Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R0681

    681/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 681/2005 tad- 29 ta' April 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1973/2004 rigward il-kundizzjonijiet biex wieħed jirċievi pagamenti tal-medda għall-kittien imkabbar għall-fibri

    ĠU L 110, 30.4.2005, p. 21–21 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 159–159 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/681/oj

    9.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    159


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 681/2005

    tad-29 ta' April 2005

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1973/2004 rigward il-kundizzjonijiet biex wieħed jirċievi pagamenti tal-medda għall-kittien imkabbar għall-fibri

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikolari l-punt (iii) tal-ewwel inċiż tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 110 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004 tad-29 ta’ Ottubru 2004 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tal-iskemi ta’ appoġġ li hemm provvediment għalihom fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art irtirata mill-produzzjoni għall-ksib ta' materja prima (2) jipprovdi, fost l-oħrajn, għall-kundizzjonijiet għall-pagamenti tal-medda għall-kittien imkabbar għall-fibri.

    (2)

    Skont l-Artikolu 56(1)(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1973/2004, l-użu tal-varjetajiet taż-żrieragħ elenkati fl-Anness V għal dak ir-regolament huwa kundizzjoni biex wieħed jirċievi l-pagamenti tal-medda għall-kittien imkabbar għall-fibri. Madankollu, fil-qafas tal-pagamenti akkoppjati stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, din il-kunidzzjoni tal-eliġibbiltà mhijiex iġġustifikata, minħabba li, għall-pagamenti akkoppjati, l-ammont għal kull ettaru huwa l-istess għall-kittien u għal prodotti oħra tar-raba' li jinħarat. Fis-sistema diżakkoppjata mhemm l-ebda dispożizzjoni li tirreferi għal-lista ta’ varjetajiet tal-kittien. Bil-għan tas-simplifikazzjoni, huwa għaldaqstant f’loku li din il-kundizzjoni tkun irrevokata.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1973/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (4)

    Ġaladarba r-Regolament (KE) Nru 1973/2004 japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna li għandhom x'jaqsmu mas-snin tas-suq li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2005, dan ir-Regolament għandu japplika minn dik id-data.

    (5)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1973/2004 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 56(1)(b), il-punt (i) għandu jitħassar.

    (2)

    L-Anness V għandu jitħassar.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna li jirrigwardaw is-snin tas-suq b’bidu mill-1 ta’ Jannar 2005.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 29 ta' April 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2005 (ĠU L 24, 27.1.2005, p. 15).

    (2)  ĠU L 345, 20.11.2004, p. 1.


    Top