EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R0255

Regolament tal-Kummissjoni Nru 255/2005 tal- 15 ta' Frar 2005 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti ta’ ċerti addittivi fl-għalf Test b’relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 45, 16.2.2005, p. 3–9 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 140–146 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/255/oj

6.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

140

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI Nru 255/2005

tal-15 ta' Frar 2005

dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti ta’ ċerti addittivi fl-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar addittivi fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 9d(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-ikel ta’ l-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi għall-użu fl-ikel ta' l-annimali fl-Unjoni Ewropea.

(2)

L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula il-miżuri transitorji għall-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf sottomessi skond id-Direttiva 70/524 qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament.

(3)

L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi elenkati fl-annessi ta’ dan ir-Regolament ġew sottomessi qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Il-kummenti inizzjali ta’ l-Istati Membri dwar dawn l-applikazzjonijiet li nħarġu taħt l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE ġew mgħoddija lill-Kummissjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Tali applikazzjonijiet għaldaqstant għandhom jibqgħu jiġu ttrattati skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE.

(5)

L-użu tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu tal-Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) ġie awtorizzat b’mod provviżorju, għall-ewwel darba, għall-annimali li jiġu msemmna, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1411/1999 (3).

(6)

L-użu tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu ta’ l-Enterococcus faecium (DSM 10663/NCIMB 10415) ġie awtorizzat b’mod provviżorju, għall-ewwel darba, għall-għoġiela bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1636/1999 (4).

(7)

Ġiet sottomessa data ġdida favur dawn l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien ta' dawk iż-żewġ preparazzjonijiet tal-mikro-organizmi speċifikati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni huma soddisfatti.

(8)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ l-enzimi endo-1,3(4)-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase prodotti mill-Aspergillus niger (NRRL 25541) ġew awtorizzati b’mod provviżorju għall-ewwel darba, għat-Tiġieġ għall-bajd, bir-Regolament (KE) Nru 1436/98 (5).

(9)

Ġiet sottomessa data ġdida favur l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ din il-preparazzjoni ta’ l-enzimi.

(10)

L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) tat opinjoni fl-14 ta’ Settembru 2004 dwar l-effikaċja ta’ l-użu ta' din il-preparazzjoni għat-Tiġieġ għall-bajd.

(11)

L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni huma soddisfatti.

(12)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ 6-phytase prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM 11857) ġie awtorizzat b’mod provviżorju, għall-ewwel darba, għall-flieles li jiġu msemmna, Tiġieġ għall-bajd, dundjani li jiġu msemmna, ħnieżer żgħar u majjali li jiġu msemmna bir-Regolament tal-Kummisjsoni (KE) Nru 1353/2000 (6) u għall-ħnieżer nisa bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 261/2003 (7). L-użu tal-preparazzjoni ta’ l-enzimi ġie awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien għal dawn il-kategoriji ta’ annimali bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1465/2004 (8).

(13)

Ġiet sottomessa data ġdida favur l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingġajr limitu ta' żmien ta’ preparazzjoni ta’ l-istess preparazzjoni ta’ enzimi prodotta mill-istess varjetà DSM 14223 ta’ l-Aspergillus oryzae għall-istess kategoriji ta’ annimali.

(14)

L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) tat opinjoni dwar l-użu ta’ din il-preparazzjoni meta tkun prodotta mill-varjetà DSM 14223 ta’ l-Aspergillus oryzae flok il-varjetà DSM 11857 li tikkonkludi li din il-preparazjoni ma tippreżenta l-ebda riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-kategoriji ta’ l-annimali speċifikati jew ta’ l-ambjent, taħt il-kundizzjonijiet elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(15)

L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien għal tali preparazzjoni ġew soddisfatti.

(16)

L-użu tal-preparazzjoni ta' l-enzimi ta’ l-endo-1,4-beta-xylanase prodott mill-Aspergillus niger (CBS 270.95) ġie awtorizzat b’mod provviżorju, għall-ewwel darba, għall-flieles li jiġu msemmna, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/98 u, għad-dundjani li jiġu msemmna, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 654/2000 (9).

(17)

Ġiet sotomessa data ġdida favur l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ din il-preparazzjoni ta’ l-enzimi.

(18)

L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni huma soddisfatti.

(19)

Għaldaqstant, l-użu ta’ dawk it-tliet preparazzjonijiet ta’ l-enzimi kif speċifikati fl-Anness II għandhom jiġu awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien.

(20)

L-evalwazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet turi li ċerti proċeduri għandhom jiġu mitluba sabiex jiġu protetti l-ħaddiema mill-espożizzjoni għall-addittivi elenkati fl-Annessi. Tali protezzjoni għandha tiġi żgurata bl-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjub fis-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (10)

(21)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjonijiet li jiffurmaw parti mill-grupp “Mikro-organiżmi” qed jiġu awtorizzati biex jintużaw mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittivi fl-ikel ta’ l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness I.

