Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R0116

    Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 116/2005 tas- 26 ta' Jannar 2005 dwar it-trattament tal-ħlas lura tal-VAT lil persuni mhux taxxabbli u lil persuni taxxabbli għall-attivitajiet li huma eżentati, għall-għanijiet tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1287/2003 (KE, Euratom) dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali skond il-prezzijiet tas-suq

    ĠU L 24, 27.1.2005, p. 6–7 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 92–93 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2021; Imħassar b' 32021R1948

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/116/oj

    6.10.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    92


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE, Euratom) Nru 116/2005

    tas-26 ta' Jannar 2005

    dwar it-trattament tal-ħlas lura tal-VAT lil persuni mhux taxxabbli u lil persuni taxxabbli għall-attivitajiet li huma eżentati, għall-għanijiet tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1287/2003 (KE, Euratom) dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali skond il-prezzijiet tas-suq

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1287/2003 (KE, Euratom) tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali skond il-prezzijiet tas-suq (ir-Regolament GNI) (1) u partikolarment l-Artikolu 5 (1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Artikolu 2 (7) tad-Deciżjoni tal-Kunsill Nru 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta’ Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji (2) tal-Komunitajiet jistipula li l-prodott gross nazzjonali skond il-prezzijiet tas-suq (GNP) għandu jitqies bħala daqs id-dħul gross nazzjonali skond il-prezzijiet tas-suq (GNI) kif previst mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA). L-ESA tal-1995 (ESA95), li ħadet post iż-żewġ sistemi ta’ qabel ta’ l-1970 u l-1979 rispettivament, ġiet imwaqqfa bir-Regolament Nru 2223/96 tal-Kunsill (KE) tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (3) u ġiet imniżżla fl-Anness tiegħu. Il-GNI, kif użat fl-ESA95, ħa post il-GNP bħala kriterju għall-għanijiet ta’ riżorsi proprji b’effett mis-sena tal-baġit 2002.

    (2)

    Ir-Regolament Nru 1287/2003 tal-Kunsill (KE, Euratom) jistipula l-proċeduri ta’ kif għandha tintbagħat id-data tal-GNI mill-Istati Membri, kif ukoll il-proċeduri u l-kontrolli fuq il-kalkolu tal-GNI, u jwaqqaf il-Kumitat tal-GNI.

    (3)

    L-ESA95 ma jispeċifikax b’mod espliċitu t-trattament tal-ħlas lura tal-VAT lil persuni mhux taxxabbli u lil persuni taxxabbli għall-attivitajiet li huma eżentati.

    (4)

    Għall-għan tad-definizzjoni ta’ dħul gross nazzjonali skond il-prezzijiet tas-suq (GNI) skond l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1287/2003 huwa meħtieġ li jiġi ċċarat it-trattament tal-ħlas lura tal-VAT lil persuni mhux taxxabbli u lil persuni taxxabbli għall-attivitajiet li huma eżentati.

    (5)

    Is-Sitt Direttiva 77/388/EEC tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni ta’ l-Istati Membri f’dak li għandu x’jaqsam ma’ taxxi fuq il-bejgħ gross – Sistema Komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud: bażi ta’ stima uniformi (4), tiddefinixxi l-kunċetti ta’ persuna taxxabbli, ta’ persuna mhux taxxabbli u ta’ attivitajiet li huma eżentati.

    (6)

    Għall-għan ta’ l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 89/130 (KEE, Euratom) tat-13 ta’ Frar 1989 dwar l-armonizzazzjoni tal-kumpilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali skond il-prezzijiet tas-suq (5), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 1999/622 (KEE, Euratom) tat-8 ta' Settembru 1999 (6) tiċċara t-trattament tal-ħlas lura tal-VAT lil unitajiet mhux taxxabbli u lil unitajiet taxxabbli għall-attivitajiet eżentati. Il-kjarifika ekwivalenti għandha issa tingħata fir-rigward tal-GNI.

    (7)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat GNI.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   Fil-kumpilazzjoni ta’ l-aggregati tal-kontijiet nazzjonali għall-għan tar-Regolament Nru 1287/2003 (KE, Euratom), il-ħlas lura tal-VAT li ġġarrbet fix-xiri, lil persuni mhux taxxabbli u lil persuni taxxabbli għall-attivitajiet eżentati, għandu jiġi ttrattat fl-ESA95 bħal trasferimenti oħra kurrenti (D7) jew trasferimenti kapitali (D9) u mhux bħallikieku kien VAT deduċibbli.

    2.   Għall-għanijiet ta' Paragrafu 1, it-terminu “persuna taxxabbli” għandu jkollu t-tifsira mogħtija lilu mill-Artikolu 4 tas-Sitt Direttiva 77/388/EEC, Euratom, u l-kunċett ta' attivitajiet eżentati għandu jinftiehem bħala l-attivitajiet mniżżla fl-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, nhar is-26 ta' Jannar 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Joaquin ALMUNIA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 181, 19.7.2003, p. 1.

    (2)  ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42.

    (3)  ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1, ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1267/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 180, 18.7.2003, p. 1).

    (4)  ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1, Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva Nru 2004/66/KE tal-Kunsill (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).

    (5)  ĠU L 49, 21.2.1989, p. 26, id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

    (6)  ĠU L 245, 17.9.1999, p. 51.


    Top