EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R0209
Commission Regulation (EC) No 209/2005 of 7 February 2005 establishing the list of textile products for which no proof of origin is required on release for free circulation in the Community
209/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2005 tas- 7 ta' Frar 2005 li jistabbilixxi l-lista tal-prodotti tat-tessuti li għalihom m’hemmx il-ħtieġa tal-prova ta’ l-oriġini meta jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità
209/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2005 tas- 7 ta' Frar 2005 li jistabbilixxi l-lista tal-prodotti tat-tessuti li għalihom m’hemmx il-ħtieġa tal-prova ta’ l-oriġini meta jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità
ĠU L 34, 8.2.2005, p. 6–14
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 306M, 15.11.2008, p. 100–108
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2018; Imħassar b' 32018R0604
15.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
100 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 209/2005
tas-7 ta' Frar 2005
li jistabbilixxi l-lista tal-prodotti tat-tessuti li għalihom m’hemmx il-ħtieġa tal-prova ta’ l-oriġini meta jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-trattat li stabbilixxa l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1541 tat-13 ta’ Lulju 1998 dwar il-prova ta’ l-oriġini għal ċerti prodotti tat-tessuti li jaqgħu taħt it-Taqsima XI tan-Nomenklatura Kombinata u rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità, u dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta’ tali prova (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-każ ta’ dawk il-prodotti ta’ tessuti u ħwejjeġ li m’humiex soġġetti għal miżuri speċifiċi skond il-politika tal-Komunità dwar il-kummerċ u li jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa, ir-Regolament ta’ hawn fuq jipprovdi kemm li tista' tingħata eżenzjoni mill-obbligu li tiġi ppreżentata prova ta’ l-oriġini u kemm li d-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-eżenzjoni mill-obbligu li jiġi ppreżentat ċertifikat ta’ l-oriġini għandhom jindikaw jekk dikjarazzjoni ta’ l-oriġini għandiex tiġi ppreżentata jew le għal tali prodott. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2579/98 tat-30 ta’ Novembru 1998 (2) jistabbilixxi l-lista tal-prodotti tat-tessuti li dwarhom m’hemmx il-ħtieġa tal-prova ta’ l-oriġini meta jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità. Fil-mumentIllum hemm il-ħtieġa li din il-lista tiġi aġġornata bl-inklużjoni ta’ kategoriji ġodda ta’ prodotti tat-tessuti. |
(3) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2579/98 għandu jiġi revokat mill-iżjed fis possibbli uminfloku jitpoġġew id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. |
(4) |
Sabiex jiġu implimentati l-obbligi ta’ l-UE li jirriżultaw mit-tmiem tal-Ftehim tad-WTO dwar it-Tessuti u l-Ħwejjeġ u, b’mod partikolari, sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 2(8c) tal-Ftehim tad-WTO dwar it-Tessuti u l-Ħwejjeġ li jiddikjara li “fl-ewwel jum tal-121 xahar minn meta jidħol fis-seħħ il-Ftehim tad-WTO, is-settur tat-tessuti u l-ħwejjeġ għandu jitqies li huwa integrat fil-GATT 1994, billi jkunu ġew eliminati ir-restrizzjonijiet kollha skond dan il-Ftehim”, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2005. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kodiċi tad-Dwana. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-rilaxxIl-ħelsien, għal ċirkolazzjoni ħielsa, tal-prodotti elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament m’għandhomx ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ prova ta’ l-oriġini.
Artikolu 2
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2579/98 tat-30 ta’ Novembru 1998 huwa revokat.
Artiklu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ sebat ijiem minn meta jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2005.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 7 ta' Frar 2005.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 202, 18.7.1998, p. 11.
(2) ĠU L 322, 1.12.1998, p. 27.
