EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R0374
Council Regulation (EC) No 374/2005 of 28 February 2005 amending Regulation (EC) No 2007/2000 introducing exceptional trade measures for countries and territories participating in or linked to the European Union’s stabilisation and association process
374/2005/KE: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 374/2005 tat- 28 ta’ Frar 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2007/2000 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali ta'eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
374/2005/KE: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 374/2005 tat- 28 ta’ Frar 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2007/2000 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali ta'eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
ĠU L 59, 5.3.2005, p. 1–2
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 110–111
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 03/01/2010; Impliċitament imħassar minn 32000R2007
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
110 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 374/2005
tat-28 ta’ Frar 2005
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2007/2000 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali ta'eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Taħt ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 (1), il-Komunità estendiet l-aċċess bla dazju għall-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati ta' ħafna mill-merkanzija agrikola, inkluż iz-zokkor. |
(2) |
Fil-każ taz-zokkor, l-aċċess bla dazju għal kwantitajiet mingħajr limitu ħoloq inċentiv għall-produzzjoni tal-Balkani tal-Punent f'livelli li huma insostenibbli fir-rigward ta' l-iżviluppi previsti. |
(3) |
Il-modifika tar-reġim ta' importazzjoni ta' kull wieħed mill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, filwaqt li tirrispetta l-konċessjonijiet kummerċjali preżenti ser tipprepara lis-settur tagħhom għall-aġġustamenti meħtieġa biex joperaw f'ambjent realistiku u ekonomikament sostenibbli. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 għandu jiġi emendat biex jiċċara li l-importazzjonijiet preferenzjali Komunitarji ta' inbid mill-Balkani tal-Punent jgawdu biss mill-kwoti ta' tariffi, aktar milli aċċess bla dazju mingħajr limitu, taħt il-miżuri awtonomi, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 huwa b'dan emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(2) |
Il-paragrafu 4 li ġej għandu jinżied ma’ l-Artikolu 4: “4. Importazzjonijiet ta' prodotti taz-zokkor taħt l-intestaturi Nri 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda li joriġinaw fl-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina u s-Serbja u l-Montenegro, inkluż il-Kosovo, għandhom ikunu suġġetti għall-kwoti ta' tariffi annwali bla dazju li ġejjin:
|
(3) |
L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2005.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Frar 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
F. BODEN
(1) ĠU L 240, 23.9.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 607/2003 (ĠU L 86, 3.4.2003, p. 18).