagħhom. Dawn il-verifiki fiżiċi għandhom jikkonċernaw mill-inqas 5 % tal-kwantità soġġetta għall-kontroll għall-għarrieda.

    3.   Fi tmiem taż-żmien ta' ħażna b'kuntratt l-aġenzija għandha tivverifika biex tara li l-ġobon jinsab hemm. Madankollu, jekk il-prodotti jibqagħu maħżuna wara l-iskadenza taż-żmien massimu tal-ħażna b'kuntratt dan il-kontroll jista' jsir wara li jitneħħew mill-ħażna.

    Għall-għanijiet tal-kontroll imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu, l-kuntrattur għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti, billi jindika l-lottijiet maħżuna kkonċernati, mill-inqas ħamest ijiem ta' xogħol qabel l-iskadenza taż-żmien ta' ħażna b'kuntratt jew, qabel l-bidu tal-operazzjonijiet tat-tneħħija, fejn dawn jitwettqu matul jew wara iż-żmien ta' ħażna b'kuntratt.

    L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw limitu ta' żmien iqsar minn ħamest ijiem ta' xogħol.

    4.   Għandu jitfassal rapport dwar il-verifiki mwettqa skont il-paragrafi 1, 2 u 3, li jispeċifika:

    a)

    id-data tal-kontroll,

    b)

    it-tul ta' żmien,

    c)

    l-operazzjonijiet imwettqa,

    Ir-rapport għandu jkun iffirmat mill-ispettur responsabbli u kontro-iffirmat mill-kuntrattur jew, kif jista' jkun il-każ, mill-persuna responsabbli għall-maħżen, u jridu jkunu inklużi fil-fajl tal-ħlasijiet.

    5.   Fil-każ ta' irregularitajiet li jolqtu 5 % jew aktar tal-kwantitajiet ta' ġobon ikkontrollat, il-kontroll għandu jkun estiż għal kampjun akbar, li għandu jkun iddeterminat mill-aġenzija.

    L-Istati Membri għandhom javżaw dawn il-każijiet lill-Kummissjoni fi żmien erba' ġimgħat.

    6.   L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-kuntrattur jista' jkollu jħallas l-ispejjeż tal-verifiki jew parti minnhom.

    Artikolu 8

    Għajnuna għall-ħażna

    1.   L-għajnuna għandha tkun kif ġej:

    a)

    EUR 7,50 kull tunnellata għall-ispejjeż fissi;

    b)

    EUR 0,20 għal kull tunnellata għal kull jum ta' ħażna b'kuntratt għall-ispejjeż ta' magażinaġġ:

    c)

    għall-ispejjeż finanzjarji ta' kuljum tal-ħażna b'kuntratt:

    i)

    EUR 0,23 għal kull tunnellata għall-ġobon li jżomm fit-tul;

    ii)

    EUR 0,28 għal kull tunellata għall-Pecorino Romano:

    iii)

    EUR 0,39 għal kull tunellata għall-Kefalotyri u Kasseri.

    2.   M'għandiex tingħata għajnuna jekk il-ħażna b'kuntratt hi ta' inqas minn 60 jum. L-għajnuna massima li tista' titħallas m'għandhiex taqbeż l-ammont li jikkorrispondi għal 180 jum ta' ħażna b'kuntratt.

    Jekk il-kuntrattur ma jirrispettax il-limitu ta' żmien speċifikat taħt it-tieni jew it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 7(3), l-għajnuna għandha titnaqqas bi 15 % u titħallas biss għaż-żmien li għalih il-kuntrattur iġib provi għas-sodisfazzjon tal-aġenzija hawn fuq imsemmija li l-ġobon baqa' taħt ħażna b'kuntratt.

    3.   L-għajnuna għandha titħallas wara applikazzjoni mill-kuntrattur, fl-aħħar taż-żmien tal-ħażna b'kuntratt, fi żmien 120 jum mill-wasla tal-applikazzjoni, bil-kundizzjoni li l-verifiki msemmija fl-Artikolu 7(3) ikunu twettqu u l-kundizzjonijiet għall-intitolament għall-għajnuna jkunu tħarsu.

    Iżda jekk ikun qed isir stħarriġ amministrattiv għal intitolament għall-għajnuna, il-ħlas m’għandux isir sakemm l-intitolament ikun rikonoxxut.

    Artikolu 9

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 30 ta' Mejju 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 6).


    ANNESS

    Kategoriji ta' ġobon

    Kwantitajiet eliġibbli għall-għajnuna

    Staġonatura minima għall-Ġobon

    Żmien tad-dħul fil-ħażna

    Żmien tat-tneħħija mill-ħażna

    Ġobon Franċiż li jżomm fit-tul:

    ġobon Beaufort u Comté b’denominazzjoni tal-oriġini protetta

    “Tikketta Hamra” Emmental grand cru

    Ġobon Emmental u Gruyère ta' klassi A jew B

    16 000  t

    10  ijiem

    Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2005

    mill-1 ta’ Ottubru 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006

    Ġobon Ġermaniż li jżomm fit-tul:

     

    “Markenkäse” jew “Klasse fein” Emmentaler/Bergkäse

    1 000  t

    10  ijiem

    Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2005

    mill-1 ta’ Ottubru 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006

    Ġobon Irlandiż li jżomm fit-tul:

     

    “Ġobon Irlandiż li jżomm fit-tul. Emmental, grad speċjali”

    900  t

    10  ijiem

    Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2005

    mill-1 ta’ Ottubru 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006

    Ġobon Awstrijak li jżomm fit-tul:

    “1.

    Güteklasse Emmentaler/Bergkäse/Alpkäse”

    1 700  t

    10  ijiem

    Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2005

    mill-1 ta’ Ottubru 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006

    Ġobon Finlandiż li jżomm fit-tul:

     

    “I luokka”

    1 700  t

    10  ijiem

    Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2005

    mill-1 ta’ Ottubru 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006

    Ġobon Żvediż li jżomm fit-tul:

     

    “Västerbotten/Prästost/Svecia/Grevé”

    1 700  t

    10  ijiem

    Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2005

    mill-1 ta’ Ottubru 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006

    Ġobon Pollakk li jżomm fit-tul:

     

    “Podlaski/Piwny/Emmentalski/Ser Corregio”

    3 000  t

    10  ijiem

    Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2005

    mill-1 ta’ Ottubru 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006

    Ġobon Sloven li jżomm fit-tul:

     

    “Ementalec/Zbrinc”

    200  t

    10  ijiem

    Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2005

    mill-1 ta’ Ottubru 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006

    Ġobon Litwan li jżomm fit-tul:

     

    “Goja/Džiugas”

    700  t

    10  ijiem

    Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2005

    mill-1 ta’ Ottubru 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006

    Ġobon Latvjan li jżomm fit-tul:

     

    “Rigamond, Ementāles tipa un Ekstra klases siers”

    500  t

    10  ijiem

    Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2005

    mill-1 ta’ Ottubru 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006

    Ġobon Ungeriż li jżomm fit-tul:

     

    “Pannónia”

    300  t

    10  ijiem

    Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru 2005

    mill-1 ta’ Ottubru 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006

    Pecorino Romano

    19 000  t

    90 jum, u prodotti wara l-1 ta' Ottubru 2004

    Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru 2005

    Qabel il-31 ta’ Marzu 2006

    Kefalotyri u Kasseri magħmula mill-ħalib tan-nagħaġ jew tal-mogħoż jew minn taħlita tat-tnejn

    2 500  t

    90 jum, u prodotti wara t-30 ta' Novembru 2004

    Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Novembru 2005

    Qabel il-31 ta’ Marzu 2006


    Top