ANNESS
ELENKU TAL-PRODOTTI TAT-TESSUTI
Kategorija |
Deskrizzjoni — Kodiċi CN 2005 |
(1) |
(2) |
Grupp III A |
|
34 |
Materjali minsuġa minn ħjut ta’ filamenti sintetiċi miksuba minn strixxi jew simili tal-polietilena jew il-polipropelin, wesgħin 3 m jew aktar |
5407 20 19 |
|
38A |
Materjal sintetiku tal-purtieri innittjat jew bil-kroxè inkluż materjal għall-purtieri tan-nett. |
6005 31 10 , 6005 32 10 , 6005 33 10 , 6005 34 10 , 6006 31 10 , 6006 32 10 , 6006 33 10 , 6006 34 10 |
|
38B |
Purtieri tan-nett, innittjati jew tal-kroxè |
ex 6303 91 00 , ex 6303 92 90 , ex 6303 99 90 |
|
40 |
Purtieri minsuġa (inklużi drappijiet, blajnds ta’ ġewwa, pavaljuni tal-purtieri u tas-sodod u oġġetti oħrajn ta’ tagħmir), li mhumiex innittjati jew tal-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew magħmula minn fibri magħmulin mill-bniedem |
ex 6303 91 00 , ex 6303 92 90 , ex 6303 99 90 , 6304 19 10 , ex 6304 19 90 , 6304 92 00 , ex 6304 93 00 , ex 6304 99 00 |
|
42 |
Ħjut magħmulin minn fibri artifiċjali kontinwi, mhux imballati għall-bejgħ bl-imnut |
5401 20 10 |
|
Ħjut magħmulin minn fibri artifiċjali; ħjut magħmulin minn filamenti artifiċjali, mhux imballati għall-bejgħ bl-imnut li mhumiex ħajta singla tar-rayon viskuż mhux mibrum jew b’barma ta’ mhux aktar minn 250 kisra/metru u ħajt mhux minsuġ ewlieni ta’ ċelluloża aċetata |
|
5403 10 00 , 5403 20 00 , ex 5403 32 00 , ex 5403 33 00 , 5403 39 00 , 5403 41 00 , 5403 42 00 , 5403 49 00 , ex 5604 20 00 |
|
43 |
Ħjut minn filamenti artifiċjali, ħjut minn fibri bażiċi artifiċjali, ħjut tal- qoton imballati għall-bejgħ bl-imnut |
5204 20 00 , 5207 10 00 , 5207 90 00 , 5401 10 90 , 5401 20 90 , 5406 10 00 , 5406 20 00 , 5508 20 90 , 5511 30 00 |
|
46 |
Suf imqardax jew mimxut tan-nagħaġ jew tal-ħrief jew xi suf ta’ l-annimali fin ieħor |
5105 10 00 , 5105 21 00 , 5105 29 00 , 5105 31 00 , 5105 39 10 , 5105 39 90 |
|
47 |
Ħjut tas-suf tan-nagħaġ jew tal-ħrief imqardax (ħjut tas-suf) jew minn suf fin ta’ l-annimali mqardax, mhux imballat għall-bejgħ bl-imnut |
5106 10 10 , 5106 10 90 , 5106 20 10 , 5106 20 91 , 5106 20 99 , 5108 10 10 , 5108 10 90 |
|
48 |
Ħjut tas-suf tan-nagħaġ jew tal-ħrief mimxut (ħjut worsted) jew minn suf fin ta’ l-annimali mimxut, mhux imballat għall-bejgħ bl-imnut |
5107 10 10 , 5107 10 90 , 5107 20 10 , 5107 20 30 , 5107 20 51 , 5107 20 59 , 5107 20 91 , 5107 20 99 , 5108 20 10 , 5108 20 90 |
|
49 |
Ħjut tas-suf tan-nagħaġ jew tal-ħrief jew minn suf fin ta’ l-annimali mimxut, imballat għall-bejgħ bl-imnut |
5109 10 10 , 5109 10 90 , 5109 90 10 , 5109 90 90 |
|
51 |
Qoton, imqardax jew mimxut |
5203 00 00 |
|
53 |
Garża tal-qoton |
5803 10 00 |
|
54 |
Fibri bażiċi artifiċjali, inkluż l-iskart, imqardxa, mimxuta jew ippreparati għall-għażil b’xi mod ieħor |
5507 00 00 |
|
55 |
Fibri bażiċi sintetiċi, inkluż l-iskart, imqardxa, mimxuta jew ippreparati għall-għażil b’xi mod ieħor |