Artikolu 2

Il-preparazzjonijiet li jiffurmaw parti mill-grupp “Enzimi” qed jiġu awtorizzati biex jintużaw mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittivi fl-ikel ta’ l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha

Magħmul fi Brussel, nhar il-15 ta' Frar 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).

(2)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(3)  ĠU L 164, 30.6.1999, p. 56.

(4)  ĠU L 194, 27.7.1999, p. 17.

(5)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 15.

(6)  ĠU L 155, 28.6.2000, p. 15.

(7)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 12.

(8)  ĠU L 270, 18.8.2004, p. 11.

(9)  ĠU L 79, 30.3.2000, p. 26.

(10)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.

ANNESS I

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut massimu

Kontenut massimu

Disposizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perijodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ l-għalf komplut

Mikro-organiżmi

“E 1701

Bacillus cereus var. Toyoi

NCIMB 40112/CNCM I-1012

Preparazzjoni tal-Bacillus cereus var. Toyoi li fih minimu ta’:

1 × 1010 CFU/g addittiv

Annimali għas-simna

0,2 × 109

0,2 × 109

Fid-direzzjonijiet ta’ l-użu ta’ l-addittiv u l-mixxela ta’ qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, iż-żmien li tista’ toqgħod fil-ħażna u l-istabbiltà fit-temperatura ta’ l-għalf.

Il-kwantità ta’ Bacillus cereus var. Toyoi fir-razzjoni ta’ kuljum ma’ tistax taqbeż il-1 x 109 CFU għal kull 100 kg ta’ piż tal-ġisem. Żid 0,2 × 109 CFU għal kull 100 kg addizzjonali ta’ piż tal-ġisem.

Mingħajr limitu taż-żmien

E 1707

Enterococcus faecium

DSM 10663/NCIMB 10415

Preparazzjoni ta’ l-Enterococcus faecium li fih minimu ta’:

Fi trab jew f’forma imrammla:

3,5 × 1010 CFU/g addittiv

Fil-forma miksija:

2,0 × 1010 CFU/g addittiv

Fil-forma likwida:

1 × 1010 CFU/ml addittiv

Għoġġiela

6 xhur

1 × 109

1 × 1010

Fid-direzzjonijiet ta’ l-użu ta’ l-addittiv u l-mixxela ta’ qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, iż-żmien li tista’ toqgħod fil-ħażna u l-istabbiltà fit-temperatura ta’ l-għalf.

Mingħajr limitu taż-żmien”

ANNESS II

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut massimu

Kontenut massimu

Disposizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perijodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf komplut

Enzimi

“E 1601

Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6

Preparazzjoni ta’ l-endo-1,3(4)-beta-glucanase u l-endo-1,4-beta-xylanase prodott bl-Aspergillus niger (NRRL 25541) b’attività minima ta’:

Endo-1,3(4)-beta-glucanase: 1 100 U (1)/g

Endo-1,4-beta-xylanase: 1 600 U (2)/g

Tiġieġ għall-bajd

endo-1,3(4)-beta-glucanase:

138 U

1.

Fid-direzzjonijiet ta’ l-użu ta’ l-addittiv u l-mixxela ta’ qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, iż-żmien li tista’ toqgħod fil-ħażna u l-istabbiltà fit-temperatura ta’ l-għalf.

2.

Doża rakkomandata kull kilogramm ta’ għalf komplut; endo-1,3(4)-beta-glucanase: 138 U endo-1,4-beta-xylanase: 200 U

3.

Għall-użu f’għalf kompost li fih ħafna polisakkaridi li ma fihomx lamtu (prinċipalment arabinoxylans u beta-glucans), per eżempju dieti mħallta li fihom ċereali bojod (e.ż. xgħir, qamħ segala, tritikal).

Mingħajr limitu ta’ żmien

Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8

endo-1,4-beta-xylanase:

200 U

E 1614 (i)

6-phytase EC 3.1.3.26

Preparazzjoni ta’ 6-phytase prodotta mill-Aspergillus oryzae (DSM 14223) li fiha attività minima ta’:

Forma solida: 5 000 FYT (3)/g 2500 FYT (3)/g

Fil-forma likwida: 20 000 FYT/ml

Flieles għas-simna

250 FYT

1.

Fid-direzzjonijiet ta’ l-użu ta’ l-addittiv u l-mixxela ta’ qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, iż-żmien li tista’ toqgħod fil-ħażna u l-istabbiltà fit-temperatura ta’ l-għalf.

2.

Doża rakkomandata kull kg ta’ għalf komplut; 500-1 000 FYT.

3.

Għall-użu fl-għalf kompost li fih aktar minn 0,25 % ta’ phytin bound phosphorus.

Mingħajr limitu taż-żmien

Tiġieġ għall-bajd

300 FYT

1.