5506 10 00 , 5506 20 00 , 5506 30 00 , 5506 90 10 , 5506 90 90 |
|
56 |
Ħjut minn fibri bażiċi sintetiċi (inkluż l-iskart), imballati għall-bejgħ bl-imnut |
5508 10 90 , 5511 10 00 , 5511 20 00 |
|
58 |
Twapet, carpentines u raggs, magħmula bl-għoqod (imballati jew le) |
5701 10 10 , 5701 10 90 , 5701 90 10 , 5701 90 90 |
|
60 |
Tapizzeriji, magħmula bl-idejn, tat-tip Gobelins, Flanders, Aubusson, Beauvais u simili, u tapizzeriji xogħol tal-labar (per eż. rakkmu u punt xewka) magħmula bħala panewwijiet u simili bl-idejn |
5805 00 00 |
|
62 |
Ħjut tax-xinilja (inklużi ħjut tax-xinilja flock), ħjut rinfurzati (li m’humiex ħjut metalizzati u ħjut tax-xagħar taż-żiemel rinfurzati) |
5606 00 91 , 5606 00 99 |
|
Tull u tessuti tan-nett oħrajn, minbarra tessuti minsuġa, innittjati jew tal-kroxè; bizzilla bil-biċċa, strixxi jew disinji |
|
5804 10 11 , 5804 10 19 , 5804 10 90 , 5804 21 10 , 5804 21 90 , 5804 29 10 , 5804 29 90 , 5804 30 00 |
|
Tikketti, beġġijiet u simili magħmula minn materjali tessuti, mhux irrakkmati, bil-biċċa, strippi jew maqtugħin skond il-forma jew il-qies, minsuġa. |
|
5807 10 10 , 5807 10 90 |
|
Tberfil u xogħol ornamentali bil-biċċa; ġummien, pompons u simili |
|
5808 10 00 , 5808 90 00 |
|
Rakkmu, bil-biċċa, strixxi jew disinji |
|
5810 10 10 , 5810 10 90 , 5810 91 10 , 5810 91 90 , 5810 92 10 , 5810 92 90 , 5810 99 10 , 5810 99 90 |
|
63 |
Materjal innittjat jew tal-kroxè minn fibri sintetiċi li jkun fihom, bħala piż, 5 % jew aktar ta’ ħjut elastomeriċi u materjali innittjat jew tal-kroxè li fihom, bħala piż, 5 % jew aktar ta’ ħjut tal-lastku |
5906 91 00 , ex 6002 40 00 , 6002 90 00 , ex 6004 10 00 , 6004 90 00 |
|
Bizzilla Raschel u materjal bil-pil twil minn fibri sintetiċi |
|
ex 6001 10 00 , 6003 30 10 , 6005 31 50 , 6005 32 50 , 6005 33 50 , 6005 34 50 |
|
65 |
Materjal innittjat jew tal-kroxè, li mhux dak tal-kategorija 38 A u 63, tas-suf, tal-qoton jew minn fibri artifiċjali |
5606 00 10 , ex 6001 10 00 , 6001 21 00 , 6001 22 00 , ex 6001 29 00 , 6001 91 00 , 6001 92 00 , ex 6001 99 00 , ex 6002 40 00 , 6003 10 00 , 6003 20 00 , 6003 30 90 , 6003 40 00 , ex 6004 10 00 , 6005 10 00 , 6005 21 00 , 6005 22 00 , 6005 23 00 , 6005 24 00 , 6005 31 90 , 6005 32 90 , 6005 33 90 , 6005 34 90 , 6005 41 00 , 6005 42 00 , 6005 43 00 , 6005 44 00 , 6006 10 00 , 6006 21 00 , 6006 22 00 , 6006 23 00 , 6006 24 00 , 6006 31 90 , 6006 32 90 , 6006 33 90 , 6006 34 90 , 6006 41 00 , 6006 42 00 , 6006 43 00 , 6006 44 00 |
|
66 |
Raggs u kutri għall-ivvjaġġar, li mhux innittjati jew tal-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew minn fibri artifiċjali |
6301 10 00 , 6301 20 90 , 6301 30 90 , ex 6301 40 90 , ex 6301 90 90 |
|
Grupp III B |
|
72 |
Ilbies ta’ l-għawm, tas-suf, tal-qoton jew minn fibri artifiċjali |
6112 31 10 , 6112 31 90 , 6112 39 10 , 6112 39 90 , 6112 41 10 , 6112 41 90 , 6112 49 10 , 6112 49 90 , 6211 11 00 , 6211 12 00 |
|
84 |
Xallijiet, skarvs, mafflers, mantillas, velijiet u simili, li mhux innittjati jew tal-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew minn fibri artifiċjali |
6214 20 00 , 6214 30 00 , 6214 40 00 , 6214 90 10 |
|
85 |
Ingravati, ċfuf u kravatti, li mhux innittjati jew tal-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew minn fibri artifiċjali |
6215 20 00 , 6215 90 00 |
|
86 |
Kurpetti, kurpetti sal-qadd, suspender belts, ċingi, takkalji u oġġetti simili u l-partijiet minnhom, kemm jekk innittjati jew tal-kroxè u kemm jekk le |
6212 20 00 , 6212 30 00 , 6212 90 00 |
|
88 |
Kalzetti, peduni u peduni qosra, mhux innittjati jew tal-kroxè; aċċessorji oħrajn ta’ l-ilbies, parti minn oġġetti tal-ħwejjeġ jew ta’ aċċessorji tal-ħwejjeġ li mhumiex għat-trabi, li mhumiex innittjati jew tal-kroxè |
ex 6209 10 00 , ex 6209 20 00 , ex 6209 30 00 , ex 6209 90 00 , 6217 10 00 , 6217 90 00 |
|
91 |
Tined |
6306 21 00 , 6306 22 00 , 6306 29 00 |
|
93 |
Xkejjer u boroż ta’ tip użat għall-imballaġġ ta’ l-oġġetti minn materjali minsuġa li mhumiex magħmula minn strixxi tal-polietilena jew il-polipropelin |
ex 6305 20 00 , ex 6305 32 90 , ex 6305 39 00 |
|
94 |
Ikkuttunar minn materjal tat-tessuti u oġġetti magħmulin minnu; fibri tat-tessuti mhux itwal minn 5 mm (flock), trab tat-tessuti u min-neps |
5601 10 10 , 5601 10 90 , 5601 21 10 , 5601 21 90 , 5601 22 10 , 5601 22 91 , 5601 22 99 , 5601 29 00 , 5601 30 00 |
|
95 |
Feltru u oġġetti magħmula minnu, kemm jekk mimli b’xi sustanza oħra jew le, li mhux kisi ta’ l-art |
5602 10 19 , 5602 10 31 , 5602 10 39 , 5602 10 90 , 5602 21 00 , ex 5602 29 00 , 5602 90 00 , ex 5807 90 10 , ex 5905 00 70 , 6210 10 10 , 6307 90 91 |
|
96 |
Materjali mhux minsuġa u oġġetti magħmula minn tali materjali, kemm jekk mimlija b’xi sustanza oħra, miksija, mgħottija jew laminati jew le |
5603 11 10 , 5603 11 90 , 5603 12 10 , 5603 12 90 , 5603 13 10 , 5603 13 90 , 5603 14 10 , 5603 14 90 , 5603 91 10 , 5603 91 90 , 5603 92 10 , 5603 92 90 , 5603 93 10 , 5603 93 90 , 5603 94 10 , 5603 94 90 , ex 5807 90 10 , ex 5905 00 70 , 6210 10 90 , ex 6301 40 90 , ex 6301 90 90 , 6302 22 10 , 6302 32 10 , 6302 53 10 , 6302 93 10 , 6303 92 10 , 6303 99 10 , ex 6304 19 90 , ex 6304 93 00 , ex 6304 99 00 , ex 6305 32 90 , ex 6305 39 00 , 6307 10 30 , ex 6307 90 99 |
|
98 |
Oġġetti oħrajn magħmula mill-ħjut, spag oħxon, ċimi, kejbils jew ħbula, li mhux minnmaterjali tessuti, oġġetti magħmula minn tali materjali u oġġetti tal-kategorija 97 |
5609 00 00 , 5905 00 10 |
|
99 |
Materjali tat-tessuti miksijin bil-gomma jew sustanzi amilaċji, ta’ tip użat għall-kisi estern ta’ kotba u simili; matrrjal għall-intraċċar; tila ppreparata għall-pittura; bakrum u materjal tat-tessuti rinfurzat simili ta’ tip użat għall-irfid tal-kpiepel |
5901 10 00 , 5901 90 00 |
|
Linolju, kemm jekk maqtugħ skond il-forma u kemm jekk le; kisi ta’ l-art magħmula minn kisja jew għata applikat fuq bażi tat-tessuti, kemm jekk maqtugħ skond il-forma u kemm jekk le |