Fid-direzzjonijiet ta’ l-użu ta’ l-addittiv u l-mixxela ta’ qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, iż-żmien li tista’ toqgħod fil-ħażna u l-istabbiltà fit-temperatura ta’ l-għalf.

2.

Doża rakkomandata kull kg ta’ għalf komplut; 450-1 000 FYT.

3.

Għall-użu fl-għalf kompost li fih aktar minn 0,25 % ta’ phytin bound phosphorus.

Mingħajr limitu taż-żmien

Dundjani għas-simna

250 FYT

1.

Fid-direzzjonijiet ta’ l-użu ta’ l-addittiv u l-mixxela ta’ qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, iż-żmien li tista’ toqgħod fil-ħażna u l-istabbiltà fit-temperatura ta’ l-għalf.

2.

Doża rakkomandata kull kg ta’ għalf komplut; 500-1 000 FYT.

3.

Għall-użu fl-għalf kompost li fih aktar minn 0,25 % ta’ phytin bound phosphorus.

Mingħajr limitu ta’ żmien

Ħannus

4.

Għall-ħannus li għadhom kif infatmu sa madwar 35 kg.

Mingħajr limitu ta’ żmien

Ħnieżer għas-simna

250 FYT

1.

Fid-direzzjonijiet ta’ l-użu ta’ l-addittiv u l-mixxela ta’ qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, iż-żmien li tista’ toqgħod fil-ħażna u l-istabbiltà fit-temperatura ta’ l-għalf.

2.

Doża rakkomandata kull kg ta’ għalf komplut; 500-1 000 FYT.

3.

Għall-użu fl-għalf kompost li fih aktar minn 0,25 % ta’ phytin bound phosphorus.

Mingħajr limitu ta’ żmien

Ħnieżer nisa

750 FYT

1.

Fid-direzzjonijiet ta’ l-użu ta’ l-addittiv u l-mixxela ta’ qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, iż-żmien li tista’ toqgħod fil-ħażna u l-istabbiltà fit-temperatura ta’ l-għalf.

2.

Doża rakkomandata kull kg ta’ għalf komplut; 750-1 000 FYT.

3.

Għall-użu fl-għalf kompost li fih aktar minn 0,25 % ta’ phytin bound phosphorus.

Mingħajr limitu ta’ żmien

E 1618

Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8

Preparazzjonijiet ta’ l- endo-1,4-beta-xylanase prodott mill-Aspergillus niger (CBS 270.95) b’minimu ta’ attività:

Fil-forma solida: 28 000  EXU (4)/g

Fil-forma likwida: 14 000  EXU/ml

Flieles għas-simna

2 800  EXU

1.

Fid-direzzjonijiet ta’ l-użu ta’ l-addittiv u l-mixxela ta’ qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, iż-żmien li tista’ toqgħod fil-ħażna u l-istabbiltà fit-temperatura ta’ l-għalf.

2.

Doża rakkomandata kull kg ta’ għalf komplut;2 800 – 5 600 EXU.

3.

Għall-użu fl-għalf kompost li fih ħafna polysaccharides mhux tal-lamtu (prinċipalment arabinoxylans) e. ż. li fihom aktar minn 50 % ta’ qamħ.

Mingħajr limitu ta’ żmien

Dundjani għas-simna

5 600  EXU

1.

Fid-direzzjonijiet ta’ l-użu ta’ l-addittiv u l-mixxela ta’ qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, iż-żmien li tista’ toqgħod fil-ħażna u l-istabbiltà fit-temperatura ta’ l-għalf.

2.

Doża rakkomandata kull kg ta’ għalf komplut: 5 600 EXU.

3.

Għall-użu fl-għalf kompost li fih ħafna polysaccharides mhux tal-lamtu (prinċipalment arabinoxylans) e. ż. aktar minn 30 % ta’ qamħ u 30 % ta’ ħafur.

Mingħajr limitu ta’ żmien

(1)  1 U huwa l-ammont ta’ enzimi li jilliberaw mikromolekola waħda ta’ tnaqqis ta’ zokkor (ekwivalenti ta’ glukożju) mill-oat beta-glucan kull minuta f’livell ta’ pH ta' 4,0 u fi 30 °C.

(2)  1 U huwa l-ammont ta’ enzimi li jilliberaw mikromolekola waħda ta’ tnaqqis ta’ zokkor (ekwivalenti tal-xylose) minn xylan tax-xgħir kull minuta f’livell ta’ pH 4,0 u 30 °C.

(3)  1 FYT huwa l-ammont ta’ enzimi li jiġu liberati minn mikromolekola waħda ta’ fostfat mhux organiku kull minuta mill-phytate tas-sodju f’livell ta’ pH 5,5 u fi 37 °C.

(4)  1 EXU huwa l-ammont ta’ enzimi li jilliberaw mikromolekola waħda ta’ zokkor (ekwivalenti tal-xylose) minn arabinoxylan kull minuta f’livell ta’ pH 3,5 u 55 °C.”

Top