|
5904 10 00 , 5904 90 00 |
|
Materjal tat-tessuti miksi bil-lastku, mhux innittjat jew tal-kroxè, ħlief dak użat għat-tajers |
|
5906 10 00 , 5906 99 10 , 5906 99 90 |
|
Materjal tat-tessuti mimli jew miksi b’xi sustanza oħra b’xi mod ieħor; kanvas miżbugħ użat bħala, xena teatrali, back-cloth ta’ studjo, li mhux tal-kategorija 100 |
|
5907 00 10 , 5907 00 90 |
|
100 |
Materjali tat-tessuti mimlija b’xi sustanza oħra, miksija, mogħtija jew laminati bi preparazzjonijiet ta’ derivattivi taċ-ċelluloża jew ta’ materjali tal-plastik artifiċjali oħrajn |
5903 10 10 , 5903 10 90 , 5903 20 10 , 5903 20 90 , 5903 90 10 , 5903 90 91 , 5903 90 99 |
|
101 |
Spag oħxon, ċimi, ħbula u kejbils, trizzati jew le, li mhux minn fibri sintetiċi |
ex 5607 90 90 |
|
110 |
Saqqijiet pnewmatiċi minsuġa |
6306 41 00 , 6306 49 00 |
|
111 |
Oġġetti għall-ikkampjar, minsuġa, li mhux saqqijiet pnewmatiċi u tined |
6306 91 00 , 6306 99 00 |
|
112 |
Oġġetti oħrajn tat-tessuti lesti, minsuġa, ħlief dawk tal-kategoriji 113 u 114 |
6307 20 00 , ex 6307 90 99 |
|
113 |
Biċċiet ta’ l-art, biċċiet tal-platti u biċċiet tat-tfarfir, li mhumiex innittjati jew tal-kroxè |
6307 10 90 |
|
114 |
Materjali minsuġa u oġġetti għal użu tekniku |
5902 10 10 , 5902 10 90 , 5902 20 10 , 5902 20 90 , 5902 90 10 , 5902 90 90 , 5908 00 00 , 5909 00 10 , 5909 00 90 , 5910 00 00 , 5911 10 00 , ex 5911 20 00 , 5911 31 11 , 5911 31 19 , 5911 31 90 , 5911 32 10 , 5911 32 90 , 5911 40 00 , 5911 90 10 , 5911 90 90 |
|
Grupp IV |
|
120 |
Purtieri (inklużi drappijiet), blajnds ta’ ġewwa, pavaljuni tal-purtieri u tas-sodod u oġġetti oħrajn ta’ tagħmir, li mhumiex innittjati jew tal-kroxè, tal-kittien jew fibri tar-rami |
ex 6303 99 90 , 6304 19 30 , ex 6304 99 00 |
|
121 |
Spag oħxon, ċimi, ħbula u kejbils, trizzati jew le, tal-kittien jew fibri tar-rami |
ex 5607 90 90 |
|
122 |
Xkejjer u boroż ta’ tip użat għall-imballaġġ ta’ l-oġġetti, użati, tal-kittien, li mhumiex innittjati jew tal-kroxè |
ex 6305 90 00 |
|
123 |
Tessuti minsuġa bil-pil u tessuti tax-xinilja tal-kittien jew tal-fibri tar-rami, li m’humiex “tessuti dojoq” |
5801 90 10 , ex 5801 90 90 |
|
Xallijiet, skarvs, mafflers, mantillas, velijiet u simili, tal-kittien jew tal-fibri tar-rami, li mhux innittjati jew tal-kroxè |
|
6214 90 90 |
|
Grupp V |
|
124 |
Fibri bażiċi sintetiċi |
5501 10 00 , 5501 20 00 , 5501 30 00 , 5501 90 10 , 5501 90 90 , 5503 10 10 , 5503 10 90 , 5503 20 00 , 5503 30 00 , 5503 40 00 , 5503 90 10 , 5503 90 90 , 5505 10 10 , 5505 10 30 , 5505 10 50 , 5505 10 70 , 5505 10 90 |
|
125A |
Ħjut ta’ filamenti sintetiċi (kontinwi) mhux imballati għall-bejgħ bl-imnut, li mhumiex ħjut tal-kategorija 41 |
5402 41 00 , 5402 42 00 , 5402 43 00 |
|
125B |
Monifilamenti, strixxi (tiben artifiċjali u simili) u watar artifiċjali minn materjali sintetiċi |
5404 10 10 , 5404 10 90 , 5404 90 11 , 5404 90 19 , 5404 90 90 , ex 5604 20 00 , ex 5604 90 00 |
|
126 |
Fibri bażiċi artifiċjali |
5502 00 10 , 5502 00 40 , 5502 00 80 , 5504 10 00 , 5504 90 00 , 5505 20 00 |
|
127A |
Ħjut ta’ filamenti artifiċjali (kontinwi) mhux imballati għall-bejgħ bl-imnut, li mhumiex ħjut tal-kategorija 42 |
5403 31 00 , ex 5403 32 00 , ex 5403 33 00 |
|
127B |
Monifilamenti, strixxi (tiben artifiċjali u simili) u watar artifiċjali minn materjali tessuti artifiċjali |
5405 00 00 , ex 5604 90 00 |
|
128 |
Suf ta’ l-annimali oħxon, imqardax jew mimxut |
5105 40 00 |
|
129 |
Ħjut minn suf ta’ l-annimali oħxon jew tax-xagħar taż-żiemel |
5110 00 00 |
|
130A |
Ħjut tal-ħarir li mhumiex ħjut mibrumin mill-iskart tal-ħarir |
5004 00 10 , 5004 00 90 , 5006 00 10 |
|
130B |
Ħjut tal-ħarir lu mhumiex tal-kategoriji 130A; watar tad-dud tal-ħarir |
5005 00 10 , 5005 00 90 , 5006 00 90 , ex 5604 90 00 |
|
131 |
Ħjut mibruma ta’ fibri tal-ħaxix oħra |
5308 90 90 |
|
132 |
Ħjut mibruma mill-karta |
5308 90 50 |
|
133 |
Ħjut mill-qanneb ta’ veru |
5308 20 10 , 5308 20 90 |
|
134 |
Ħjut mibruma metalizzati |
5605 00 00 |
|
135 |
Ħjut minn suf ta’ l-annimali oħxon jew tax-xagħar taż-żiemel |
5113 00 00 |
|
137 |
Materjal minsuġ bil-pil u materjal tax-xinilja u materjali minsuġa dojoq tal-ħarir jew mill-iskart tal-ħarir |
ex 5801 90 90 , ex 5806 10 00 |
|
138 |
Ħjut tal-karti mibruma u fibri tat-tessuti oħrajn li mhux tar-rami |
5311 00 90 , ex 5905 00 90 |
|
139 |
Materjali minsuġa minn ħjut tal-metall jew ħjut metalizzati |
5809 00 00 |
|
140 |
Materjal innittjat jew tal-kroxè minn materjal tat-tessuti li mhux suf jew xagħar ta’ l-annimali fin, qoton jew fibri artifiċjali. |
ex 6001 10 00 , ex 6001 29 00 , ex 6001 99 00 , 6003 90 00 , 6005 90 00 , 6006 90 00 |
|
141 |
Raggs u kutri għall-ivvjaġġar minn materjal tat-tessuti li mhux suf jew xagħar ta’ l-annimali fin, qoton jew fibri artifiċjali. |
ex 6301 90 90 |
|
144 |
Feltru minn xagħar ta’ l-annimali oħxon, |
5602 10 35 , ex 5602 29 00 |
|
145 |
Spag oħxon, ċimi, ħbula u kejbils, trizzati jew le, ta’ l-abaca (qanneb ta’ Manila) jew qanneb veru |
5607 90 10 , ex 5607 90 90 |
|
146A |
Spag oħxon tal-qatet jew tal-balal għall-makkinarju agrikolu, tas-sisal u fibri oħrajn tal-familja Agave |
ex 5607 21 00 |
|
146B |
Spag oħxon, ċimi, ħbula u kejbils tas-sisal jew fibri oħrajn tal-familja Agave, li mhumiex prodotti tal-kategorija 146A |
ex 5607 21 00 , 5607 29 10 , 5607 29 90 |
|
146C |
Spag oħxon, ċimi, ħbula u kejbils, kemm jekk ittrizzati jew immaljati jew le, tal-ġuta jew fibri tat-tilju oħrajn |
5607 10 00 |
|
147 |
Skart tal-ħarir (inklużi fosdqat mhux tajbin biex jinħattu), skart tal-ħjut mibruma u stokk irkuprat, imqardax jew mimxut |
5003 90 00 |
|
148A |
Ħjut tal-ġuta jew tessuti tal-fibra tat-tilju oħrajn ta’ l-intestatura Nru 5303 |
5307 10 10 , 5307 10 90 , 5307 20 00 |
|
148B |
Ħjut mibruma tal-kajjar |
5308 10 00 |
|
149 |
Materjali minsuġa tal-ġuta jew tessuti tal-fibra tat-tilju oħrajn b’wisa' ta’ aktar minn 150 ċm |
5310 10 90 , ex 5310 90 00 |
|
150 |
Materjali minsuġa tal-ġuta jew tessuti tal-fibra tat-tilju oħrajn b’wisgħa ta’ mhux aktar minn 150 ċm; xkejjer u boro, ta’ tip użat għall-imballaġġ ta’ l-oġġetti, tal-ġuta jew tessuti tal-fibra tat-tilju oħrajn, li mhumiex użati |
5310 10 10 , ex 5310 90 00 , 5905 00 50 , 6305 10 90 |
|
152 |
Feltru tan-newl tal-labar tal-ġuta jew tessuti tal-fibra tat-tilju oħrajn mhux mimlijin b’xi sustanza oħra jew miksijin, li mhumiex kisi ta’ l-art |
5602 10 11 |
|
153 |
Xkejjer u boroż użati ta’ tip użat għall-imballaġġ ta’ l-oġġetti, tal-ġuta jew tessuti tal-fibra tat-tilju oħrajn ta’ l-intestatura Nru 5303 |
6305 10 10 |
|
154 |
Fosdqat tad-dud tal-ħarir tajbin biex jinħattu |
5001 00 00 |
|
Ħarir grezz (mhux organzin) |
|
5002 00 00 |
|
Skart tal-ħarir (inklużi fosdqat mhux tajbin biex jinħattu), skart tal-ħjut mibruma u stokk irkuprat, mhux imqardax jew mimxut |
|
5003 10 00 |
|
Qoton mhux imqardax jew mimxut- |
|
5101 11 00 , 5101 19 00 , 5101 21 00 , 5101 29 00 , 5101 30 00 |
|
Pil fin jew oħxon, mhux imqardax jew mimxut |
|
5102 11 00 , 5102 19 10 , 5102 19 30 , 5102 19 40 , 5102 19 90 , 5102 20 00 |
|
Skart tas-suf jew ta’ pil ta’ l-annimali fin jew oħxon, inkluż l-iskart tal-ħjut iżda eskluż l-istokk irkuprat |
|
5103 10 10 , 5103 10 90 , 5103 20 10 , 5103 20 91 , 5103 20 99 , 5103 30 00 |
|
Stokk irkuprat tas-suf jew tal-pil ta’ l-annimali fin jew oħxon |
|
5104 00 00 |
|
Kittien, gress jew ipproċessat iżda mhux minsuġ: Stoppa tal-kittien u skart (inkluż skart tal-ħjut u stokk irkuprat) |
|
5301 10 00 , 5301 21 00 , 5301 29 00 , 5301 30 10 , 5301 30 90 |
|
Rami u fibri veġetali tat-tessuti oħrajn, ipproċessati iżda mhux magħżula: stoppa, suf li jibqa’ fil-moxt u skart, li mhumiex kajjar jew manilla ta’ l-intestatura Nru 5304 |
|
5305 90 00 |
|
Qoton, mhux imqardax jew mimxut |
|
5201 00 10 , 5201 00 90 |
|
Skart tal-qoton (inkluż skart tal-ħjut u stokk irkuprat) |
|
5202 10 00 , 5202 91 00 , 5202 99 00 |
|
Qanneb ta’ veru (cannabis sativa L.), grezz jew ipproċessat iżda mhux minsuġ: Stoppa u skart tal-qanneb ta’ veru (inkluż skart tal-ħjut u stokk irkuprat) |
|
5302 10 00 , 5302 90 00 |
|
Abaka (qanneb ta’ Manila jew Musa Textilis Nee), grezz jew ipproċessat iżda mhux minsuġ: Stoppa u skart ta' l-abaka (inkluż skart tal-ħjut u stokk irkuprat) |
|
5305 21 00 , 5305 29 00 |
|
Ġuta u fibri oħrajn tat-tessuti tat-tilju (minbarra kittien, qanneb ta’ veru u rami), ipproċessati izda mhux magħżula: Stoppa u skart tal-ġuta (inkluż skart tal-ħjut u stokk irkuprat) |
|
5303 10 00 , 5303 90 00 |
|
Fibri veġetali tat-tessuti oħrajn, grezz jew ipproċessati iżda mhux magħżula Stoppa u skart ta' tali fibri (inkluż skart tal-ħjut u stokk irkuprat) |
|
5304 10 00 , 5304 90 00 , 5305 11 00 , 5305 19 00 , 5305 90 00 |